Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0101

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030

COM/2021/101 final

Brussell, 3.3.2021

COM(2021) 101 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030






Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030

“Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt li jkollhom kundizzjonijiet tajbin fuq il-post tax-xogħol, li jgħixu b’mod indipendenti, li jkollhom opportunitajiet indaqs, li jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja tal-komunità tagħhom. Kollha għandhom dritt għal ħajja mingħajr ostakli. U huwa l-obbligu tagħna, bħala komunità, li niżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà, fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.”

Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen 1

1.Viżjoni u ħtieġa għal Azzjoni

L-Unjoni Ewropea hija ankrata fil-valuri tal-ugwaljanza, tal-ġustizzja soċjali, tal-libertà, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdu l-bażi għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, billi jistabbilixxu l-ugwaljanza bħala l-pedament tal-politiki tal-UE. Il-President von der Leyen ħabbret il-bini ta’ Unjoni ta’ Ugwaljanza f’kull sens li tista’ tinftiehem, bħala wieħed mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni tagħha.

L-adozzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD jew il-Konvenzjoni) fl-2006 kienet avvanz importanti fl-istabbiliment ta’ standards minimi għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2 . L-UE u l-Istati Membri tagħha huma partijiet għall-UNCRPD u qed jagħmlu progress fl-implimentazzjoni tagħha 3 .

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 4 jservi bħala boxxla għall-politiki dwar l-impjieg u għal dawk soċjali, ipproklamat b’mod konġunt fl-2017 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea. Il-prinċipju 17 tal-Pilastru jenfasizza li l-persuni b’diżabilità għandhom d-dritt għall-appoġġ għall-introjtu li jiżgura l-għajxien tagħhom b’dinjità, għal servizzi li jippermettulhom jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà u għal ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet tagħhom.

L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 5 wittiet it-triq għal Ewropa mingħajr ostakli, billi ħaddnet azzjonijiet appoġġati wkoll minn fondi tal-UE biex tagħmel differenza fil-ħajja ta’ madwar 87 miljun persuna b’xi forma ta’ diżabilità fl-UE 6 . L-evalwazzjoni 7 turi li kkontribwixxiet għat-titjib tas-sitwazzjoni f’għadd ta’ oqsma, b’mod partikolari l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità u l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom billi poġġiet id-diżabilità fuq quddiem fl-aġenda tal-UE.

Madankollu, il-persuni b’diżabilità għadhom jiffaċċjaw ostakli konsiderevoli biex jaċċessaw il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjieg, l-attivitajiet ta’ rikreazzjoni, kif ukoll biex jipparteċipaw fil-ħajja politika. Huma jinsabu f’riskju ogħla ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (28,4 %) meta mqabbla ma’ persuni mingħajr diżabilità (18,4 %). Aktar minn nofs il-persuni b’diżabilità jgħidu li personalment ħassewhom diskriminati fl-2019 8 .

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha jagħmlu l-indirizzar ta’ din il-kwistjoni aktar urġenti, peress li tamplifika l-ostakli u l-inugwaljanzi 9 . Il-persuni b’diżabilità li jgħixu f’kura residenzjali jesperjenzaw rati ogħla ta’ infezzjoni u fl-istess ħin isofru minn iżolament minħabba regoli ta’ distanza soċjali. Dawk li jgħixu fil-komunità u fid-dar huma affettwati minn forniment ristrett ta’ servizz personali, u dan jista’ jipperikola l-għajxien indipendenti. L-aċċessibbiltà limitata għall-għodod tal-ICT meħtieġa għat-telekonferenzi, għall-arranġamenti tat-telexogħol, għall-apprendiment mill-bogħod, għax-xiri online, u għall-aċċess għall-informazzjoni relatata mal-COVID-19 jagħmlu diffiċli anki l-kompiti żgħar. L-UE ħadet azzjoni rapida biex ittaffi l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija biex tiżgura rkupru ġust u inklużiv li jindirizza d-disparitajiet u l-inugwaljanzi. Il-Kummissjoni ppromoviet il-miżuri ta’ emerġenza diġà fil-bidu tar-rebbiegħa tal-2020 10 u f’Mejju pproponiet pjan ta’ rkupru maġġuri għall-Ewropa 11 . Il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, flimkien man-Next Generation EU 12 , jirrappreżenta l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie adottat. Dan se jappoġġa rispons u rkupru tal-COVID-19 inklużivi għad-diżabilità 13 .

Wasal iż-żmien li tiżdied l-azzjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew 14 talab għal strateġija tad-diżabilità mġedda li tkopri l-oqsma kollha tal-Konvenzjoni, u l-Kunsill huwa impenjat li jissokta jaħdem fuq l-implimentazzjoni tagħha 15 . Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni enfasizzaw ir-rwol tal-aċċessibbiltà u tal-għajxien indipendenti kif ukoll l-importanza tal-governanza u tal-monitoraġġ 16 .

Din l-Istrateġija għandha l-għan li tbiddel għall-aħjar il-ħajja ta’ persuni b’diżabilità fl-għaxar snin li ġejjin, fl-UE u lil hinn minnha. L-objettivi ta’ din l-Istrateġija jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ azzjoni koordinata kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, b’impenn qawwi mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iwettqu l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni.

F’ċertu oqsma bħat-trasport u s-suq intern, l-UE taqsam il-kompetenza mal-Istati Membri. F’oqsma rilevanti oħra, bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-kultura, il-kompetenza ewlenija tibqa’ f’idejn l-Istati Membri u l-UE għandha rwol ta’ appoġġ. Għalhekk, tibqa’ r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jfasslu l-politiki nazzjonali tagħhom dwar id-diżabilità f’konformità mal-obbligi tagħhom li jimplimentaw l-UNCRPD u f’konformità mar-regoli applikabbli tal-UE. Din l-Istrateġija se tiżgura wkoll li l-Kummissjoni tmexxi bl-eżempju fl-implimentazzjoni tagħha tal-UNCRPD u li se tintensifika l-ħidma tagħha mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE għal dak il-għan.

Din l-Istrateġija tqis id-diversità tad-diżabilità, li tirriżulta mill-interazzjoni bejn l-insuffiċjenzi fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji fit-tul, li ta’ spiss ikunu inviżibbli, b’ostakli fl-ambjent, kif ukoll il-prevalenza miżjuda tad-diżabilitajiet mal-età, bi kważi nofs il-persuni li għandhom aktar minn 65 sena li jirrapportaw xi forma ta’ diżabilità. Din tippromwovi perspettiva intersezzjonali, li tindirizza ostakli speċifiċi li jiffaċċjaw persuni b’diżabilità li jinsabu f’intersezzjoni tal-identitajiet (ġeneru, razza, etniċità, sess, reliġjon), f’sitwazzjoni soċjoekonomika diffiċli jew f’sitwazzjoni vulnerabbli oħra. Fost il-persuni b’diżabilità, in-nisa, it-tfal, il-persuni anzjani, il-persuni mingħajr dar, ir-refuġjati, il-migranti, ir-Rom u l-minoranzi etniċi l-oħra jeħtieġu attenzjoni partikolari.

L-Istrateġija tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u Ewropa b’saħħitha 17 , u b’hekk tikkontribwixxi għal Unjoni sostenibbli, reżiljenti, innovattiva u ġusta. Din parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali adottat mill-Kummissjoni. Filwaqt li tikkomplementa l-istrateġiji dwar l-ugwaljanza adottati biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, din l-Istrateġija se tgħin biex tinkiseb Unjoni ta’ Ugwaljanza u biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Ewropa bħala sieħba globali fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi, biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 18 u jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem.

2.Aċċessibbiltà – faċilitatur tad-drittijiet, tal-awtonomija u tal-ugwaljanza 

L-aċċessibbiltà għall-ambjenti fiżiċi u virtwali, għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), għall-prodotti u għas-servizzi, inkluż it-trasport u l-infrastrutturi, hija faċilitatur tad-drittijiet u prerekwiżit għall-parteċipazzjoni sħiħa ta’ persuni b’diżabilità fuq bażi ugwali mal-oħrajn.

Matul l-aħħar għaxar snin, ġew adottati għadd ta’ regoli tal-UE f’oqsma differenti biex l-UE ssir aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità: l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà li jkopri l-prodotti u s-servizzi, id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web, il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi,

id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur 19 . Ġew stabbiliti standards Ewropej għall-aċċessibbiltà biex jappoġġaw l-implimentazzjoni fl-ambjent mibni u fl-ICT u biex l-organizzazzjonijiet jadottaw approċċ ta’ Disinn għal Kulħadd 20 . Il-politiki Ewropej jippromwovu trasformazzjoni diġitali u servizzi pubbliċi diġitali li huma inklużivi u aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità 21 . Fil-proposta riċenti għar-rieżami tal-leġiżlazzjoni dwar ir-roaming 22 , il-Kummissjoni inkludiet miżuri speċifiċi bl-għan li jħaffu l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza għall-utenti finali b’diżabilità. 

Id-drittijiet tal-passiġġieri jiggarantixxu d-dritt għan-nondiskriminazzjoni fl-aċċess għat-trasport u li jirċievu assistenza mingħajr ħlas għall-passiġġieri b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bil-mezzi tat-trasport marittimi, jew bix-xarabank u bil-kowċ 23 . Il-Premju għall-Bliet Aċċessibbli 24 stimula approċċ koerenti u transsettorjali li jmur lil hinn mill-istandards minimi stabbiliti mil-liġi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrakkomandat li t-tneħħija tal-ostakli tal-aċċessibbilta għandha tiġi żgurata fil-kuntest tar-rinovazzjonijiet tal-bini biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika 25 .

Ir-regoli tal-UE jagħmlu r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà obbligatorji għall-Istati Membri biex jibbenefikaw mill-fondi ta’ ġestjoni kondiviża, u x-xiri ta’ oġġetti, servizzi u infrastruttura aċċessibbli huwa obbligu fl-akkwist pubbliku 26 . L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jintegraw il-finanzjament tal-aċċessibbiltà fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Madankollu, l-ostakli għall-persuni b’diżabilità qed ikomplu jxekklu l-mobilità fil-pajjiżi u madwar l-Ewropa, l-aċċess għall-informazzjoni, għall-prodotti, għas-servizzi u għall-abitazzjoni.

Sabiex l-Ewropa ssir mingħajr ostakli, l-Istati Membri għandhom jintegraw l-aċċessibbiltà fil-politiki u fl-azzjonijiet rilevanti kollha, b’mod partikolari dawk relatati mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u l-Bauhaus Ewropew Ġdid, u l-professjonisti għandhom jirċievu taħriġ fl-aċċessibbiltà.

Fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni mill-qrib għall-implimentazzjoni u għall-evalwazzjoni korretti tar-regoli kollha tal-UE li jirregolaw l-aċċessibbiltà u se tidentifika lakuni u l-ħtiġijiet għal aktar azzjonijiet leġiżlattivi 27 . L-azzjoni fil-livell tal-UE se tinkludi wkoll ħidma ulterjuri dwar l-istandardizzazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Sal-2023, il-Kummissjoni se teżamina l-funzjonament tas-suq intern għat-teknoloġiji ta’ assistenza biex tidentifika l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri peress li regoli differenti fl-Istati Membri dwar l-eliġibbiltà u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-kompetittività tal-prezzijiet 28 . Fl-2021, bħala segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, il-Kummissjoni se tirrevedi l-qafas leġiżlattiv marbut mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, li għandu wkoll impatt fuq it-titjib tal-aċċessibbiltà bħala riżultat tar-rekwiżiti ta’ rinnovazzjoni 29 .

Inizjattiva ewlenija:

Fl-2022, il-Kummissjoni se tniedi ċentru tar-riżorsi Ewropew, AccessibleEU, biex iżżid il-koerenza fil-politiki ta’ aċċessibbiltà u biex tiffaċilita l-aċċess għall-għarfien rilevanti. Dan il-qafas ta’ kooperazzjoni se jlaqqa’ flimkien lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli tal-aċċessibbiltà mal-esperti u mal-professjonisti mill-oqsma kollha tal-aċċessibbiltà, biex jaqsmu prattiki tajbin fis-setturi kollha, biex jispiraw l-iżvilupp tal-politika fil-livell nazzjonali u tal-UE, kif ukoll biex jiżviluppaw għodod u standards li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se tibda t-tħejjijiet għall-AccessibleEU fi ħdan il-Pjattaforma tad-Diżabilità li għadha kif ġiet stabbilita 30 .

Il-Kummissjoni għandha wkoll:

ütipprovdi gwida prattika lill-Istati Membri fl-2021 biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ aċċessibbiltà skont id-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku, u tippromwovi taħriġ għall-akkwirenti pubbliċi biex jixtru l-aċċessibbli;

ütinkludi fl-2021 l-aċċessibbiltà u l-inklużività fl-istrateġija msaħħa tal-gvern diġitali tal-UE, filwaqt li tiffoka fuq servizzi pubbliċi diġitali madwar l-Ewropa ċċentrati fuq il-bniedem u faċli għall-utent li jwieġbu għall-ħtiġijiet u għall-preferenzi taċ-ċittadini Ewropej, inklużi l-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità;

ütevalwa fl-2022 l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web u tivvaluta jekk id-Direttiva għandhiex tiġi rriveduta biex tindirizza l-lakuni identifikati, bħall-kamp ta' applikazzjoni, l-avvanzi teknoloġiċi, u l-koerenza mal-leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-UE;

ütirrieżamina fl-2021, u f’konformità mal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, il-qafas regolatorju tad-drittijiet tal-passiġġieri inklużi d-drittijiet għall-persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa fit-trasport bl-ajru, bl-ilma, bix-xarabank u bil-kowċ 31 ;

ütniedi sal-2022 Inventarju tal-Assi fl-infrastruttura ferrovjarja, jiġifieri tal-partijiet aċċessibbli ta’ stazzjonijiet ferrovjarji, bil-għan li jiġu identifikati l-ostakli u d-diffikultajiet eżistenti għall-aċċessibbiltà 32 ;

ütirrieżamina fl-2021 ir-Regolament dwar il-Linji Gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport biex issaħħaħ id-dispożizzjoni dwar l-aċċessibbiltà 33 ;

ütirrevedi fl-2021 il-Pakkett tagħha dwar il-Mobilità Urbana biex issaħħaħ l-Ippjanar tal-Mobilità Sostenibbli li jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw pjanijiet ta’ mobilità lokali filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet ta’ gruppi differenti, inklużi ta’ persuni b’diżabilità 34 .

3.Tgawdija tad-Drittijiet tal-UE

Il-persuni b’diżabilità għandhom igawdu d-drittijiet kollha fuq bażi ugwali mal-oħrajn, b’mod partikolari meta jiċċaqilqu fi Stat Membru ieħor jew jieħdu sehem fil-ħajja politika.

4.Libertà ta’ moviment u ta’ residenza

Meta jiċċaqilqu fi Stat Membru ieħor għal xogħol, studji, jew raġunijiet oħra, il-persuni b’diżabilità jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex l-istatus ta’ diżabilità tagħhom jiġi rikonoxxut. Dan ifisser li jistgħu jiffaċċjaw ostakli biex jaċċessaw is-servizzi, inkluż l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali, u l-benefiċċji għall-persuni b’diżabilità f’dak il-pajjiż. Is-servizzi bejn il-fruntieri wkoll jistgħu jippreżentaw sfidi. Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità f’oqsma bħall-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-benefiċċji relatati mal-kundizzjonijiet tal-għoti tas-servizz.

Inizjattiva ewlenija:

Il-Kummissjoni se tipproponi l-ħolqien ta’ Karta Ewropea tad-Diżabilità sa tmiem l-2023 bil-għan li din tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha. Din se tibni fuq l-esperjenza tal-proġett pilota tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE 35 li għaddej fi tmien Stati Membri u fuq il-kard Ewropea għall-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.

5. Trawwim tal-parteċipazzjoni fil-proċess demokratiku

Il-parteċipazzjoni politika sħiħa, kif meħtieġa mill-UNCRPD, tfisser li l-persuni b’diżabilità jipparteċipaw fl-elezzjonijiet kif ukoll fil-proċessi politiċi u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq bażi ugwali mal-oħrajn.

Fil-prattika, il-persuni b’diżabilità ta’ spiss jiffaċċjaw diffikultajiet fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom minħabba aċċessibbiltà limitata (inkluż nuqqas ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali), jew minħabba restrizzjonijiet fil-kapaċità ġuridika tagħhom 36 .

Fir-Rakkomandazzjoni tagħha għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019 37 , il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jippromwovu l-eżerċitar tad-drittijiet elettorali ta’ gruppi sottorappreżentati, inkluż tal-persuni b’diżabilità. Għadd ta’ Stati Membri diġà adottaw aġġustamenti ġuridiċi mmirati u l-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropewa 38 jippromwovi dan il-proċess. Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019 innota li għad irid isir progress 39 . Il-Parlament Ewropew talab lill-Istati Membri biex iżidu l-iskambji tal-aħjar prattika 40 biex itejbu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni politika tal-persuni b’diżabilità inkluż l-aċċessibbiltà għall-postijiet tal-informazzjoni u għall-postijiet tal-votazzjoni.

Kif imħabbar fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-2020 41 , il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri, inkluż permezz ta’ diskussjonijiet iddedikati fin-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet 42 u l-Parlament Ewropew biex jiġu ggarantiti d-drittijiet politiċi tal-persuni b’diżabilità fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Il-persuni b’diżabilità għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

Il-Kummissjoni sejra wkoll:

ütaħdem mal-Istati Membri fin-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-elezzjonijiet biex tappoġġa l-parteċipazzjoni elettorali sħiħa u l-aċċessibbiltà tal-elezzjonijiet Ewropej (kemm bħala votanti kif ukoll bħala kandidati) li jindirizzaw liċ-ċittadini sottorappreżentati, inkluż liċ-ċittadini b’diżabilità sabiex jiġi ggarantit l-eżerċitar tad-drittijiet politiċi tal-persuni b’diżabilità fuq bażi ugwali mal-oħrajn;

ütiddiskuti fl-2022 fil-qafas tal-avveniment ta’ livell għoli dwar l-elezzjonijiet imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija, prattiki dwar id-demokrazija inklużiva bil-għan li l-listi tal-kandidati jirriflettu d-diversità tas-soċjetajiet tagħna;

ütistabbilixxi fl-2023 fuq din il-bażi u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fil-qafas tan-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet gwida ta’ prattika elettorali tajba li tindirizza l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini b’diżabilità fil-proċess elettorali;

ütfittex li tindirizza l-ħtiġijiet taċ-ċittadini b’diżabilità fil-kompendju dwar il-votazzjoni elettronika previsti fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea;

ütappoġġa l-parteċipazzjoni demokratika inklużiva, inkluż għall-persuni b’diżabilità, permezz tal-programm il-ġdid dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanzi, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV).

6.Kwalità tal-ħajja deċenti u għajxien indipendenti

L-għajxien indipendenti, is-servizzi soċjali u tal-impjieg ta’ kwalità, l-akkomodazzjoni aċċessibbli u inklużiva, il-parteċipazzjoni fl-apprendiment tul il-ħajja, il-protezzjoni soċjali adegwata u ekonomija soċjali msaħħa huma indispensabbli għall-għajxien deċenti għall-persuni kollha b’diżabilità.

7.Żvilupp ta’ għajxien indipendenti u tisħiħ tas-servizzi bbażati fil-komunità

Il-persuni b’diżabilità, kbar u żgħar, għandhom dritt ugwali li jgħixu b’mod indipendenti u li jkunu inklużi fil-komunità, b’għażliet ugwali għall-oħrajn dwar il-post ta’ residenza tagħhom u ma’ min jgħixu u kif jgħixu. Fl-aħħar għaxar snin il-finanzjament tal-UE ta kontribut importanti għall-għajxien indipendenti u għall-inklużjoni fil-komunità għall-persuni b’diżabilità 43 . L-għajxien indipendenti jeħtieġ pajsaġġ differenzjat ta’ servizzi ta’ kwalità, aċċessibbli, iffokati fuq il-persuna, tajbin għall-but, u msejsa fil-komunità u fil-familja li jinkludu assistenza personali, kura medika u interventi minn ħaddiema soċjali, biex b’hekk jiffaċilitaw l-attivitajiet ta’ kuljum u jipprovdu għażla lill-persuni b’diżabilità u lill-familthom.

Is-servizzi ta’ appoġġ ġenerali jeħtieġ li jkunu inklużivi u aċċessibbli għat-tfal b’diżabilità u għall-persuni anzjani, filwaqt li jkunu sensittivi għall-ġeneru u għall-kultura.

Madankollu, ħafna persuni b’diżabilità, adulti u tfal, huma segregati mill-ħajja tal-komunità u ma għandhomx kontroll fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum, b’mod partikolari għal dawk li jgħixu f’istituzzjonijiet 44 . Dan hu dovut l-aktar għall-għoti insuffiċjenti ta’ servizzi xierqa bbażati fil-komunità, ta’ għajnuniet tekniċi u għall-akkomodazzjoni, kif ukoll id-disponibilità limitata ta’ appoġġ għall-familji u ta’ assistenza personali, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali 45 . Is-sitwazzjoni hija partikolarment diffiċli f’żoni remoti u rurali. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat u intensifikat l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni li jgħixu fl-istituzzjonijiet.

Il-kwalità tas-servizzi pprovduti madwar u fi ħdan l-Istati Membri tvarja 46 . Barra minn hekk, is-settur huwa affettwat minn nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol u minn kundizzjonijiet tax-xogħol li huma ta’ sfida. Il-persuni anzjani b’diżabilità li jgħixu f’żoni rurali huma aktar suxxettibbli għall-għoti insuffiċjenti ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa 47 . L-iżgurar tal-aċċess għal servizzi bħal dawn f’żoni b’densità baxxa tal-popolazzjoni tqajjem mill-Green Paper dwar it-Tixjiħ 48 u se jiġi indirizzat ulterjorment taħt il-Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali li jmiss.

Dan kollu jeħtieġ azzjoni msaħħa mill-Istati Membri u l-Kummissjoni se tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-isforzi tagħhom għad-deistituzzjonalizzazzjoni u għall-għajxien indipendenti, inkluż permezz tal-fondi ta’ ġestjoni kondiviża 2021–2027, il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, il-Komponent ta’ Rinnovazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 49 .

It-trasformazzjoni diġitali aċċellerata u t-tranżizzjoni ekoloġika joffru opportunitajiet, bl-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika biex jitfasslu servizzi fuq il-post u remoti mfassla għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità. L-użu effettiv ta’ dawn it-teknoloġiji jeħtieġ it-tneħħija tal-ostakli tal-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità u investiment fil-ħiliet diġitali tagħhom.

Inizjattivi ewlenin:

Sal-2023, il-Kummissjoni se tipprovdi gwida lill-Istati Membri sabiex tirrakkomanda titjib fl-għajxien indipendenti u fl-inklużjoni fil-komunità, sabiex il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu f’akkomodazzjoni aċċessibbli u appoġġata fil-komunità, jew biex jissoktaw jgħixu f’darhom (inklużi l-iskemi ta’ assistenza personali).

Imsejsa fuq il-Qafas Ewropew Volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali eżistenti, sal-2024, il-Kummissjoni se tippreżenta Qafas Ewropew speċifiku ta’ Kwalità għas-Servizzi Soċjali ta’ Eċċellenza għall-persuni b’diżabilità, biex ittejjeb it-twassil tas-servizzi għall-persuni b’diżabilità u biex issaħħaħ l-attraenza tal-impjiegi f’dan il-qasam inkluż permezz tat-titjib tal-ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid tal-fornituri tas-servizzi.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex:    

üjimplimentaw prattiki tajbin ta’ deistituzzjonalizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa mentali u fir-rigward tal-persuni kollha b’diżabilità, inklużi t-tfal, biex tissaħħaħ it-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal servizzi li jipprovdu appoġġ fil-komunità;

üjippromwovu u jiżguraw il-finanzjament għal akkomodazzjoni soċjali aċċessibbli u inklużiva għad-diżabilità, inkluż għall-persuni anzjani b’diżabilità u l-indirizzar tal-isfidi ta’ persuni b’diżabilità mingħajr dar.

8.Żvilupp ta’ ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda

Li wieħed ikollu l-ħiliet u l-kwalifiki adatti huwa prerekwiżit għall-aċċess u għas-suċċess fis-suq tax-xogħol. Kif stabbilit fl-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet 50 , dan jeħtieġ strateġiji nazzjonali tal-ħiliet li għandhom ikopru wkoll il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilità. Għandu jiġi żgurat aċċess ugwali għall-edukazzjoni u t-taħriġ orjentat lejn is-suq tax-xogħol fil-livelli kollha. L-Istati Membri huma responsabbli għall-adattament tal-politiki tal-edukazzjoni u għat-taħriġ għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità b’mod konsistenti mal-UNCRPD.

Minkejja d-dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ġenerali, il-proporzjon ta’ żgħażagħ b’diżabilità li qed jiġu riferuti għal skejjel vokazzjonali speċjali huwa għoli. Dan spiss huwa dovut għan-nuqqas ġenerali ta’ aċċessibbiltà u ta’ akkomodament raġonevoli 51 , u ta’ appoġġ insuffiċjenti pprovdut lill-istudenti b’diżabilità f’ambjenti ta’ taħriġ vokazzjonali ġenerali. It-tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol miftuħ hija aktar diffiċli minn dik minn ambjenti edukattivi ġenerali. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fl-apprendiment għall-adulti hija aktar baxxa meta mqabbla ma’ persuni mingħajr diżabilità 52 .

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) 53 għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza tistieden lill-Istati Membri jfasslu programmi vokazzjonali sabiex ikunu inklużivi u aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli, bħall-persuni b’diżabilità. L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati mġedda se tikkontribwixxi għall-kondiviżjoni tal-għarfien dwar kif l-apprendistati jistgħu jintużaw bħala għodda għall-inklużjoni soċjali, u se tinkoraġġixxi wegħdiet dwar apprendistati ta’ kwalità li jipprovdu appoġġ għall-istudenti b’diżabilità. Permezz tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ 54 imsaħħa, il-Kummissjoni tappoġġa s-sensibilizzazzjoni u l-attivazzjoni ta’ żgħażagħ b’diżabilità.

Biex l-isforzi dwar l-għoti tal-edukazzjoni u t-taħriġ jissarrfu f’parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, il-konsulenti ta’ gwida u b’mod partikolari s-servizzi pubbliċi tal-impjieg għandhom rwol importanti x’jaqdu. Fl-Aġenda għall-Ħiliet, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tingħaqad man-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi biex tiżviluppa apprendiment bejn il-pari biex tenfasizza l-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol u biex iżżid l-għoti ta’ servizzi ta’ gwida, anke għall-persuni f’impjieg u għall-gruppi vulnerabbli, u dwar it-tnaqqis tal-lakuni tal-ħiliet, b’mod partikolari lakuni tal-ħiliet diġitali, spiss f’kooperazzjoni mal-intrapriżi soċjali għall-inklużjoni fis-suq tax-xogħol. Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 55 , l-Istati Membri se jkunu appoġġati biex jiżguraw teknoloġiji ta’ assistenza u jipprovdu ambjenti u kontenut ta’ apprendiment diġitali aċċessibbli.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex:

üjistabbilixxu miri għall-parteċipazzjoni tal-adulti b’diżabilità fl-apprendiment bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom, u jiżguraw li l-istrateġiji nazzjonali għall-ħiliet ikopru l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilità biex jgħinu biex tintlaħaq il-mira fl-Aġenda għall-Ħiliet u fil-pjan ta’ azzjoni li jimplimenta l-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali;

üjadottaw miżuri mmirati u formati ta’ taħriġ flessibbli biex jiżguraw programmi tal-VET inklużivi u aċċessibbli inkluż għall-persuni b’diżabilità;

üjibnu fuq ir-riżultati tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet skont il-Patt għall-Ħiliet, jappoġġaw aktar il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-ekonomija soċjali, inkluż l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet diġitali u l-applikazzjoni tat-teknoloġija ta’ assistenza għal impjegabbiltà aħjar.

9.Trawwim tal-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli

Il-parteċipazzjoni fl-impjieg hija l-aħjar mod biex jiġu żgurati l-awtonomija ekonomika u l-inklużjoni soċjali. Għad hemm lakuna kbira fl-impjieg bejn il-persuni b’diżabilità u l-persuni mingħajr diżabilità: il-persuni b’diżabilità għandhom rata ta’ impjieg aktar baxxa, huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-qgħad, u jħallu s-swieq tax-xogħol aktar kmieni. Għadd kbir ta’ persuni b’diżabilità severa ma jaħdmux fis-suq tax-xogħol miftuħ, iżda f’faċilitajiet li joffru l-hekk imsejjaħ impjieg protett. Skemi bħal dawn huma diversi u mhux kollha jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati jew drittijiet relatati max-xogħol għall-persuni b’diżabilità, u lanqas perkorsi għas-suq tax-xogħol miftuħ 56 . Iċ-ċaħda mill-kapaċità ġuridika tista’ tillimita l-kapaċità ta’ persuni b’diżabilità intellettwali jew mentali milli jikkonkludu kuntratti jew milli jibdew negozju, u b’hekk tagħmel l-impjieg indipendenti u l-intraprenditorija impossibbli.

L-evalwazzjoni tal-Istrateġija tad-Diżabilità 2010-2020 identifikat l-impjieg bħala wieħed mill-ewwel ħames prijoritajiet politiċi ewlenin għal azzjonijiet futuri. Biex tiżgura eżiti aħjar tas-suq tax-xogħol għall-persuni b’diżabilità, il-Kummissjoni se tissokta tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Linji gwida dwar l-Impjieg tul is-Semestru Ewropew, fl-iżvilupp tal-għodod statistiċi kif ukoll fil-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-kuntest tal-Metodu Miftuħ Soċjali ta' Koordinazzjoni. L-isfruttar tal-potenzjal u tat-talenti tal-persuni b’diżabilità se jkun għall-benefiċċju tal-individwi, tal-ekonomija u għall-koeżjoni tas-soċjetà kollha kemm hi. Filwaqt li d-Direttiva tal-UE dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg 57 qed tikkontribwixxi b’mod sinifikanti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fl-impjieg inkluż fir-rigward ta’ akkomodament raġonevoli fuq il-post tax-xogħol, jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu żgurati eżiti aħjar tas-suq tax-xogħol għall-persuni b’diżabilità.

Il-Kummissjoni se tissokta tiżgura l-applikazzjoni rigoruża mill-Istati Membri tad-drittijiet koperti mid-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg u se tirrapporta dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva fl-2021. Ir-rapport se jeżamina jekk l-Istati Membri segwewx ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jikkunsidraw li jaħtru korp tal-ugwaljanza biex jindirizza d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 58 .

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa biex jappoġġaw liż-żgħażagħ b’diżabilità. Gruppi oħra li jeħtieġu attenzjoni partikolari huma n-nisa u l-persuni b’diżabilitajiet psikosoċjali.

Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll il-politiki dwar l-impjieg fl-Istati Membri permezz tat-trawwim tal-ekonomija soċjali li tipprovdi servizzi għall-persuni b’diżabilità, tgħin biex jinbnew rabtiet għall-persuni b’diżabilità għall-impjieg fis-suq tax-xogħol miftuħ u toffri opportunitajiet ta’ impjieg 59 . Is-sitwazzjoni ta’ dan is-settur tvarja b’mod konsiderevoli madwar l-UE. Biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali ta’ gruppi żvantaġġati, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku tipprevedi kuntratti riżervati u l-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE tippermetti għajnuna speċifika mill-Istat għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema b’diżabilità. B’mod parallel, l-Istati Membri jiżviluppaw ukoll politiki ta’ “intraprenditorija inklużiva” immirati lejn gruppi sottorappreżentati bħan-nisa, iż-żgħażagħ u l-migranti, li jinkludu wkoll persuni b’diżabilità.

Inizjattiva ewlenija:

Fl-2022, il-Kummissjoni se tippreżenta pakkett biex ittejjeb l-eżiti tal-persuni b’diżabilità tas-suq tax-xogħol, u qed tfittex kooperazzjoni man-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità. Il-pakkett se jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Linji gwida dwar l-Impjieg tul is-Semestru Ewropew. Dan se jipprovdi gwida u se jappoġġa apprendiment reċiproku dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-servizzi tal-impjieg u tal-integrazzjoni, se jippromwovi perspettivi ta’ reklutaġġ permezz ta’ azzjoni affermattiva u l-ġlieda kontra l-isterjotipi, filwaqt li jiżgura akkomodament raġonevoli, jiżgura s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u skemi ta’ riabilitazzjoni vokazzjonali f’każ ta’ mard jew inċidenti kroniċi, jesplora impjiegi ta’ kwalità f’impjieg protett, u mogħdijiet għas-suq tax-xogħol miftuħ.

Il-Kummissjoni għandha wkoll:

ütippubblika fl-2021 rapport ta’ implimentazzjoni dwar id-Direttiva tal-UE dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg 60 u, jekk xieraq, segwitu bi proposta legali b’mod partikolari biex jissaħħaħ ir-rwol tal-korpi tal-ugwaljanza;

ütoħroġ Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali fl-2021 biex ittejjeb l-ambjent favorevoli għall-ekonomija soċjali, inkluż opportunitajiet relatati mal-persuni b’diżabilità permezz ta’ intrapriżi soċjali b’enfasi fuq l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol miftuħ.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex:

üjistabbilixxu sal-2024 miri biex iżidu r-rata tal-impjieg tal-persuni b’diżabilità u jnaqqsu l-lakuni fir-rata tal-impjieg bejn il-persuni b’diżabilità u l-persuni mingħajr diżabilità biex jgħinu biex tintlaħaq il-mira tal-impjieg sal-2030 proposta fil-Pjan ta’ Azzjoni biex jimplimentaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għall-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew;

üisaħħu l-kapaċitajiet tas-servizzi tal-impjieg għall-persuni b’diżabilità u jtejbu l-ħidma mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabilità għal dak il-għan;

üjiffaċilitaw l-impjieg indipendenti u l-intraprenditorija, inkluż għall-persuni b’diżabilità intellettwali u psikosoċjali permezz tal-għoti ta’ appoġġ fi kwistjonijiet ġuridiċi u kummerċjali, inkluż bl-użu tal-fondi tal-UE.

10.Konsolidazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali

Flimkien ma’ impjieg ġust, protezzjoni soċjali adegwata, inkluż skemi ta’ rtirar, hija prerekwiżit essenzjali biex jiġi żgurat introjtu adegwat għal standard ta’ għajxien deċenti tal-persuni b’diżabilità u ta’ familthom.

F’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u mal-UNCRPD, l-Istati Membri intensifikaw ir-riformi tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom inkluż tal-oqfsa ta’ valutazzjoni tad-diżabilità u l-benefiċċji. Il-pajjiżi kollha għandhom miżuri fis-seħħ biex jipprovdu sostituzzjoni tal-introjtu għall-persuni b’diżabilità. Il-baġits personali u l-appoġġ finanzjarju, inkluż għall-persuni li jindukraw, qed isiru mekkaniżmu komuni 61 . Għadd konsiderevoli ta’ Stati Membri rċevew appoġġ mill-Kummissjoni għar-riformi tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom permezz tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali 62 .

Madankollu, l-objettiv ta’ standard ta’ għajxien adegwat għal kulħadd għadu ma ntlaħaqx. Parteċipazzjoni insuffiċjenti fis-suq tax-xogħol flimkien ma’ protezzjoni soċjali insuffiċjenti u kostijiet addizzjonali relatati mad-diżabilità inkluż il-kura tal-familja huma r-raġunijiet ewlenin għaliex il-persuni b’diżabilità u familthom jinsabu f’riskju ogħla ta’ faqar finanzjarju. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tad-diżabilità xi kultant jaġixxu bħala ostaklu għall-impjieg.

Il-Kummissjoni se:

ütniedi, fl-2022, studju dwar il-protezzjoni soċjali u s-servizzi għall-persuni b’diżabilità biex teżamina prattiki tajbin dwar il-benefiċċji tad-diżabilità, l-introjtu fix-xjuħija, l-assigurazzjoni tas-saħħa, il-benefiċċji fi flus u mhux fi flus kif ukoll dwar il-kostijiet addizzjonali dovuti għad-diżabilità;

ütipprovdi gwida biex tappoġġa lill-Istati Membri f’riformi ulterjuri tal-protezzjoni soċjali li jiffukaw fuq il-persuni b’diżabilità u l-oqfsa ta’ valutazzjoni tad-diżabilità, inkluż fuq talbiet permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex:

üjiddefinixxu l-miżuri biex jiġu indirizzati aktar il-lakuni fil-protezzjoni soċjali tal-persuni b’diżabilità biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi, inkluż billi jiġu kkumpensati l-kostijiet addizzjonali relatati mad-diżabilità u l-eliġibbiltà għall-benefiċċji tad-diżabilità.

11.Aċċess ugwali u nondiskriminazzjoni

Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għall-protezzjoni minn kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni u ta’ vjolenza, għal opportunitajiet indaqs fil-ġustizzja u aċċess ugwali għaliha, għall-edukazzjoni, għall-kultura, għall-akkomodazzjoni, għar-rikreazzjoni, għad-divertiment, għall-isport u għat-turiżmu, u għal aċċess ugwali għas-servizzi kollha tas-saħħa.

12. Titjib tal-aċċess għall-ġustizzja, għall-protezzjoni ġuridika, għal-libertà u għas-sigurtà

Il-persuni b’diżabilità għandu jkollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja, inkluż permezz tal-għoti ta’ akkomodazzjonijiet adegwati. Fil-prattika, dan jinvolvi ostakli prattiċi u ġuridiċi li jxekklu lill-persuni b’diżabilità fi proċeduri kriminali u ċivili milli jaġixxu bħala xhieda, milli jiddefendu drittijiethom bħala vittmi, persuni suspettati jew akkużati, u wkoll milli jipparteċipaw fi rwoli professjonali bħal imħallfin, avukati u prosekuturi. Jeżistu ostakli ġuridiċi b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilitajiet intellettwali, b’diżabilitajiet psikosoċjali jew bi problemi tas-saħħa mentali peress li spiss ikunu ristretti jew imċaħħda mill-kapaċità ġuridika tagħhom.

Fl-inizjattivi tagħha għad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji, tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi u tat-taħriġ għall-professjonisti 63 , il-Kummissjoni tqis id-diżabilità f’konformità mal-UNCRPD. Id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji hija essenzjali għat-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja inkluż għall-persuni b’diżabilità meta tingħata l-aċċessibbiltà. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lin-nisa b’diżabilità li huma darbtejn sa ħames darbiet aktar probabbli li jiffaċċjaw vjolenza minn nisa oħra 64 , kif ukoll lill-persuni b’diżabilità li jgħixu fl-istituzzjonijiet. Fi ħdan l-istrateġija ta’ taħriġ tagħha għall-professjonisti tal-ġustizzja, il-Kummissjoni se tiffoka fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi fl-ispazju diġitali u fuq it-titjib tat-taħriġ tal-professjonisti legali fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-diżabilità inkluż l-UNCRPD.

Il-Kummissjoni se:

ütaħdem mal-Istati Membri biex timplimenta l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-2000 dwar il-protezzjoni internazzjonali tal-adulti vulnerabbli f’konformità mal-UNCRPD inkluż permezz ta’ studju dwar il-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli f’sitwazzjonijiet transfruntiera, b’mod partikolari dawk b’diżabilità intellettwali, biex twitti t-triq għar-ratifika tagħha mill-Istati Membri kollha;

ütniedi studju dwar is-salvagwardji proċedurali għall-adulti vulnerabbli fi proċeduri kriminali, u se tivvaluta l-ħtieġa għal proposti leġiżlattivi li jsaħħu l-appoġġ u l-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli li jisfaw vittmi tal-kriminalità, f’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (2020-2025);

ütipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-aċċess għall-ġustizzja għall-persuni b’diżabilità fl-UE, billi tibni fuq gwida internazzjonali pprovduta min-Nazzjonijiet Uniti 65 ;

ütiżviluppa miżuri biex tappoġġa lill-Istati Membri biex jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità bħala professjonisti fis-sistema ġudizzjarja u tiġbor prattiki tajbin dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet appoġġat.

13.Aċċess ugwali għall-protezzjoni soċjali, għall-kura tas-saħħa, għall-edukazzjoni u l-prodotti u għas-servizzi inkluża l-akkomodazzjoni

Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabilità tinsab fil-qalba tal-UNCRPD. L-UE stabbiliet korp komprensiv ta’ leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni biex tiżgura trattament ugwali irrispettivament mill-ġeneru, mill-orjentazzjoni sesswali, mill-oriġini razzjali jew etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin 66 . Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg tipprevedi miżuri speċifiċi biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-persuni b’diżabilità.

Teżisti lakuna fid-dritt tal-UE biex jiġi żgurat trattament ugwali tal-persuni b’diżabilità barra mill-qasam tal-impjieg, bħall-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni 67 u l-aċċess għall-oġġetti u s-servizzi, inkluż l-akkomodazzjoni. Sakemm tiġi adottata proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-Trattament Ugwali 68 , l-inugwaljanzi persistenti u d-diskriminazzjoni jenfasizzaw il-ħtieġa għal aktar progress fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex:

üjippermettu l-adozzjoni tal-proposta tal- Kummissjoni għal direttiva orizzontali dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali barra mill-qasam tal-impjieg inkluż id-diżabilità;

üjappoġġaw il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-oqfsa nazzjonali tal-UNCRPD u l-membri tan-networks Ewropej tad-difensuri tad-drittijiet 69 .

14.Edukazzjoni inklużiva u aċċessibbli

L-edukazzjoni toħloq il-pedamenti biex jiġi miġġieled il-faqar u biex jinħolqu soċjetajiet kompletament inklużivi. Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt li jipparteċipaw fil-livelli u fil-forom edukattivi kollha inkluż l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal fuq bażi ugwali mal-oħrajn. L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u l-leġiżlazzjoni rilevanti jridu jipprovdu l-kundizzjonijiet għal approċċ inklużiv.

Għad hemm ħtieġa konsiderevoli għal azzjoni kif muri mil-lakuni fl-eżiti edukattivi bejn l-istudenti b’diżabilità u l-istudenti mingħajr diżabilità. Aktar żgħażagħ b’diżabilità jitilqu mill-iskola kmieni u inqas studenti b’diżabilità jlestu kors universitarju fil-livell ta’ lawrja (lakuna ta’ 14,4 pps). Ħafna tfal u żgħażagħ b’diżabilità huma rreġistrati fi skejjel speċjali li mhux dejjem joffru pontijiet effettivi għas-sistema edukattiva ġenerali, għat-taħriġ kontinwu, jew għas-suq tax-xogħol. Sa issa ma saret l-ebda riċerka sistematika suffiċjenti dwar il-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-istudenti b’diżabilità jirnexxu, inklużi studenti b’diżabilità inviżibbli bħall-awtiżmu, id-dislessija, jew l-iperattività. Il-miżuri ta’ konfinament matul il-pandemija tal-COVID-19 żiedu l-urġenza biex jiġu żviluppati miżuri li jagħmlu li l-apprendiment online inklużiv u aċċessibbli jkun għażla għal kulħadd.

Fil-livell tal-UE, l-edukazzjoni inklużiva tqiegħdet fuq quddiem nett fl-aġenda tal-edukazzjoni. Wieħed mis-sitt assi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni 70 huwa ddedikat għall-edukazzjoni inklużiva u għall-apprendiment tul il-ħajja għal kulħadd, ibda mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Inizjattivi relatati bħall-inizjattiva Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola jiffokaw b’mod partikolari fuq gruppi f’riskju bħall-istudenti b’diżabilità u studenti bi ħtiġijiet edukattivi speċjali. L-approċċ Ewropew għal mikrokredenzjali, permezz ta’ perkors ta’ apprendiment flessibbli u modulari, jista jħalli impatt pożittiv fuq il-kapaċità għall-impjieg u l-proċess tal-apprendiment tul il-ħajja tal-persuni b’diżabilità.  

Il-politiki tal-edukazzjoni se jissoktaw jiġu appoġġati mill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva 71 . Il-Kummissjoni se tiġbor politiki u prattiki li jippromwovu l-kisbiet edukattivi tal-persuni b’diżabilità fl-Istati Membri biex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika. Is-sinerġiji bil-għan li l-edukazzjoni tiġi aċċessata u tkun ta’ kwalità inkluż it-tfulija bikrija u l-kura se jiġu sfruttati bl-Istrateġija tal-UE li jmiss dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal.

Bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa lill-UE mill-Kumitat tal-UNCRPD fl-2015, is-Sistema tal-Iskejjel Ewropej (l-ESS) stabbiliet sottogrupp ta’ Ħidma tal-“Konvenzjoni tan-NU” u adottat Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Appoġġ Edukattiv u l-Edukazzjoni Inklużiva. Ġiet stabbilita sistema ta’ monitoraġġ iddedikata għall-pjan.

Biex jippromwovu edukazzjoni inklużiva għad-diżabilità, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-opportunitajiet offruti mill-finanzjament tal-UE, inkluż il-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, biex jistabbilixxu miżuri ta’ inklużjoni speċifiċi 72 . Il-Politika ta’ koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se jissoktaw jappoġġaw ir-riformi nazzjonali għall-edukazzjoni inklużiva fid-dawl ta’ tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi biex jittaffa l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, għall-iskejjel u għall-binjiet edukattivi, l-Istati Membri jistgħu jindirizzaw l-aċċessibbiltà permezz tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni.

Din l-Istrateġija se ssaħħaħ il-kooperazzjoni għar-riformi nazzjonali għall-edukazzjoni inklużiva u se tisfrutta l-opportunitajiet għal sinerġiji bejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, kif ukoll bejn l-Erasmus+ u strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE.

Il-Kummissjoni se:

ütoħroġ fl-2021, sett ta’ għodod għall-inklużjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, li jinkludi kapitolu speċifiku dwar it-tfal b’diżabilità.

ütappoġġa lill-Istati Membri biex jissoktaw jiżviluppaw is-sistemi tal-edukazzjoni tal-għalliema tagħhom biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ għalliema fl-Edukazzjoni għal Persuni bi Bżonnijiet Speċjali u l-kompetenzi tal-professjonisti tal-edukazzjoni kollha biex jimmaniġġjaw id-diversità fil-klassi u jiżviluppaw edukazzjoni inklużiva;

übħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej, tappoġġa ż-żieda fl-isforzi biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Appoġġ Edukattiv u l-Edukazzjoni Inklużiva 73 li jiffoka fuq l-aċċessibbiltà u l-akkomodament raġonevoli, l-adattament tal-kurrikuli tagħhom għall-ħtiġijiet tal-istudenti b’diżabilità (eż. ċertifikati ta’ tluq alternattivi li jippermettu l-kontinwazzjoni tal-edukazzjoni fil-livell nazzjonali) u fuq l-għoti ta’ korsijiet ta’ taħriġ lil-għalliema fil-qasam tal-edukazzjoni inklużiva.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri:

üjappoġġaw l-iżvilupp ta’ skejjel inklużivi li jistgħu jsiru referenza għat-tagħlim u għall-apprendiment inklużiv u innovattiv madwar l-UE skont l-objettivi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali;

übiex jiżguraw li s-sistemi edukattivi tagħhom fil-livelli kollha jikkonformaw mal-UNCRPD bil-ħsieb li javvanzaw fit-tagħlim assistit f’ambjenti inklużivi ġenerali, kif imħabbra fil-Komunikazzjoni dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;

üjappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Artikolu 24 tal-UNCRPD fl-Iskejjel Ewropej.

15.Aċċess sostenibbli u ugwali għall-kura tas-saħħa

Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, inkluż ir-riabilitazzjoni u l-prevenzjoni relatati mas-saħħa.

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri peress li l-persuni b’diżabilità jirrapportaw ħtiġijiet mhux issodisfati għal eżami mediku erba’ darbiet aktar ta’ spiss minn persuni mingħajr diżabilità. Il-kura tas-saħħa hija spiss għalja wisq, wisq ’il-bogħod biex tivvjaġġa għaliha, mhux aċċessibbli, jew soġġetta għal listi twal ta’ stennija 74 . Peress li l-prevalenza ta’ diżabilità tiżdied bl-età, l-anzjani li jgħixu f’żoni rurali jiffaċċjaw sfidi partikolari minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ kura tas-saħħa xierqa u nuqqas persistenti ta’ persunal 75 . Il-persuni b’diżabilità inviżibbli (bħal uġigħ kroniku jew b’diżabilitajiet intellettwali), b’mard rari jew bil-kanċer li spiss iwasslu għal insuffiċjenza, mhux dejjem jirċievu l-appoġġ meħtieġ imfassal apposta, u lanqas ma jirċevuh in-nisa jew ir-refuġjati b’diżabilità. Il-kriżi tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher punti dgħajfa fis-sistemi tas-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità li jgħixu f’istituzzjonijiet b’aċċess limitat għall-kura ta’ emerġenza u kura intensiva.

L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa mnedija mill-Kummissjoni f’Novembru 2020 76 se tappoġġa lill-Istati Membri f’politiki biex itejbu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħhom inkluż għall-persuni b’diżabilità.

Ir-riformi mill-Istati Membri għandhom jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-pajjiżi b’enfasi fuq il-gruppi li jiffaċċjaw ostakli partikolari fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li jqisu l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar it-Trasformazzjoni Diġitali tal-Kura u tas-Saħħa 77 .

Il-Kummissjoni se żżid il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer permezz tal-Pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer. 78 Biex issaħħaħ id-drittijiet tal-pazjenti, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Bħala parti minn din l-evalwazzjoni, se tidentifika fejn l-Istati Membri għażlu li jħallsu lura l-kostijiet tal-akkomodazzjoni u tal-ivvjaġġar jew kostijiet żejda li l-persuni b’diżabilità setgħu ġarrbu biex jivvalutaw il-kura tas-saħħa transfruntiera. Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll sa liema punt il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera għamlu l-informazzjoni disponibbli f’format aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

Il-Kummissjoni se:

ütindirizza kwistjonijiet relatati mas-saħħa u d-diżabilità permezz tal-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Promozzjoni u l-Prevenzjoni (SGPP) għall-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin ivvalidati relatati mas-saħħa biex tappoġġa lill-Istati Membri fir-riformi tas-saħħa tagħhom;

ütappoġġa lill-partijiet ikkonċernati biex jindirizzaw u jtaffu l-piż li l-pandemija tal-COVID-19 timponi fuq is-saħħa mentali taċ-ċittadini Ewropej;

ütindirizza inugwaljanzi speċifiċi għall-persuni b’diżabilità fl-aċċess għall-prevenzjoni tal-kanċer, fl-identifikazzjoni bikrija u fil-kura permezz ta’ azzjonijiet speċifiċi identifikati permezz tar-reġistru tal-inugwaljanzi fil-pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex:

üitejbu l-aċċess għall-persuni b’diżabilità għall-portafoll kollu tal-kura tas-saħħa inkluż il-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u s-servizzi ta’ prevenzjoni, inkluż permezz ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-persuni b’diżabilità abbażi ta’ kura tas-saħħa inklużiva, aċċessibbli u ffokata fuq il-persuna, u kunsens liberu u infurmat;

üiqajmu kuxjenza u jiżviluppaw strateġiji ta’ appoġġ għall-pazjenti b’diżabilità relatati ma’ mard rari u jidentifikaw u jeżaminaw modi kif jiffaċilitaw l-aċċess għal trattament mill-aktar avvanzat inkluż l-użu ta’ innovazzjonijiet diġitali madwar l-Istati Membri.

16.Titjib tal-aċċess għall-arti u għall-kultura, għar-rikreazzjoni, għad-divertiment, għall-isport u għat-turiżmu

L-arti u l-kultura, l-isport, id-divertiment, l-attivitajiet rikreattivi, u t-turiżmu aċċessibbli u inklużivi huma essenzjali għall-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà. Dawn iżidu l-benesseri u jagħtu lil kulħadd, inkluż lill-persuni b’diżabilità, l-opportunità li jiżviluppaw u li jużaw il-potenzjal tagħhom. Il-Kunsill enfasizza l-importanza fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità 79 . It-turiżmu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità huwa essenzjali biex jappoġġa l-parteċipazzjoni kif ukoll l-iżvilupp soċjoekonomiku. Il-UNCRPD titlob politika fuq żewġ binarji, li tippromwovi kemm l-attivitajiet ġenerali kif ukoll l-attivitajiet speċifiċi għad-diżabilità għat-tfal u għall-adulti.

Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità f’dawn l-oqsma kollha billi tfittex il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet sportivi ġenerali u speċifiċi għad-diżabilità fil-livelli kollha. Se tippromwovi u żżid il-viżibbiltà tax-xogħlijiet tal-arti minn persuni b’diżabilità u se tistinka biex tagħmel il-wirt kulturali u l-arti kollha aċċessibbli u d-diżabilità inklużiva b’appoġġ mill-finanzjament tal-UE bħall-Programm Ewropa Kreattiva. Il-Kummissjoni se tindirizza wkoll l-isterjotipi tad-diżabilità, pereżempju fil-media u fil-films f’konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva li tirrikjedi li l-komunikazzjonijiet kummerċjali jħarsu d-dinjità tal-bniedem u ma jinkludu l-ebda diskriminazzjoni, inkluż dik ibbażata fuq id-diżabilità 80 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tivvaluta d-disponibbiltà ta’ materjal stampat għall-persuni b’diżabilità filwaqt li tqis il-liġi eżistenti tal-UE 81 .

Il-Kummissjoni sejra wkoll:

ütniedi studju li jevalwa l-implimentazzjoni tal-Artikolu 30 tal-UNCRPD biex tappoġġa lill-Istati Membri f’politiki biex iżidu l-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-appoġġ għalihom f’attivitajiet sportivi, kulturali u ta’ divertiment;

ütissieħeb mal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali biex trawwem l-inklużjoni fl-isport u tiġġieled kontra l-isterjotipi;

ütkompli tippromwovi l-iżvilupp ta’ turiżmu aċċessibbli b’mod partikolari mill-ibliet permezz tal-premju tal-Kapitali Ewropea għat-Turiżmu Intelliġenti 82 .

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex

üjippromwovu u jinkoraġġixxu l-arti tal-persuni b’diżabilità u jżidu s-sensibilizzazzjoni fuqha u jagħmluha viżibbli permezz ta’ wirjiet u rappreżentazzjonijiet; u jagħmlu aktar kollezzjonijiet tal-arti u mużewijiet aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

17.Żgurar tas-sikurezza u tal-protezzjoni

Il-persuni b’diżabilità jinsabu f’riskju ogħla li jkunu vittmi ta’ vjolenza u abbuż kemm fl-ambjent tad-dar tagħhom kif ukoll fl-istituzzjonijiet, b’mod partikolari n-nisa, il-persuni anzjani u t-tfal b’diżabilità 83 . Il-persuni b’diżabilità huma wkoll fil-mira ta’ diskors ta’ mibegħda u bullying, inkluż fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni. Il-persuni b’diżabilità jew bi problemi tas-saħħa jesperjenzaw prevalenza akbar tar-rata ta’ vjolenza (17 % meta mqabbel ma 8 % tal-persuni mingħajr diżabilità) u jesperjenzaw molestja b’rata akbar (50 % meta mqabbel ma 37 % tal-persuni mingħajr diżabilità) 84 .

It-traffikanti tal-bnedmin jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet partikolari tal-persuni b’diżabilità għall-fini ta’ sfruttament sesswali, talb sfurzat u żwiġijiet fittizji 85 . Is-sikurezza u l-benesseri tal-migranti, tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u tal-benefiċjarji tagħha, inkluż tat-tfal b’diżabilità, mhux dejjem huma protetti fiċ-ċentri ta’ akkoljenza jew f’faċilitajiet oħra li jospitawhom. Id-diżastri bħall-għargħar u t-terremoti jaggravaw il-vulnerabbiltajiet eżistenti, u b’hekk jagħmlu l-irkupru mid-diżastri aktar diffiċli għall-gruppi żvantaġġati. Kwistjonijiet relatati mal-ugwaljanza u l-aċċessibiltà f’każ ta’ diżastri spiss jiġu injorati fil-pjanijiet ta’ emerġenza eżistenti u fl-assistenza tal-protezzjoni ċivili.

Barra minn hekk, it-tibdil fil-klima jista’ jkollu wkoll impatt aktar sinifikanti fuq il-persuni b’diżabilità li jistgħu jkunu f’riskju meta jiġu affettwati s-servizzi u l-infrastruttura ewlenin 86 ; għalhekk huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni ekoloġika għal soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti tkun ġusta u inklużiva u tinvolvi l-persuni b’diżabilità.

Hemm bżonn ta’ politiki b’diversi aspetti biex tiġi appoġġata u protetta aħjar is-sikurezza tal-persuni b’diżabilità fis-sitwazzjonijiet kollha. Biex tiżgura protezzjoni aħjar kontra l-vjolenza u r-reati, l-UE stabbiliet mekkaniżmu ġuridiku b’saħħtu, u l-Kummissjoni se twettaq azzjonijiet immirati fi ħdan l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020–2025 87 u l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tinkludi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-professjonisti u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura l-integrazzjoni ta’ aspetti ta’ vjolenza u abbuż relatati mad-diżabilità fil-politiki futuri rilevanti tal-UE. Il-politiki għandhom jinkludu l-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet u l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni sistematiċi f’każ li jseħħu vjolenza, reati jew abbuż.

Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) tistabbilixxi standards ta’ protezzjoni u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni komuni biex tindirizza s-sitwazzjoni speċifika u l-ħtiġijiet tal-applikanti vulnerabbli għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha, inklużi l-persuni b’diżabilità. Il-Kummissjoni għamlet proposti biex tirriforma s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil 88 biex tagħmilha aktar reżiljenti u effettiva filwaqt li ssaħħaħ ukoll l-istandards ta’ protezzjoni applikabbli. Bl-istess mod, il-Kummissjoni se tiżgura appoġġ għall-persuni b’diżabilità skont il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMIF) u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil se jiffaċilita t-taħriġ għall-uffiċjali tal-protezzjoni u għall-interpreti li jittrattaw talbiet għall-ażil minn persuni vulnerabbli, inklużi l-persuni b’diżabilità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura sinerġiji fl-implimentazzjoni ta’ din l-Istrateġija mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni (2021–2027) 89 . Wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-pjan ta’ azzjoni l-ġdid huwa l-“inklużjoni għal kulħadd”, filwaqt li jitqiesu l-isfidi ta’ riskji differenti u intersezzjonali li jistgħu jirrappreżentaw sfidi speċifiċi għall-migranti.

Bl-għan li toqrob lejn standards Ewropej komuni fl-operazzjonijiet tal-Protezzjoni Ċivili, il-Kummissjoni se tinkludi kampanja ta’ sensibilizzazzjoni biex titjieb is-sikurezza għall-gruppi vulnerabbli. Il-finanzjament mill-UE se jintuża biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità permezz ta’ laqgħat mal-Forum tal-Protezzjoni Ċivili u n-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili Il-Kummissjoni se tissokta tiffinanzja programmi ta’ taħriġ għal sitwazzjonijiet ta’ diżastri, inklużi proġetti u eżerċizzji ta’ tħejjija li jqisu l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità u se tkompli ssaħħaħ il-monitoraġġ iddedikat fl-azzjonijiet ta’ prevenzjoni.

Il-Kummissjoni sejra wkoll:

ütipprovdi sal-2024 gwida lill-Istati Membri u lill-prattikanti, inklużi lill-uffiċjali tal-pulizija, dwar it-titjib tal-appoġġ lill-vittmi ta’ vjolenza li jkunu persuni b’diżabilità;

ütagħti mandat lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex teżamina s-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità li jgħixu fl-istituzzjonijiet fir-rigward tal-vjolenza, l-abbuż u t-tortura.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri:

üjimplimentaw l-acquis tas-SEKA filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal- applikanti vulnerabbli għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha, inklużi l-persuni b’diżabilità, bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni adegwata fil-prattika;

üjiffaċilitaw it-taħriġ tal-uffiċjali tal-protezzjoni u tal-interpreti li jittrattaw it-talbiet għall-ażil minn persuni vulnerabbli, inklużi l-persuni b’diżabilità, b’ħidma mill-qrib ħafna mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil f’dak ir-rigward.

18.Promozzjoni globali tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità

L-UE se tissokta tappoġġa d-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b’diżabilità u se tappoġġa l-inklużjoni soċjali tagħhom fir-relazzjonijiet internazzjonali kollha, u bħala parti mill-azzjoni esterna, l-ippjanar tal-politika, il-programmi ta’ finanzjament u l-attivitajiet kollha. Trid tingħata attenzjoni wkoll lit-tfal u liż-żgħażagħ b’diżabilità, speċjalment f’soċjetajiet f’kunflitt u li jkunu għaddew minn kunflitt jew f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn il-protezzjoni, l-aċċess għall-iskola u s-servizzi bażiċi ta’ spiss ikunu neqsin.

Dan jimplika li tingħata attenzjoni partikolari għall-involviment ma’ pajjiżi terzi fil-qafas tal-politiki tal-UE għat-tkabbir u l-viċinat u l-aġenda usa’ tagħha dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Madwar 15 % tal-popolazzjoni dinjija tgħix b’xi forma ta’ diżabilità, u madwar 2-4 % jesperjenzaw diffikultajiet serji biex jiffunzjonaw u li madwar 80 % minnhom jgħixu f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp 90 . F’partijiet kbar tad-dinja, il-persuni b’diżabilità għandhom aċċess dgħajjef għal servizzi bażiċi inklużivi, għall-protezzjoni, għat-teknoloġiji ta’ assistenza, għall-informazzjoni, għall-ġustizzja u għall-identità legali. Dan minfuq id-diskriminazzjoni u n-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg. Fost l-aktar kwistjonijiet urġenti nsibu l-kura istituzzjonalizzata u s-segregazzjoni kontinwa. Ta’ spiss is-sistemi edukattivi mhumiex inklużivi tal-ħtiġijiet tat-tfal b’diżabilità. Barra minn hekk, il-persuni b’diżabilità spiss ikunu fost l-aktar vulnerabbli fi kriżijiet umanitarji. Fid-diżastri, ir-rata ta’ mortalità tagħhom hija darbtejn sa erba’ darbiet ogħla minn dik tal-persuni mingħajr diżabilità 91 .

B’din l-Istrateġija, l-UE se ssaħħaħ ir-rwol tagħha globalment bħala difensur tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità permezz tal-kooperazzjoni, l-azzjoni umanitarja u d-djalogu mal-komunità internazzjonali tal-UNCRPD. Filwaqt li tirrikonoxxi l-isfidi differenti li jiffaċċjaw il-pajjiżi sħab u l-varjetà ta’ oqfsa ta’ kooperazzjoni fis-seħħ mal-UE, din l-Istrateġija se sservi ta’ ispirazzjoni biex tiggwida l-isforzi ta’ riforma u l-ippjanar tal-assistenza mal-pajjiżi sħab u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Barra minn hekk, l-UE se tissokta tipprovdi għajnuna umanitarja u protezzjoni bbażata fuq il-ħtiġijiet, f’konformità mal-prinċipji umanitarji.

L-UE tappella lill-Istati kollha biex jħarsu, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità kif rifless fl-inizjattivi ta’ politika kollha li jsawru d-deċennju li jmiss 92 . Huwa essenzjali li l-azzjoni esterna tħares u timplimenta l-prinċipji tal-UNCRPD flimkien mal-Aġenda 2030, billi tintegra l-approċċ ta’ Disinn Universali għal aċċessibbiltà aħjar u tipprovdi akkomodament raġonevoli għall-persuni b’diżabilità fl-azzjonijiet kollha. L-UE se tagħmel dan billi tuża l-għodod tagħha kollha li jvarjaw minn djalogi politiċi, dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-kummerċ sa kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-politiki tal-viċinat u tat-tkabbir u tas-sħubiji internazzjonali tal-UE li jkopru wkoll l-azzjoni umanitarja u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multinazzjonali. L-UE tappoġġa r-riformi tal-politiki pubbliċi globalment biex dawn isiru aktar inklużivi u tistinka biex tiżgura li d-drittijiet kollha tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, jibqgħu fil-qalba tar-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 u l-irkupru globali. Id-delegazzjonijiet tal-UE jipprovdu appoġġ biex id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità javvanzaw, jipprovdu gwida għall-implimentazzjoni tal-aċċessibbiltà u jiżguraw konsultazzjoni sinifikanti tal-persuni b’diżabilità, inkluż permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom abbażi ta’ prattiki tajbin eżistenti. L-UE tistinka għal azzjoni mmirata dwar id-diżabilità kif ukoll għall-integrazzjoni tad-diżabilità fl-azzjoni esterna tagħha. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020–2024 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III 2021–2025 jistabbilixxu l-ambizzjonijiet tal-UE biex iżżid l-azzjoni biex tiġġieled il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilità, b’attenzjoni speċifika għall-forom multipli u intersezzjonali tad-diskriminazzjoni, f’konformità mal-linji gwida tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem dwar in-nondiskriminazzjoni fl-azzjoni esterna 93 .

L-UE se timmira wkoll li tiżgura li l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità jiġu indirizzati b’mod adegwat fl-għajnuna umanitarja ffinanzjata mill-UE, permezz tat-tisħiħ tal-involviment tal-persuni b’diżabilità u l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, kif ukoll tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet. Barra minn hekk, l-UE se ssaħħaħ il-ġbir tad-data tagħha dwar il-persuni b’diżabilità fl-għajnuna umanitarja ffinanzjata mill-UE, pereżempju permezz tal-promozzjoni tal-użu tas-Sett ta’ Mistoqsijiet Qosra ta’ Washington 94 . Barra minn hekk, fir-reviżjoni tar-regolament dwar l-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati SĠP+ tal-UE, se tiġi inkluża referenza għall-UNCRPD biex tingħata inċentiva lill-konformità tiegħu mis-sħab kummerċjali relatati.

L-UE se żżid l-isforzi tagħha u se tikkonsolida l-kooperazzjoni tagħha ma’ Stati Partijiet u firmatarji oħra, biex tavvanza r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-UNCRPD, u biex iżżid it-tmexxija speċjalment fil-kuntest tal-Konferenza annwali tal-Istati Partijiet tal-UNCRPD. L-UE tissokta tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tiżgura li r-rappreżentanti tal-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċessi rilevanti kollha permezz ta’ djalogi strutturati speċifiċi u inklużivi fuq livell tal-UE, tal-pajjiżi sħab u dak globali. Dawn jagħtu bidu għal skambji dwar inizjattivi strateġiċi u l-aħjar prattiki flimkien ma’ tixrid usa’ tar-riżultati.

L-UE se taqsam l-istrateġiji u l-prattiki tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-UNCRPD fil-fora multilaterali tan-NU, bħall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, jew il-Kummissjoni tal-Iżvilupp Soċjali u ma’ organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni reġjonali, bħall-Unjoni Afrikana, l-ASEAN jew l-USAN. L-għan ta’ dan l-iskambju jkun li jistimula implimentazzjoni trasparenti u ambizzjuża tal-UNCRPD madwar id-dinja 95 filwaqt li l-UE tkun tibbenefika wkoll mill-iskambju globali ta’ prattiki. Involviment aktar b’saħħtu tal-UE fil-Kumitat tal-UNCRPD jista’ jwassal għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-UNCRPD kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha. Il-Kummissjoni se tipproponi lill-Istati Membri li l-UE tressaq kandidat għall-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-UNCRPD f’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta dwar il-Multilateraliżmu 96 .

Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/il-Viċi President tal-Kummissjoni (RGħVP) se:

üfl-2021, se jaġġornaw is-Sett ta’ għodod dwar l-“Approċċ Ibbażat fuq id-Drittijiet, li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE” biex jindirizzaw l-inugwaljanzi kollha, inkluż id-diskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabilità, fl-azzjonijiet esterni;

üjiżguraw li d-delegazzjonijiet tal-UE jkollhom rwol aktar attiv fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-UNCRPD u fit-trawwim tar-ratifika globali;

üjużaw b’mod sistematiku l-markatur b’rabta mad-diżabilità tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD (DAC) 97 biex jintraċċaw investimenti inklużivi għad-diżabilità għal monitoraġġ immirat tal-finanzjament mill-UE;

üjipprovdu assistenza teknika flimkien mal-Istati Membri lill-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi sħab permezz tal-programmi u l-faċilitajiet tagħha;

üjorganizzaw djalogi strutturati regolari matul il-Konferenza annwali tal-Istati Partijiet tal-UNCRPD u fil-kuntest ta’ fora multilaterali eżistenti oħra, u jsaħħu l-kooperazzjoni b’enfasi fuq l-aċċessibbiltà u l-impjieg.

19.Twettiq effiċjenti tal-istrateġija

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, biex iqisu l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità meta jfasslu, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-politiki, il-leġiżlazzjoni u l-programmi ta’ finanzjament permezz ta’ azzjoni mmirata u tal-integrazzjoni. Il-Kummissjoni tħeġġeġ il-kooperazzjoni dwar id-diżabilità bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, u partijiet ikkonċernati oħra, appoġġata mill-użu tal-finanzjament mill-UE u l-għoti ta’ taħriġ.

20.Regolamentazzjoni Aħjar – il-konformità mal-UNCRPD fit-tfassil tal-politiki

Ir-Regolamentazzjoni Aħjar għandha l-għan li tipprovdi l-aħjar bażi possibbli għal tfassil ta’ politika f’waqtu u sod. L-Artikolu 10 tat-TFUE jenfasizza li l-Unjoni għandha tiġġieled id-diskriminazzjoni, inkluż dik ibbażata fuq id-diżabilità, meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki tagħha.

It-tfassil ta’ politiki effettivi jimplika l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom matul il-proċess u l-għoti ta’ informazzjoni dwar inizjattivi ta’ politika rilevanti u konsultazzjonijiet f’formati aċċessibbli.

Bħala parti mill-attivitajiet tagħha lejn il-promozzjoni tal-ugwaljanza għal kulħadd u l-ugwaljanza fis-sensi kollha tagħha, it-Task Force għall-Ugwaljanza 98 tal-Kummissjoni tistinka biex tiżgura l-integrazzjoni tad-diżabilità, fl-oqsma tal-politiki kollha.

Il-Kummissjoni għandha wkoll:

üissaħħaħ is-sett ta’ għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar billi ttejjeb l-inklużività tad-diżabilità, biex tiġi żgurata konsistenza mal-UNCRPD;

ütiżgura l-inklużjoni u l-valutazzjoni koerenti ta’ kwistjonijiet ta’ diżabilità fil-valutazzjonijiet tal-impatt u fl-evalwazzjonijiet fejn rilevanti, inkluż permezz ta’ taħriġ tal-persunal li jħejji inizjattivi dwar il-UNCRPD.

21.Tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri

Sabiex issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-UNCRPD u biex jiġi rifless aħjar l-impenn meħud mill-UE bħala parti għall-Konvenzjoni, il-Kummissjoni se tinvesti fit-tisħiħ tal-koordinazzjoni fil-livell tal-UE f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 99 . Il-Kummissjoni se taħdem mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex tiżgura li kwistjonijiet dwar id-diżabilità jitqiesu b’mod adegwat fin-negozjati interistituzzjonali u se jaħdmu flimkien biex jidentifikaw lakuni fil-leġiżlazzjoni eżistenti.

Il-Kummissjoni se:

ütistieden lill-istituzzjonijiet u lill-korpi, lill-aġenziji u lid-delegazzjonijiet kollha tal-UE biex jaħtru koordinaturi tad-diżabilità għall-istituzzjonijiet tagħhom u għall-istrateġiji tagħhom dwar id-diżabilità;

ütorganizza laqgħat regolari ta’ livell għoli bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-SEAE (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna), li jinvolvu organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ persuni b’diżabilità;

ütorganizza skambju annwali ta’ fehmiet mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri:

üjqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilità fil-politiki kollha li jridu jiġu indirizzati fuq livell tal-Kunsill u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill (integrazzjoni tad-diżabilità).

22.Ħidma mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali

L-Istati Membri bħala partijiet għall-UNCRPD huma atturi ewlenin biex jimplimentaw il-UNCRPD u jinvolvu lill-gvernijiet, lill-parlamenti u lil partijiet ikkonċernati oħra f’diversi livelli. Dawn għandhom jirrapportaw b’mod regolari lill-Kumitat tan-NU dwar il-miżuri tagħhom biex jimplimentaw il-UNCRPD, inklużi strateġiji nazzjonali għall-persuni b’diżabilità. Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-mekkaniżmu ta’ governanza għall-kooperazzjoni fil-livell tal-UE.

Inizjattiva ewlenija:

Fl-2021, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-Pjattaforma tad-Diżabilità. Din se tieħu post il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Diżabilità eżistenti u se tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-Istrateġija kif ukoll l-istrateġiji nazzjonali dwar id-diżabilità. Din se tlaqqa’ flimkien punti fokali nazzjonali tal-UNCRPD, organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità u l-Kummissjoni. Il-Pjattaforma tista’ tintuża bħala forum għall-iskambju tal-valutazzjonijiet tan-NU tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-UNCRPD. Il-preżenza online tal-Pjattaforma tad-Diżabilità se jkun fiha informazzjoni dwar il-laqgħat, l-attivitajiet, l-analiżi u l-informazzjoni dwar il-pajjiżi tagħha, inkluż il-promozzjoni ta’ prattiki tajba aċċessibbli u inklużivi.

Il-Kummissjoni sejra wkoll:

ütistabbilixxi djalogu dwar id-diżabilità ma’networks eżistenti 100  ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri:

üjadottaw strateġiji nazzjonali ambizzjużi biex titrawwem l-implimentazzjoni tal-UNCRPD u ta’ din l-Istrateġija fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

23.Appoġġ għall-implimentazzjoni permezz tal-finanzjament tal-UE

Biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-Istrateġija u tal-UNCRPD, l-UE se tissokta tippromwovi l-użu tal-finanzjament tal-UE mill-Istati Membri kif previst fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 101 u permezz ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament ġodda skont in-NextGeneration EU, il-Pjan ta’ Rkupru se jmexxina biex noħorġu mill-kriżi attwali u jistabbilixxi s-sisien għal Ewropa moderna u aktar sostenibbli 102 . L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jista’ jappoġġa lill-Istati Membri permezz ta’ għarfien espert addattat.

Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-fondi ta’ ġestjoni kondiviża 103 jipprevedi l-qafas tal-politika għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, fost oħrajn, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew+ (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta l-ġdid (JTF). Dan jistabbilixxi li l-Istati Membri jridu jissodisfaw l-hekk imsejħa “kundizzjonijiet abilitanti” biex jiżguraw li l-ambjent ta’ investiment għall-appoġġ tal-UE jkun ippreparat sew minn qabel. Kundizzjoni abilitanti waħda teħtieġ li jkun hemm fis-seħħ qafas nazzjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-UNCRPD. Wieħed mill-kriterji għall-issodisfar tagħha huwa relatat mal-fatt li jkun hemm arranġamenti fis-seħħ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà. Il-finanzjament tal-UE jappoġġa oqsma bħad-deistituzzjonalizzazzjoni, l-inklużjoni soċjoekonomika tal-persuni b’diżabilità, l-aċċess għas-servizzi, l-edukazzjoni inklużiva, il-kura tas-saħħa, il-ħolqien ta’ wirt kulturali aktar inklużiv, u l-iżgurar tal-aċċessibbiltà. Il-punti fokali tal-Istati Membri tal-UNCRPD jista’ jkollhom rwol importanti fl-appoġġ tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti rilevanti tul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni jirrikjedi wkoll li l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità titqies matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali tal-Istati Membri.

Fondi oħra jistgħu jaqdu rwol biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din l-Istrateġija.

Il-programm Erasmus+ se jrawwem appoġġ finanzjarju u miżuri oħra ta’ inklużjoni għall-parteċipanti b’diżabilità. Il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) se jappoġġa l-implimentazzjoni u l-governanza ta’ din l-Istrateġija. Il-Kummissjoni se trawwem l-implimentazzjoni inklużiva għad-diżabilità ta’ strumenti u programmi finanzjarji oħra, bħall-InvestEU u l-Orizzont Ewropa 104 .

Biex tallinja l-ġestjoni tal-fondi rilevanti taħt il-Qafas finanzjarju pluriennali għall-2021–2027 105 fir-rigward tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri permezz ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħitha, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, u gwida mmirata.

L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali 2021-2027 se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-objettivi esterni tal-istrateġija. Fondi bħal SOCIEUX+, il-programm ta’ kooperazzjoni teknika li jiffoka fuq missjonijiet ta’ terminu qasir, l-istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) u l-programmi TWINNING se jgħinu fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE dwar id-diżabilità madwar id-dinja.

Il-Kummissjoni sejra wkoll:

ütesplora opportunitajiet ta’ finanzjament permezz tal-Programm il-ġdid dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) biex trawwem l-involviment taċ-ċittadini b’diżabilità fuq bażi ugwali ma’ oħra;

ütappoġġa lill-Istati Membri biex jużaw il-Fondi tal-UE f’konformità mal-UNCRPD u fir-rispett tal-aċċessibbiltà u biex jiżguraw li l-fondi tal-UE ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għas-segregazzjoni jew l-esklużjoni.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex:

üjiżguraw sħubija ma’ awtoritajiet reġjonali, lokali, ma’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b’diżabilità, mas-soċjetà ċivili, mal-korpi tad-drittijiet fundamentali u ma’ partijiet ikkonċernati oħra fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE;

üjinkoraġġixxu lill-punti fokali tal-UNCRPD biex jappoġġaw l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitanti rilevanti tul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

24. Tmexxija bl-eżempju

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tmexxi bl-eżempju u tistieden lil istituzzjonijiet, lill-korpi u lil aġenziji oħra tal-UE biex jagħmlu l-istess.

25.Proċessi tal-għażla, tar-reklutaġġ, tal-impjieg u taż-żamma isiru inklużivi għad-diżabilità

Id-diversità u l-inklużjoni jżewqu u jsaħħu l-organizzazzjonijiet. F’dan l-ispirtu, il-Kummissjoni fl-istrateġija mġedda tagħha għar-Riżorsi Umani (HR) se tinkludi azzjonijiet biex tagħti spinta lir-reklutaġġ, lill-impjieg effettiv u lill-perspettivi tal-karriera tal-persunal b’diżabilità u biex toħloq ambjenti tax-xogħol inklużivi, billi ssaħħaħ l-impenn tagħha bħala impjegatur li trawwem id-diversità u l-ugwaljanza filwaqt li tiżgura wkoll li l-aċċessibbiltà u l-akkomodament raġonevoli jkunu koperti. L-“Uffiċċju għad-Diversità u l-Inklużjoni” li nħoloq dan l-aħħar se jissorvelja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet rilevanti u se jikkontribwixxi sabiex id-diversità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni javvanzaw fid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni.

Il-proċess tal-għażla u tar-reklutaġġ huwa bbażat fuq il-mertu u jsegwi politika ta’ opportunitajiet indaqs. Madankollu, jeħtieġ li jiġu implimentati approċċ proattiv u passi biex tiġi promossa diversità akbar.

Fir-rigward tar-reklutaġġ, se jsir skrinjar tal-ugwaljanza u tad-diversità fil-proċessi, fil-proċeduri u fl-għodod ta’ reklutaġġ sabiex jiġi identifikat kwalunkwe riskju potenzjali ta’ preġudizzju jew diskriminazzjoni u l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa. Se jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġi żgurat rimedju effettiv tal-kwistjonijiet identifikati mill-iskrinjar tal-ugwaljanza u tad-diversità.

Dan se jkun appoġġat minn kampanja ta’ komunikazzjoni interna tal-Kummissjoni u minn taħriġ għall-persunal, inkluż għall-maniġers u għall-professjonisti tal-HR (li għalihom it-taħriġ se jkun obbligatorju), biex jiġi żgurat ambjent tax-xogħol li jħares u jiġġieled kontra l-preġudizzju u d-diskriminazzjoni, inkluż kontra l-persuni b’diżabilità.

Fir-rigward tal-għażla tal-persunal, l-Uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) se jissokta japplika l-politika tiegħu dwar l-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni għall-kompetizzjonijiet u l-għażliet tiegħu billi jiġbor data dwar id-diżabilità fl-istadju tal-applikazzjoni. B’dan il-mod l-EPSO jista’ jiggarantixxi akkomodament raġonevoli, jidentifika aħjar il-lakuni fil ħidma ta’ sensibilizzazzjoni tiegħu, u jżid il-possibbiltajiet għall-kandidati b’diżabilità biex jipparteċipaw fit-testijiet. Se jaġġorna wkoll l-istrateġija ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mmirata tiegħu, se jissokta jiżviluppa n-network tiegħu ta’ organizzazzjonijiet sħab tad-diżabilità, l-għarfien espert tiegħu fl-akkomodamenti raġonevoli, kif ukoll il-katalgu tat-taħriġ u tas-servizzi tiegħu.

Il-Kummissjoni tapplika politika ta’ opportunitajiet ugwali fil-kanali u l-programmi differenti ta’ impjieg tagħha kollha. Sabiex dan iseħħ fil-prattika, il-Kummissjoni se tħeġġeġ b’mod expliċitu l-applikazzjonijiet minn persuni b’diżabilità u se tipprovdi lil dawn il-kandidati b’appoġġ u b’assistenza mmirata tul il-proċess kollu.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) se jissokta bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu dwar id-diżabilità.

Inizjattiva ewlenija:

Il-Kummissjoni se tadotta strateġija mġedda tal-HR li se tinkludi azzjonijiet biex tippromwovi d-diversità u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità, u se tistieden lill-EPSO biex jikkomplementa dawn l-isforzi f’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE li jirreklutaw.

Il-Kummissjoni sejra wkoll:

ütiżgura t-tneħħija u l-prevenzjoni kontinwi tal-ostakli mis-servizzi kollha għall-persunal u għall-pubbliku b’diżabilità (eż. it-tagħmir u l-għodod tal-ICT aċċessibbli għal-laqgħat online);

üissaħħaħ ir-rapportar mill-maniġment tas-servizzi kollha tal-Kummissjoni dwar id-diversità, inkluż l-akkomodament raġonevoli għall-persunal b’diżabilità.

26.Aċċessibbiltà tal-bini u tal-komunikazzjoni

Il-Kummissjoni kontinwament qed ittejjeb l-aċċessibbiltà tal-bini, l-ambjenti diġitali u tal-komunikazzjoni tagħha u se żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura l-aċċessibbiltà, inklużi proġetti innovattivi, iżżid l-aċċessibbiltà tal-pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari tad-dritt u tal-politiki tal-UE, tipprovdi taħriġ għall-persunal u tappoġġa l-apprendiment tal-interpretazzjoni fil-Lingwa Internazzjonali tas-Sinjali.

Il-Kummissjoni se:

ütadotta fl-2021 Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Aċċessibbiltà tal-web, li mbagħad jiġi kondiviż u promoss fl-istituzzjonijiet, fil-korpi u fl-aġenziji kollha tal-UE biex tkun żgurata l-konformità tas-siti web tal-UE, tad-dokumenti ppubblikati fuq dawn is-siti web u fuq il-pjattaformi online, mal-istandards Ewropej għall-aċċessibbiltà 106 ;

üittejjeb sal-2023, l-aċċessibbiltà fis-servizzi tal-komunikazzjoni awdjoviżiva u ta’ disinn grafiku tagħha kif ukoll fil-pubblikazzjonijiet u fl-avvenimenti tagħha, u tinkludi fejn rilevanti l-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali u d-dokumenti f’format “faċli biex jinqara”;

ütiżgura l-aċċessibbiltà għall-bini kollu okkupat reċentement tal-Kummissjoni, soġġett għal rekwiżiti ta’ ppjanar urban possibbli tal-pajjiżi ospitanti;

ütiżgura l-aċċessibbiltà tal-postijiet fejn jiġu organizzati l-avvenimenti tal-Kummissjoni;

ütiżgura li sal-2030, il-bini kollu tal-Kummissjoni jsegwi l-istandards Ewropej għall-aċċessibbiltà, soġġett għar-rekwiżiti ta’ ppjanar urban tal-pajjiżi ospitanti.

27.Sensibilizzazzjoni, governanza u kejl tal-progress

Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex tikkomplementa u tappoġġa l-kampanji nazzjonali, biex issaħħaħ is-sensibilizzazzjoni u biex tiġġieled kontra l-isterjotipi dwar id-diżabilità. Se tissokta torganizza avvenimenti dedikati, b’mod partikolari l-Jum Ewropew għall-Persuni b’Diżabilità li jiċċelebra l-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità tan-NU fit-3 ta’ Diċembru.

Il-Kummissjoni se ssaħħaħ id-djalogi strutturati mal-persuni b’diżabilità u mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, se tiżgura r-rappreżentazzjoni tagħhom fil-proċessi politiċi relevanti u l-konsultazzjoni tagħhom dwar il-proposti rilevanti tal-Kummissjoni. Se tissokta tiffinanzja l-ħidma mill-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD permezz tal-programm dwar iċ-Ċittadinanza, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri.

Il-Protokoll Fakultattiv tal-UNCRPD jippermetti lill-persuni b’diżabilità jindirizzaw lill-Kumitat relatat meta jisħqu li huma vittmi ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD minn dak l-Istat Parti 107 . Mhux l-Istati Membri kollha aderew mal-Protokoll, u l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill għall-adeżjoni tal-UE mal-Protokoll Fakultattiv tal-UNCRPD ilha pendenti mill-2008. Il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib il-progress tal-adeżjoni mill-Istati Membri fil-Protokoll Fakultattiv u se teżamina mill-ġdid ir-ratifika tal-UE tal-Protokoll Fakultattiv tal-UNCRPD f’dak id-dawl.

Il-Kummissjoni se tibda l-ħidma mal-Kunsill biex taġġorna d-dikjarazzjoni tal-UE dwar il-kompetenza tal-UE fir-rigward ta’ kwistjonijiet regolati mill-UNCRPD kif irrakkomandat mill-Kumitat tal-UNCRPD fl-2015 108 . In-numru ta’ atti legali rilevanti tal-UE żdied b’mod konsiderevoli minn madwar 40 elenkati fid-dikjarazzjoni fl-2008 għal aktar minn 130 109 .

28.Tisħiħ tal-Qafas tal-UE skont l-UNCRPD

Bħala parti għall-UNCRPD, l-UE kellha tistabbilixxi qafas sabiex tippromwovi, tipproteġi u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

F’dan ir-rigward, ġie stabbilit qafas speċifiku tal-UE 110 li jikkonsisti mill-Ombudsman Ewropew, mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u mill-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità, li kollha jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti iżda f’koordinazzjoni. Il-qafas tal-UE jissorvelja oqsma fil-UNCRPD fejn l-Istati Membri ttrasferew kompetenzi lill-UE kif ukoll l-implimentazzjoni tal-UNCRPD mill-istituzzjonijiet tal-UE.

Sabiex tiżdied l-effettività ta’ dan il-mekkaniżmu fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se:

üteżamina, fl-2022, il-funzjonament tal-qafas tal-UE u se tipproponi azzjonijiet fuq din il-bażi;

ütorganizza djalogu annwali bejn il-Kummissjoni bħala Punt Fokali tal-UE u l-qafas tal-UE.

29.Żgurar ta’ monitoraġġ u ta' rapportar sodi

Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza mill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità għall-2010-2020, il-Kummissjoni se tistabbilixxi qafas biex timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ din l-Istrateġija, li se jipprovdi wkoll kontribut għas-Semestru Ewropew, għat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

Il-monitoraġġ tal-progress fl-Istati Membri se jiddependi fuq ġbir imtejjeb ta’ data statistika dwar is-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità, u fuq l-informazzjoni dwar politiki u prattiki nazzjonali li jikkomplementaw ir-rapportar mill-Istati Membri lill-Kumitat ddedikat tan-NU. Dashboard ġdid se jippreżenta l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet fil-livell tal-UE skont din l-Istrateġija kif ukoll dawk li fihom il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni. Il-Kummissjoni se tissokta timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-diżabilità. Barra minn hekk, se tikkunsidra jekk għandhiex tirfina l-azzjonijiet abbażi ta’ rapport ta’ nofs it-terminu ta’ din l-Istrateġija.

F’isem l-UE, il-Kummissjoni Ewropea bħala punt fokali tal-UE trid tirrapporta regolarment lill-Kumitat tal-UNCRPD dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-UE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tiġbor informazzjoni, inkluż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill kif ukoll minn fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni 111 .

Sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ effettiv, id-data ta’ kwalità flimkien ma’ riċerka fit-tul huma prerekwiżit indispensabbli. Dan jinkludi għarfien dwar xi jfissru t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali għall-persuni b’diżabilità. Għalkemm il-Eurostat jipprovdi data tal-istħarriġ għall-oqsma ewlenin, il-ġbir tad-data eżistenti għadu ma jkoprix l-oqsma rilevanti kollha u mhuwiex dejjem frekwenti biżżejjed biex jiġu identifikati xejriet.

Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-ġbir tad-data fl-oqsma kollha fejn ġew identifikati lakuni 112 , inkluża data dwar dawk li jgħixu f’istituzzjonijiet u riċerka dwar id-diżabilità skont il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Orizzont Ewropa (2021–2027) li jintegra approċċ intersezzjonali. Abbażi tal-ġbir ta’ data aktar komprensiv, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-monitoraġġ tad-diżabilitajiet fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Il-Kummissjoni sejra wkoll:

ütiżviluppa u tippubblika, fl-2021, qafas ta’ monitoraġġ għall-objettivi u l-azzjonijiet ta’ din l-istrateġija;

ütiżviluppa, sal-2023 l-aktar tard, indikaturi ġodda tad-diżabilità bi pjan direzzjonali ċar għall-implimentazzjoni. Dawn għandhom jinkludu indikaturi għat-tfal u għas-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità fl-impjieg, fl-edukazzjoni, fil-protezzjoni soċjali, fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali, fil-kundizzjonijiet tal-għajxien, fis-saħħa, fl-użu ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni ġodda, li jappoġġaw l-indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tal-UE, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tas-Semestru Ewropew;

ütħejji rapport fl-2024 ta’ din l-Istrateġija li jivvaluta l-progress tal-implimentazzjoni tagħha u, jekk jitqies meħtieġ, jaġġorna l-objettivi u l-azzjonijiet tagħha.

ütiżviluppa strateġija għall-ġbir tad-data u tidderieġi lill-Istati Membri kif xieraq u tipprovdi analiżi tas-sorsi u tal-indikaturi tad-data eżistenti inkluż data amministrattiva.

30.Konklużjoni

B’din l-Istrateġija, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tipprovdi aktar titjib sinifikanti fl-oqsma kollha tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità fl-UE u lil hinn. Matul id-deċennju li ġej, din l-Istrateġija se tappoġġa kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw il-UNCRPD. It-twettiq tal-inizjattivi previsti f’din l-istrateġija se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diskriminazzjoni, tal-inugwaljanzi u se jappoġġa lill-persuni b’diżabilità biex igawdu bis-sħiħ sal-2030 mid-drittijiet tal-bniedem, mil-libertajiet fundamentali u mid-drittijiet tal-UE tagħhom fuq bażi ugwali mal-oħrajn, biex jimmassimizza l-indipendenza, il-parteċipazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti tagħhom.

L-objettivi ta’ din l-Istrateġija se jeħtieġu jinkisbu permezz ta’ impenn qawwi mill-Istati Membri, permezz tal-promozzjoni ta’ politiki u ta’ azzjonijiet li se jwasslu għal ambjenti aċċessibbli, sistemi ta’ edukazzjoni inklużivi kif ukoll sistemi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u perkorsi effettivi għall-impjieg ġust tal-persuni b’diżabilità.

Ir-responsabbilizzazzjoni tal-persuni b’diżabilità biex jipparteċipaw bis-sħiħ u jikkontribwixxu fit-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà ekoloġika u diġitali inklużiva kif ukoll għad-demokrazija tagħna se jisħaq mill-ġdid il-valuri tal-UE stabbiliti fit-Trattati. Dan se jwassal għal kontribut qawwi mill-Unjoni ta’ ugwaljanza, u jsaħħaħ id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità b’mod globali.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jaħdmu flimkien u biex imexxu bl-eżempju sabiex jimplimentaw il-UNCRPD kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill jadotta l-Konklużjonijiet dwar din l-Istrateġija.

(1)

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, von der Leyen, Il-Jum Ewropew tal-Persuni b’Diżabilità 2020 .

(2)

  Il-UNCRPD .

(3)

  Implementazzjoni fil-livell tal-UE .

(4)

  Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C 428/09).

(5)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2010) 636 final): Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 .

(6)

Id-Data: UE SILC (Statistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kondizzjonijiet tal-Għajxien) u l-LFS tal-UE (stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol). 24,7 % tal-popolazzjoni tal-UE > 16-il sena huma limitati fl-attivitajiet tagħhom, 17,7 % b’limitazzjonijiet moderati, 7 % b’limitazzjonijiet severi; S. Grammenos/M. Priestley, 2020: Europe 2020 data & people with disabilities .

(7)

Il-Kummissjoni (SWD(2020) 291 final): Evalwazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010–2020 .

(8)

Ewrobarometru Speċjali 493, Discrimination in the EU , Mejju 2019.

(9)

  UN Resources on Persons with Disabilities and COVID-19 .

(10)

  Cohesion policy action against Coronavirus : Il-Fond ta’ Solidarjetà Ewropew; Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus; Pakkett tar-REACT-EU (Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa).

(11)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM/2020/456 final): Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss .

(12)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM/2020/442 final): Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa .

(13)

Kif mitlub fid- Dikjarazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Viċi President tal-Kummissjoni Borrell, mill-Viċi President Jourova u mill-Kummissarju Dalli.

(14)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2020 .

(15)

Konklużjonijiet tal-Kunsill, 2019: It-titjib tal-impjieg ta’ persuni li jinsabu f’pożizzjoni vulnerabbli fis-suq tax-xogħol ; Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità .

(16)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), 2019: It-tiswir tal-aġenda tal-UE għal drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2020-2030 ; Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, 2017: Id-deistituzzjonalizzazzjoni tas-sistemi tal-kura fil-livell lokali u reġjonali .

(17)

  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM/2019/640 final); Il-Patt Klimatiku Ewropew  (COM(2020) 788 final); Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa  (COM/2020/67 final);   Il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa (COM/2020/724 final); Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari  (COM(2020) 98 final); Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa (COM(2020) 662); Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027  (COM(2020)624 final).

(18)

In-Nazzjonijiet Uniti: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli .

(19)

 Id-Direttiva 2019/882/UE  L-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà ; Direttiva 2016/2102/UE Id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web ;  

Id-Direttiva 2018/1972 Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ; Id-Direttiva 2018/1808 Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur adotta skont it- Trattat ta’ Marrakexx (2013) biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat.

(20)

Standards tal-aċċessibbiltà li jirriżultaw mill-Mandati tal-Kummissjoni 376, 554, 420 u 473.

(21)

Dikjarazzjoni ta’ Tallinn dwar il-Gvern elettroniku, 2017 ; Dikjarazzjoni ta’ Berlin dwar is-Soċjetà Diġitali u l-Gvern Diġitali bbażat fuq il-Valur . Il-programm spazjali tal-UE jappoġġa wkoll politiki dwar il-Gvern elettroniku b’data, b’informazzjoni u b’servizzi.

(22)

Il-Kummissjoni (COM/2021/85 final): Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni).

(23)

  Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE ; Interoperabbiltà: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 .

(24)

Inizjattiva tal-Kummissjoni: Il-Premju għall-Bliet Aċċessibbli .

(25)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/786 tat-8 ta’ Mejju 2019 dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini.

(26)

Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għal fondi ta’ ġestjoni kondiviża (COM(2018)375 final) kif emendata minn COM(2020) 450 final; Id-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku .

(27)

Evalwazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, fuq ix-xarabank u l-kowċ għall-persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa (2021) bil-għan li jiġu riveduti d-drittijiet tal-passiġġieri fil-qafas regolatorju (2021-2022); evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web (2022); rieżami tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (2025).

(28)

Rapporti dwar l-eżitu tal-monitoraġġ u l-użu tal-proċedura ta’ infurzar li l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni għall-ewwel darba f’Diċembru 2021 u mbagħad kull tliet snin se juru progress fl-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva u fl-aċċessibbiltà tas-siti web u tal-applikazzjonijiet mobbli fis-settur pubbliku maż-żmien.

(29)

Filwaqt li l-obbligu li annwalment jiġi rinnovat perċentwal mill-bini pubbliku bħalissa japplika biss għall-gvernijiet ċentrali, dan se jiġi estiż għall-bini fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż il-Kummissjoni.

(30)

Ara t-taqsima 7.3.

(31)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020)789 final): Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti , il-punti 91 u 92, u l-Anness, l-azzjonijiet 63 u 64. L-evalwazzjonijiet tar-Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru għall-persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa u dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fuq l-ilma u fuq ix-xarabank u l-kowċ (2021) għadhom għaddejjin u għandhom jiġu ffinalizzati fl-ewwel semestru tal-2021.

(32)

  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) 2019/772 .

(33)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013: Linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew ;

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020)789 final): Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti , il-punt 23 u l-Anness, l-azzjoni 55.

(34)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020)789 final): il-punt 37, u l-Anness, azzjoni 20.

(35)

  Karta tad-Diżabilità tal-UE: proġett pilota fi 8 SM (il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja).

(36)

Infografika: Ir-Rapport ta’ Informazzjoni tal-KESE (SOC/554), 2019: Drittijiet reali tal-persuni b’diżabilità biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew . L-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet fl-UE hija fil-biċċa l-kbira regolata fil-livell tal-Istati Membri, u hemm varjetà ta’ liġijiet nazzjonali li jaffettwaw ir-reklamar u l-komunikazzjonijiet politiċi, inkluż dwar it-trasparenza tagħhom. Hemm ukoll korp sinifikanti ta’ dritt tal-Unjoni rilevanti f’dan il-kuntest. Dan jinkludi, fil-kuntest tal-elezzjonijiet parlamentari Ewropej, l-Att Elettorali Ewropew tal-1976 u r-regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-Partiti Politiċi u tal-Fondazzjonijiet Ewropej. Il-Kummissjoni ma għandhiex setgħa ġenerali li tintervjeni fi kwistjonijiet elettorali. Soġġett għar-rispett ta’ ċerti prinċipji bażiċi, bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 2 u 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hija l-kompetenza u r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-elezzjonijiet, u tal-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji nazzjonali kompetenti biex jiżguraw konformità mad-dritt applikabbli u mal-istandards rilevanti.

(37)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234: It-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-2019 lill-Parlament Ewropew .

(38)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020) 790 final): Pjan ta’ azzjoni għad-demokrazija Ewropea .

(39)

Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex ittejjeb l-indikaturi u l-ġbir tad-data filwaqt li tqis il-lakuni identifikati f’dan ir-rapport. 

(40)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2020: Rendikont tal-elezzjonijiet Ewropej .

(41)

Il-Kummissjoni, 2020: Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2020 : Ir-responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini u l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom.

(42)

  Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-elezzjonijiet .

(43)

  Finanzjament mill-UE u d-deistituzzjonalizzazzjoni ; l-istituzzjonijiet residenzjali għal soġġorn twil ġew esklużi mill-finanzjament mill-UE.

(44)

 N. Crowther (ANED), 2019: The right to live independently and to be included in the community in European States .

(45)

Coface – FamiliesEurope, 2020: Disability and the Family .

(46)

Network Akkademiku Ewropew ta’ Esperti dwar id-Diżabilità (ANED), 2018: Mainstreaming Disability Rights in the European Pillar of Social Rights – a compendium , p. 94ff.

(47)

OECD, 2020. Policies for present and future service delivery across territories .

(48)

Il-Kummissjoni (COM(2021) 50 final): Il-Green Paper dwar it-Tixjiħ .

(49)

Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku, OJ L 57, 18.2.2021, p. 1.

(50)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020)274 fin): Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza.

(51)

Ara ANED, 2018, p.103f.; L-akkomodament raġonevoli jfisser modifiki u aġġustamenti neċessarji u xierqa li ma jimponux piż sproporzjonat jew mhux xieraq, fejn dan ikun meħtieġ f’każ partikulari (Artikolu 2 UNCRPD).

(52)

EU SILC (2018).

(53)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ( 2020/C 417/01 ).

(54)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2020/C 372/01): It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ .  

(55)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM/2018/022): Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali .

(56)

ANED, 2018, p. 184ff.

(57)

Id-Direttiva tal-Kunsill (2000/78/KE): Li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol .

(58)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/951: Standards għall-korpi għall-ugwaljanza .

(59)

  Ekonomija soċjali fl-UE . L-ekonomija soċjali tinkludi kooperattivi, soċjetajiet reċiproċi, assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, fondazzjonijiet, u intrapriżi soċjali.

(60)

Dan ir-rapport se jiġi ppreżentat b’mod konġunt mar-rapport dwar id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità.

(61)

ANED, 2018, p. 12, 62ff.; ara wkoll: l-ILO: Disability-inclusive social protection .

(62)

Għall-2021-2027, dan il-programm ġie ssostitwit mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, b’mandat usa’ u b’baġit akbar ta’ €864,4 miljun.

(63)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020) 710 final): Id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea ; Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM/2020/258 final): Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 2020-2025 ; Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020) 713 final): Niżguraw il-ġustizzja fl-UE — strateġija Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju għall-2021-2024 .

(64)

Fir- Riżoluzzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b’diżabilità (2018/26855RSP) , il-Parlament Ewropew jisħaq ukoll li 34 % tan-nisa bi problema tas-saħħa jew b’diżabilità esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali minn sieħeb/sieħba f’ħajjithom.

(65)

In-Nazzjonijiet Uniti, 2020: International Principles and Guidelines on Access to Justice for Persons with Disabilities .

(66)

Id-  Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali (2000/43/KE); Id- Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg (2000/78/KE); Id- Direttiva dwar it-Trattament Ugwali (2006/54/KE).

(67)

Lakuni: ara l-infografika fil-kapitoli 4 u 5 dwar id-diskriminazzjoni, l-edukazzjoni, l-impjieg, il-faqar u l-kura tas-saħħa.

(68)

Il-Proposta COM/2008/0426 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

(69)

Bħan-Network Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (ENNHRI), in-Network Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (Equinet) u n-Network Ewropew tal-Ombudsmen (ENO).

(70)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020) 625 final): Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni . 

(71)

  L-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva hija organizzazzjoni indipendenti li taġixxi bħala pjattaforma għall-kollaborazzjoni għall-ministeri tal-edukazzjoni fil-pajjiżi membri tagħha.

(72)

Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal li jmiss, l-Erasmus Plus, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

(73)

  Kif approvat mill-Bord tal-Gvernaturi fil-laqgħa tiegħu li saret f’April 2019 f’Ateni .

(74)

EU-SILC 2019: tabella (hlth_dh030) .

(75)

  EU-SILC 2018 ; Cedefop 2016: Skill shortage and surplus occupations in Europe ; Eurostat, 2020: Handbook Ageing Europe ; Eurostat Regional Yearbook 2020 .

(76)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM/2020/724 final): Il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa .

(77)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2018) 233 final): L-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura fis-Suq Uniku Diġitali .

(78)

Diversi Stati Membri rċevew appoġġ permezz tal-Programm ta’ Riforma Strutturali tal-Kummissjoni biex itejbu l-programmi tal-iskrinjar tal-kanċer bil-għan li dan jiġi identifikat kmieni.

(79)

Konklużjonijiet tal-Kunsill, 2019: L-Aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità .

(80)

Id-Direttiva (UE) 2018/1808: Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva .

(81)

Id-Direttiva (UE) 2017/1564: Ċerti użi permessi ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabilità fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat .

(82)

  Kapitali Ewropea għat-Turiżmu Intelliġenti għas-sostenibbiltà, għall-aċċessibbiltà , għad-diġitalizzazzjoni, għall-wirt kulturali/għall-kreattività.

(83)

Rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentalihttps://fra.europa.eu/en/publication/2015/children-disabilities-violence ; https://fra.europa.eu/en/publication/2014/violence-against-women-eu-wide-survey-main-results-report .

(84)

Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, 2021: Fundamental Rights Survey - Crime, Safety and Victims’ Rights .

(85)

Il-Kummissjoni (COM(2020) 661 final): It-Tielet rapport dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u d- Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tagħha, SWD(2020) 226 final).

(86)

S. Jodoin, N. Ananthamoorthy, K. Lofts, 2020: A Disability Rights Approach to Climate Governance, in: Ecology Law Quarterly, Vol. 47, Nru. 1.

(87)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020) 152 final): Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020–2025 .

(88)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM/2020/609 final): Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil .

(89)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2020) 758 final): Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni (2021–2027) .

(90)

 Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa/Bank Dinji, 2011: World report on disability ara l-paġna 27 .

(91)

Il-Kumitat Permanenti Interaġenziji, 2019: Inclusion of Persons with Disabilities in Humanitarian Action , p. 2.

(92)

1) Il-komunikazzjoni konġunta (JOIN (2020) 5 final): Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020–2024 ;

2) Il-Komunikazzjoni Konġunta (JOIN (2020) 17 final): Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru - Aġenda Ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE (2021-2025) ; 3) L-iskema ta’ Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati tal-UE (SĠP) .

(93)

Il-Kunsill, 6337/19, 2019: Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem għan-nondiskriminazzjoni fl-azzjoni esterna .

(94)

Il-Grupp ta’ Washington dwar l-Istatistika tad-Diżabilità: Short Set on Functioning .

(95)

B’mod partikolari f’organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni reġjonali oħra, bħall-Unjoni Afrikana, l-ASEAN jew l-USAN.

(96)

Il-Komunikazzjoni Konġunta (JOIN (2021) 3 final): It-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu msejjes fuq ir-regoli .

(97)

L-OECD, 2019: Handbook for the marker for the inclusion and empowerment of persons with disabilities .

(98)

Din it-Task Force interna għall-Ugwaljanza hija magħmula minn rappreżentanti tas-servizzi kollha tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Din hija assistita minn Segretarjat ibbażat fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.

(99)

 Il-Kumitat tan-NU, 2015: Concluding observations on the initial report of the European Union , il-punti 75, 77.

(100)

In-networks jinkludu pereżempju l-Eurocities jew il- Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej – CEMR..

(101)

Ir-Regolament tal-Kunsill (2020/2093): Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 .

(102)

In-NextGeneration EU hu strument għall-irkupru temporanju ta’ €750 biljun li jgħin jirranġa l-ħsara ekonomika u soċjali kkaġunata mill-pandemija tal-coronavirus. Il-qofol tiegħu hu l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li se tipprovdi self u għotjiet li jappoġġaw ir-riformi u l-investimenti mill-Istati Membri: Ir-Regolament (UE) 2020/2094 jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19.

(103)

FL-1 ta’ Diċembru 2020, il-koleġiżlaturi laħqu ftehim politiku dwar il-Propost tal-Kummissjoni (COM(2018)375 final) għal Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għal fondi ta’ ġestjoni kondiviża.

(104)

  Erasmus Plus ; InvestEU ; Orizzont Ewropa .

(105)

  Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021–2027 .

(106)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal EPSO se jissokta jtejjeb l-aċċessibbiltà tat-testijiet tiegħu u tas-sit web tiegħu sabiex ikunu konformi mal- Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web.

(107)

  Protokoll Fakultattiv ; Status ta’ ratifika : 21 Stat Membru .

(108)

 Il-Kumitat tan-NU, 2015: Osservazzjonijiet ta’ konklużjoni fuq ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea .

(109)

Il-Kummissjoni (SWD(2017) 29 final): Rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (2010 – 2020) .

(110)

  Qafas Rivedut fil-livell tal-UE biex jikkonforma mal-Artikolu 33.2 tal-UNCRPD.

(111)

  Rapportar : tinġabar aktar informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE.

(112)

Pereżempju, il-persuni b’diżabilità li jgħixu f’istituzzjonijiet, is-saħħa, l-għajnuna umanitarja, l-impjieg.

Top