EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0269

Kawża T-269/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 19 ta’ Ġunju 2009 — Socratec vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq ta’ sistemi telematiċi tat-triq — Rikorrenti ddikkjarata falluta matul il-proċeduri — Telf tal-interess ġuridiku — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/40


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Ġunju 2009 — Socratec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/03) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq ta’ sistemi telematiċi tat-triq - Rikorrenti ddikkjarata falluta matul il-proċeduri - Telf tal-interess ġuridiku - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 180/73

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Socratec — Satellite Navigation Consulting, Research & Technology GmbH (Ratisbona) (rappreżentanti: M. Adolf u M. Lüken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn S. Rating, sussegwentement minn A. Whelan u K. Mojzesowicz, u fl-aħħar minn K. Mojzesowicz u X. Lewis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Qualcomm Wireless Business Solutions Europe BV (Waarle, l-Olanda) (rappreżentanti: G. Berrisch u D.W. Hull, solicitor)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Daimler AG, li kienet DaimlerChrysler AG (Stuttgart, il-Ġermanja); Daimler Financial Services AG, li kienet DaimlerChrysler Services AG (Berlin, il-Ġermanja); Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja); Toll Collect GmbH (Berlin) (rappreżentanti: J. Schütze u A. von Graevenitz, avukati); u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn C.-D. Quassowski u S. Flockermann, sussegwentement minn M. Lumma, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein u A. Rosenfeld, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/792/KE tat-30 ta’ April 2003 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.2903 — Impriża komuni DaimlerChrysler/Deutsche Telekom) (ĠU L 300, p. 62).

Dispożittiv

1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Socratec — Satellite Navigation Consulting, Research & Technology GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni, Daimler AG, Daimler Financial Services AG, Deutsche Telekom AG u Toll Collect GmbH.

3)

Qualcomm Wireless Business Solutions Europe BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 251, 18.10.2003.


Top