Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0189

    Kawża T-189/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 11 ta’ Gunju 2009 — ASM Brescia vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Interess individwali — Ammissibbiltà — Artikolu 87(3)(ċ) KE — Artikolu 86(2) KE )

    ĠU C 180, 1.8.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 180/40


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Gunju 2009 — ASM Brescia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-189/03) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Artikolu 87(3)(ċ) KE - Artikolu 86(2) KE”)

    2009/C 180/72

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: ASM Brescia SpA (Brescia, L-Italja) (rappreżentanti: F. Capelli, F. Vitale u M. Valcada, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    ASM Brescia SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 184, 2.8.2003.


    Top