Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0411

    Kawża C-411/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 8 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Vjaġġi ta’ skart — Għażla tal-bażi legali — Artikoli 133 KE u 175(1) KE)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-411/06) (1)

    (Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Vjaġġi ta’ skart - Għażla tal-bażi legali - Artikoli 133 KE u 175(1) KE)

    2009/C 267/14

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Valero Jordana, M. Huttunen u M. Konstantinidis, aġenti)

    Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou u U. Rösslein, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A. Adam u G. Le Bras, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, E. O’Neil u S. Behzadi-Spencer, aġenti, A. Dashwood, barrister)

    Suġġett

    Annullament tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi [vjaġġi] ta’ skart (ĠU L 190, p. 1) — Għażla tal-bażi ġuridika — Att li jsegwi żewġ għanijiet jew li għandu żewġ komponenti u li jinneċessita numru ta’ bażijiet ġuridiċi (Artikoli 175(1) KE u 133 (KE))

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

    3)

    Ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 294, 2.12.2006


    Top