Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0282

    P9_TA(2022)0282 L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja: Miżuri għal kriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (COM(2022)0179 – C9-0149/2022 – 2022/0118(COD)) P9_TC1-COD(2022)0118 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik il-gwerra ta’ aggressjoni fuq il-katina tal-provvista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

    ĠU C 47, 7.2.2023, p. 294–294 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 47, 7.2.2023, p. 279–279 (GA)

    7.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 47/294


    P9_TA(2022)0282

    L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja: Miżuri għal kriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (COM(2022)0179 – C9-0149/2022 – 2022/0118(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2023/C 47/30)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0179),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) u 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0149/2022),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0182/2022),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

    3.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    P9_TC1-COD(2022)0118

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik il-gwerra ta’ aggressjoni fuq il-katina tal-provvista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/1278.)


    Top