EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0258

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025)

COM/2020/258 final

Brussell, 24.6.2020

COM(2020) 258 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025)


INTRODUZZJONI

Il-kriminalità tista’ tolqotna lkoll. Kull sena miljuni ta’ persuni fl-Unjoni Ewropea 1 jisfgħu vittmi tal-kriminalità. Unjoni ta’ ugwaljanza trid taċċerta aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi kollha tal-kriminalità 2 irrispettivament minn fejn ikun twettaq ir-reat jew miċ-ċirkostanzi li jkun seħħ fihom.

Il-vittmi tal-kriminalità jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-appoġġ u għall-protezzjoni f’kull ħin. L-għeluq minħabba l-lockdown tas-soċjetà matul il-pandemija tal-COVID-19 irriżulta f’żieda fil-vjolenza domestika 3 , abbuż sesswali tat-tfal, ċiberkriminalità, 4 u reati ta’ mibegħda razzisti u ksenofobiċi 5 . Għaldaqstant huwa kruċjali li jissaħħaħ il-qafas għall-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi u li jiġi żgurat li jkun reżiljenti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Din l-ewwel Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi tinkwadra l-ħidma tal-Kummissjoni għall-perjodu 2020-2025. Tistieden ukoll lil atturi oħra, inklużi l-Istati Membri tal-UE u s-soċjetà ċivili, biex jieħdu azzjoni. Tiffoka b’mod partikolari fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ ġeneru. L-UE se tagħmel dak kollu li tista’ biex tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza abbażi ta’ ġeneru u biex tipproteġi lill-vittmi ta’ tali reati. Is-saħħa tal-UE tinsab fid-diversità tagħha. Għaldaqstant, l-UE se tagħmel l-almu tagħha biex tipprevjeni u tiġġieled ir-reati ta’ mibegħda, fl-għamliet kollha tagħha, inklużi r-reati ta’ mibegħda razzjali, anti-Semitiċi, omofobiċi jew transfobiċi.

L-UE diġà adottat ġabra soda ta’ drittijiet tal-vittmi. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 6 tinkludi d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, id-dritt għal appoġġ u protezzjoni, skont il-ħtiġijiet individwali tal-vittmi, u ġabra ta’ drittijiet proċedurali. Atti rilevanti oħra tal-UE jinkludu d-Direttiva dwar il-Kumpens 7 u r-regoli tal-UE dwar l-ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni 8 . L-UE adottat ulterjorment strumenti li jwieġbu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta’ reati partikolari: id- Direttiva kontra t-Traffikar, 9 , id-Direttiva kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal 10 u d- Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 11 , li tipprevedi drittijiet speċifiċi għall-vittmi tat-terroriżmu. L-UE ffirmat ukoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) 12 .

Minkejja dan il-progress, rapporti reċenti 13 jindikaw li l-vittmi tal-kriminalità għadhom ma jistgħux jiddependu bis-sħiħ fuq id-drittijiet tagħhom fl-UE.. Id-diffikultajiet tal-vittmi biex ikollhom aċċess għall-ġustizzja jkunu prinċipalment minħabba nuqqas ta’ informazzjoni, kif ukoll appoġġ u protezzjoni insuffiċjenti. Il-vittmi ta’ spiss ikunu esposti għal vittimizzazzjoni sekondarja 14 matul il-proċedimenti kriminali u meta jitolbu kumpens. Dawk li jisfgħu vittmi tal-kriminalità meta jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom isibuha saħansitra aktar diffiċli biex ikollhom aċċess għall-ġustizzja u l-kumpens. Għall-vittmi l-aktar vulnerabbli, bħall-vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ ġeneru, vittmi tfal, vittmi b’diżabilità, vittmi anzjani, vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, vittmi tat-terroriżmu jew vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, huwa partikolarment problematiku li jgħaddu minn proċedimenti kriminali u li jaffaċċjaw il-konsegwenzi ta’ reat.

L-affrontar ta’ din il-problema jibda billi r-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi jiġu applikati aħjar fil-prattika. Ir-rapporti reċenti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 15 u d-Direttiva dwar l-Ordni Ewropea ta’ protezzjoni 16 juru li hemm bżonn ta’ progress ulterjuri biex jintlaħaq il-potenzjal totali ta’ dawn l-istrumenti 17 . Dan huwa l-aktar minħabba t-traspożizzjoni mhux kompluta tagħhom. Ħafna Stati Membri għadhom ma ttrasponewx għalkollox l-istandards minimi maqbula fir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 18 . Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni jindikaw ukoll l-implimentazzjoni skorretta fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali. L-implimentazzjoni sħiħa tirrikjedi li jkun hemm fis-seħħ strutturi xierqa li jipprevedu servizzi ta’ appoġġ ġenerali u speċjalizzat, kif ukoll protezzjoni skont il-ħtiġijiet individwali tal-vittmi. Barra minn hekk, l-atturi kollha f’kuntatt mal-vittmi jridu jkunu mħarrġa u totalment akkonoxxenza mid-drittijiet tal-vittmi. Huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha jimplimentaw u japplikaw għalkollox l-istandards minimi maqbula. Il-Kummissjoni se tiffoka fuq l-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-UE permezz ta’ passi legali addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. Apparti minn hekk, il-Kummissjoni se tipproponi prattiki tajbin dwar kif jinkisbu l-istandards minimi maqbula u kif wieħed jista’ jmur lil hinn minnhom. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se tipproponi li ssaħħaħ ulterjorment ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi.

Diversi atturi ppreżentaw rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tittejjeb il-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi. Fit-tħejjija tagħha għal din l-istrateġija, il-Kummissjoni qieset il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-vittmi 19 ta’ Diċembru 2019, studju mill-Parlament Ewropew 20 , kif ukoll rakkomandazzjonijiet ippreżentati f’diversi rapporti, inklużi dawk tal-Konsulent Speċjali tal-Eks President tal-Kummissjoni Juncker dwar il-kumpens għall-vittmi 21 , l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali 22 , u l-Victim Support Europe 23 .

Din l-istrateġija hija bbażata fuq approċċ fuq żewġ binarji: l-għoti tas-setgħa lill-vittmi tal-kriminalità u l-ħidma flimkien għad-drittijiet tal-vittmi. Huwa kruċjali li l-vittmi tal-kriminalità jingħataw is-setgħa sabiex ikunu jistgħu jirrapportaw ir-reat kriminali, jipparteċipaw fi proċedimenti kriminali, jitolbu kumpens u fl-aħħar mill-aħħar jirkupraw – kemm jista’ jkun – mill-konsegwenzi ta’ reat kriminali 24 . Dawn l-objettivi ambizzjużi jistgħu jintlaħqu biss jekk il-Kummissjoni u l-atturi rilevanti kollha jaħdmu flimkien. Din hija r-raġuni għaliex din l-istrateġija tiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni.

L-istrateġija tippreżenta ħames prijoritajiet ewlenin: (i) komunikazzjoni effettiva mal-vittmi u ambjent sikur għall-vittmi biex jirrapportaw ir-reat kriminali; (ii) it-titjib tal-appoġġ u tal-protezzjoni għall-vittmi l-aktar vulnerabbli; (iii) l-iffaċilitar tal-aċċess tal-vittmi għall-kumpens; (iv) it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha; u (v) t-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tad-drittijiet tal-vittmi.

L-GĦOTI TAS-SETGĦA LILL-VITTMI TAL-KRIMINALITÀ

1.Il-komunikazzjoni effettiva mal-vittmi u ambjent sikur għall-vittmi biex jirrapportaw ir-reat kriminali

Politika effettiva għall-ġlieda kontra l-kriminalità teħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw ambjent sikur għall-vittmi sabiex jirrapportaw ir-reati kriminali. Appoġġ u protezzjoni aħjar għall-vittmi tal-kriminalità se jirriżultaw f’aktar sigurtà għaċ-ċittadini kollha fl-Unjoni Ewropea.

Spiss wisq il-vittmi ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom 25 . Il-persuni f’kuntatt mal-vittmi (inklużi l-ewwel awtoritajiet ta’ kuntatt) li għandhom jinfurmaw lill-vittmi dwar id-drittijiet tagħhom sikwit ma jkunux imħarrġa sew biex jagħmlu dan 26 . In-nuqqas ta’ rapportar tal-kriminalità huwa problema serja oħra. Il-biża’ mill-awtur tar-reat jew mill-konsegwenzi negattivi jekk wieħed jipparteċipa fil-proċess ġudizzjarju spiss iwaqqaf lill-vittmi milli jirrapportaw reat kriminali. Il-każijiet ta’ vjolenza sesswali u dik abbażi ta’ ġeneru fil-biċċa l-kbira ma jiġux irrapportati biżżejjed. Huma biss madwar terz tan-nisa li jiġu abbużati fiżikament jew sesswalment, l-aktar mis-sħab tagħhom jew mill-qraba stretti, li jikkuntattjaw lill-awtoritajiet 27 . F’każijiet ta’ vjolenza abbażi ta’ ġeneru, għandha tingħata l-akbar attenzjoni sabiex jiġi evitat li t-tfal jisfgħu vittmi. Jista’ jkun diffiċli wkoll li t-tfal jirrapportaw reat. It-tfal ta’ spiss jisfgħu vittmi fl-ambjent tal-familja, jew minn persuni li jiddependu fuqhom. Għalhekk, huwa kruċjali li jiġu żgurati mekkaniżmi speċjali ta’ rapportar għal dawn il-vittmi. Jenħtieġ li l-professjonisti li jidħlu f’kuntatt magħhom (bħall-persunal tal-kura tas-saħħa jew l-għalliema) jiġu mħarrġa sabiex jidentifikaw reat u jindirizzawh kif xieraq.

Huwa importanti wkoll li l-professjonisti rilevanti jikkomunikaw mal-vittmi b’tali mod li jkun adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-vittmi b’diżabilità. Il-professjonisti li jkunu f’kuntatt tal-vittmi b’diżabilità għandhom jitħarrġu biex jikkomunikaw magħhom b’tali mod li jitqies kull indeboliment mentali jew fiżiku bħal impedimenti tas-smigħ jew fid-diskors. Apparti dan, trid tkun żgurata l-aċċessibbiltà tal-binjiet għall-vittmi b’diżabilità sabiex ikunu jistgħu jirrapportaw il-kriminalità u jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali.

Barra minn hekk, il-vittmi ta’ reati li jappartjenu għal komunitajiet jew għal minoranzi żvantaġġati jew vulnerabbli jaf ikollhom ftit fiduċja fl-awtoritajiet pubbliċi, u dan iżommhom milli jirrapportaw reat 28 . Is-sondaġġi tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali juru livell konsiderevoli ta’ nuqqas ta’ rapportar ta’ reati ta’ mibegħda fost il-komunitajiet LGBTI+, ta’ karnaġġjon skur, Musulmani u Lhud 29 . Sabiex jiżdied ir-rapportar tar-reati fost il-membri ta’ dawn il-komunitajiet, huwa vitali li tiżdied il-fiduċja fl-awtoritajiet pubbliċi billi, pereżempju, tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti u l-komunitajiet rilevanti 30 . Huwa bl-istess mod importanti li jiġi żgurat taħriġ speċifiku dwar in-nondiskriminazzjoni għall-pulizija u persuni oħra li jiġu f’kuntatt ma’ dawk il-vittmi 31 .

Parti dejjem akbar ta’ ħajjitna qed inqattgħuha online, xejra li kompliet tiġi enfasizzata bil-pandemija tal-COVID-19. Iċ-ċiberkriminalità 32 tista’ tinkludi reati serji kontra persuni bħal delitti sesswali online (inkluż kontra t-tfal), serq tal-identità, reati ta’ mibegħda online u reati kontra l-proprjetà (bħal frodi u falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas mhux f’kontanti). Il-vittmi taċ-ċiberkriminalità mhux dejjem isibu l-assistenza rilevanti sabiex jirrimedjaw il-ħsara li jkunu ġarrbu u ta’ spiss jonqsu milli jirrapportaw reat. It-tfal jew il-persuni anzjani b’mod partikolari jaf ma jkollhomx il-ħiliet diġitali meħtieġa jew ma jkunux konxji mir-rimedji li jeżistu għad-dispożizzjoni tagħhom. Jenħtieġ li r-rapportar taċ-ċiberkriminalità jiġi ffaċilitat aktar u jenħtieġ li l-vittmi jingħataw l-għajnuna li jeħtieġu 33 .

Is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi hija element indispensabbli għall-ħolqien ta’ ambjent aktar sikur għall-vittmi. Għalhekk, skont din l-istrateġija, il-Kummissjoni se tippromwovi komunikazzjoni aħjar dwar id-drittijiet tal-vittmi u l-ħtiġijiet tal-vittmi billi tniedi kampanja tal-UE għas-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi u billi tippromwovi attivitajiet ta’ taħriġ.

Il-kampanja tal-UE se tiffoka fuq aktar sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi b’mod ġenerali u se tippromwovi appoġġ speċjalizzat u protezzjoni għall-vittmi bi bżonnijiet speċifiċi, bħall-vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ ġeneru u vjolenza domestika u l-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda. Se tingħata attenzjoni partikolari sabiex isir kuntatt mal-gruppi vulnerabbli u mal-komunitajiet emarġinati jew iżolati 34 li jesperjenzaw aktar ostakli jew li jkollhom possibbiltajiet limitati ta’ aċċess għall-ġustizzja u għall-appoġġ. Se tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-metodi xierqa ta’ komunikazzjoni biex jiġi żgurat li l-kampanja tilħaq lill-vittmi tfal, lill-vittmi anzjani jew lill-vittmi b’diżabilità.

Il-Kummissjoni se tiffoka wkoll fuq l-attivitajiet ta’ taħriġ li jilħqu effettivament lill-atturi li jkunu f’kuntatt mal-vittmi, bħall-awtoritajiet ġudizzjarji u persunal ġudizzjarju ieħor li jidħol f’kuntatt mal-vittmi, bħal avukati, prosekuturi, il-persunal tal-qorti, il-persunal tal-ħabs u tal-probation. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) 35 . Il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll fehim aħjar tad-drittijiet tal-vittmi u metodi mtejba ta’ komunikazzjoni mal-vittmi fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bl-assistenza tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) 36 . Sabiex twieġeb għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi taċ-ċiberkriminalità, il-Kummissjoni se tkompli wkoll tappoġġja l-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (ECTEG) 37 .

Is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva jipprovdu lill-vittmi b’ambjent sikur sabiex isemmgħu leħinhom u jservi ta’ appoġġ għall-proċess tagħhom biex jissuperaw it-trawma. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi teħtieġ li tali servizzi jkollhom bħala kunsiderazzjoni primarja l-interessi u l-ħtiġijiet tal-vittma 38 . Iridu jiġu stabbiliti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-vittma ma tkunx ivvittimizzata aktar matul il-proċess. Fil-prattika, hemm nuqqas ta’ għarfien dwar is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva fost il-professjonisti u l-vittmi 39 . Għalhekk, huwa kruċjali li l-Istati Membri jiżguraw standards ta’ kwalità għolja meta jipprovdu servizzi ta’ ġustizzja restorattiva u jipprevedu taħriġ għall-prattikanti tal-ġustizzja restorattiva. Il-benefiċċji potenzjali ta’ servizzi bħal dawn jiddependu mid-disponibbiltà, mill-aċċessibbiltà u mill-kwalità tas-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva fl-Istati Membri.

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tkompli ttejjeb il-kwalità u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi fuq il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika 40 u se tippromwovih ma’ firxa wiesgħa ta’ utenti finali potenzjali. Dan jinkludi l-vittmi, l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi u l-awtoritajiet nazzjonali (inklużi l-awtoritajiet konsulari u l-pulizija). Sabiex ixxerred l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi, il-Kummissjoni se ttejjeb ukoll l-aċċess għall-informazzjoni miġbura taħt proġetti rilevanti ffinanzjati mill-UE 41 u se tipprovdi bażi tad-data komprensiva ta’ tali proġetti fuq is-sit web Europa.

L-appoġġ u l-protezzjoni effiċjenti tal-vittmi tal-kriminalità ma jistgħux jinkisbu mingħajr il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tippromwovi t-taħriġ reċiproku 42 u l-iskambju ta’ prattiki tajba fost l-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi. 43 . Għall- qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2021-2027 , il-Kummissjoni pproponiet li tkompli bil-possibbiltajiet ta’ finanzjament għall-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 44 . Barra minn hekk, taħt il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, il-Kummissjoni se tippromwovi l-integrazzjoni ta’ miżuri għad-drittijiet tal-vittmi fil-programmi ta’ finanzjament tal-UE għal politiki bħas-sigurtà 45 , is-saħħa u l-edukazzjoni. Approċċ bħal dan se jissensibilizza dwar id-drittijiet tal-vittmi għal pubbliku akbar u se jżid il-possibbiltajiet ta’ finanzjament għal proġetti li jadottaw approċċ olistiku għad-drittijiet tal-vittmi.

Il-Kummissjoni se tkompli twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli rilevanti tal-UE, inklużi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi dwar id-drittijiet tal-vittmi għall-informazzjoni, inkluża komunikazzjoni b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, appoġġ u protezzjoni skont il-ħtiġijiet individwali u d-disponibbiltà tal-attivitajiet ta’ taħriġ. Kif intwera mir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għad għandhom problemi fit-traspożizzjoni sħiħa/korretta u/jew fl-implimentazzjoni prattika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva.

Azzjonijiet ewlenin għall-Kummissjoni Ewropea:

-It-tnedija ta’ kampanja tal-UE għas-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi u għall-promozzjoni ta’ appoġġ speċjalizzat u ta’ protezzjoni għall-vittmi bi bżonnijiet speċifiċi;

-Il-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għall-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi;

-L-għoti ta’ finanzjament tal-UE lill-organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi u lill-organizzazzjonijiet rilevanti bbażati fil-komunità biex tingħata informazzjoni, appoġġ u protezzjoni lill-vittmi, u sabiex jiġu promossi s-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva.

Azzjonijiet ewlenin għall-Istati Membri:

-L-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa u korretta tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u regoli oħra tal-UE dwar il-vittmi ta’ reati partikolari, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess tal-vittmi għall-informazzjoni, għall-appoġġ u għall-protezzjoni;

-It-tnedija ta’ kampanji nazzjonali ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi, inkluż appoġġ għall-vittmi bi bżonnijiet speċifiċi;

-L-għoti ta’ appoġġ lis-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi, inkluż bl-għajnuna tal-finanzjament disponibbli tal-UE.

Azzjonijiet ewlenin għal partijiet ikkonċernati oħra:

Organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi:

-L-involviment mal-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-liġi, u s-sehem fl-attivitajiet ta’ taħriġ reċiproku.

2.It-titjib tal-appoġġ u tal-protezzjoni tal-vittmi l-aktar vulnerabbli

Il-vittmi kollha ta’ reati huma vulnerabbli, iżda minħabba l-karatteristiċi personali tagħhom, in-natura tar-reat li ġarrbu jew iċ-ċirkostanzi personali, xi vittmi huma saħansitra aktar vulnerabbli minn oħrajn.

Is-sitwazzjoni tal-vulnerabbiltà ta’ xi vittmi tista’ tmur għall-agħar f’ċirkostanzi speċifiċi. Matul il-miżuri ta’ konfinament relatati mal-pandemija tal-COVID-19, il-vittmi tal-vjolenza domestika 46 jkunu aktar esposti għall-vjolenza (billi jsibu ruħhom ikkonfinati taħt l-istess saqaf mal-awtur tar-reat fil-konfront tagħhom) u l-aċċess tagħhom għall-appoġġ u għall-protezzjoni jkun limitat 47 .

Il-miżuri nazzjonali ta’ appoġġ 48 u ta’ protezzjoni jridu jkunu effettivi għall-vittmi kollha u l-ħin kollu. Għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, dan ifisser li għandhom ikunu disponibbli wkoll postijiet ta’ kenn, helplines u għajnuna psikoloġika matul kriżi. Sabiex jiġu ggarantiti l-appoġġ u l-protezzjoni għall-vittmi kollha matul il-kriżi, inklużi l-vittmi ta’ vjolenza domestika, jenħtieġ li l-miżuri ta’ appoġġ għall-vittmi jiġu integrati fl-iskemi nazzjonali ta’ emerġenza pandemika. Dan jista’ jinkiseb billi pereżempju s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jiġu ddikjarati bħala servizzi essenzjali 49 .

Ħafna mill-Istati Membri ħadu miżuri speċjali ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni għall-vittmi tal-kriminalità matul il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ lockdown relatati. B’mod partikolari, huwa kruċjali li jiġi żgurat aċċess effettiv għal servizzi ta’ appoġġ online u offline, inkluża għajnuna psikoloġika u servizzi soċjali oħrajn. Il-vittmi tal-vjolenza domestika b’mod partikolari għandu jkollhom aċċess għal postijiet ta’ kenn, għajnuna psikoloġika, appoġġ għat-trawma u konsulenza. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar għandhom ukoll ikunu partikolarment attenti għall-każijiet irreġistrati u ġodda ta’ vjolenza domestika. Huwa kruċjali wkoll li tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika tal-vittmi. Il-Kummissjoni ilha tippromwovi l-iskambju ta’ prattiki tajba dwar l-aqwa mezzi biex jiġi żgurat l-aċċess tal-vittmi għall-appoġġ u għall-protezzjoni matul il-pandemija tal-COVID-19 billi jiġu involuti l-awtoritajiet nazzjonali u s-soċjetà ċivili.

Il-Kummissjoni se tislet il-konklużjonijiet mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 għall-vittmi tal-kriminalità sabiex tibni reżiljenza aħjar tal-istrutturi li joffru appoġġ lill-vittmi fi ħdan is-soċjetajiet tagħna. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tibbaża fuq l-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-vittmi miġbura matul il-pandemija tal-COVID-19 50 , u se tippromwovi azzjonijiet bħall-iddikjarar tas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi bħala servizzi essenzjali, l-iżviluppar ta’ servizzi ta’ appoġġ online, u l-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fl-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi.

Ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 51 jeħtieġu li l-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi jkollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ ġenerali u speċjalizzati li jkunu kunfidenzjali, mingħajr ħlas u li jwieġbu għall-ħtiġijiet individwali tal-vittmi. Skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, jenħtieġ li s-servizzi ta’ appoġġ ġenerali jipprovdu informazzjoni, pariri, appoġġ emozzjonali u psikoloġiku u jirreferu għal għajnuna medika. Barra minn hekk tali servizzi għandhom jipproteġu l-privatezza tal-vittmi u tal-familji tagħhom. Jenħtieġ li l-vittmi kollha bi bżonnijiet speċifiċi jkollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ speċjalizzati li jkunu bbażati fuq approċċ integrat u mmirat, li jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi, is-severità tal-ħsara mġarrba, ir-relazzjoni bejn il-vittma u l-awtur tar-reat u s-sitwazzjoni tal-vittmi fl-ambjent soċjali usa’ tagħhom.

Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi teħtieġ ukoll li l-vittmi kollha jkollhom aċċess għall-protezzjoni skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom. Trid tingħata attenzjoni speċjali lill-vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni mir-riskji ta’ vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, ta’ intimidazzjoni u ta’ ritaljazzjoni.

Il-vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ ġeneru 52 spiss iġarrbu impatt qawwi minħabba n-natura, iċ-ċirkostanzi u l-konsegwenzi ta’ forom differenti ta’ reati kriminali, inklużi l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali u/jew it-traffikar tal-bnedmin. L-iskala tal-vjolenza abbażi ta’ ġeneru fl-UE hija allarmanti: mara minn kull tlieta (33 %) esperjenzat vjolenza fiżika u/jew sesswali mill-età ta’ 15-il sena ’l quddiem 53 . Fl-ambitu tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 54 , il-Kummissjoni qed taħdem biex iġġib fi tmiemha l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet. Fost l-azzjonijiet hemm l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul jew miżuri leġiżlattivi alternattivi li jiksbu l-istess objettiv. Il-Kummissjoni se tniedi wkoll network tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi ta’ ġeneru u l-vjolenza domestika u se tieħu azzjonijiet biex tħares is-sikurezza tal-vittmi taċ-ċiberkriminalità abbażi ta’ ġeneru b’mod partikolari billi tiffaċilita l-iżvilupp ta’ qafas għall-kooperazzjoni bejn il-pjattaformi tal-internet u partijiet ikkonċernati oħra.

Il-Kummissjoni se tiffoka fuq it-tisħiħ tal-protezzjoni fiżika tal-vittmi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-użu ta’ ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni għal persuni bi bżonn ta’ protezzjoni li jivvjaġġaw jew li jmorru jgħixu f’pajjiż ieħor tal-UE. L-għadd ta’ ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni li jinħarġu u jiġu eżegwiti fl-Unjoni Ewropea huwa baxx ferm 55 . Ir-raġunijiet wara din is-sitwazzjoni jinkludu nuqqas ta’ għarfien dwar id-disponibbiltà, il-varjetà wiesgħa, il-kumplessità u l-ineffiċjenza tal-miżuri ta’ protezzjoni disponibbli fl-Istati Membri.

L-effiċjenza ta’ dawn l-ordnijiet Ewropej ta’ protezzjoni tabilħaqq tiddependi fuq il-miżuri nazzjonali sottostanti dwar il-protezzjoni fiżika tal-vittmi. Bħalissa, il-miżuri nazzjonali mhumiex biżżejjed u l-vittmi għadhom mhumiex sikuri anki jekk ikunu koperti minn ordnijiet ta’ protezzjoni 56 . B’mod partikolari, il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa li japplikaw għal ordnijiet ta’ protezzjoni nazzjonali jew Ewropej mhumiex ikkunsidrati u riflessi biżżejjed fil-miżuri nazzjonali għall-protezzjoni fiżika 57 . Ir-regoli tal-UE ma jarmonizzawx in-natura tal-miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni jew il-proċeduri stabbiliti skont il-liġi nazzjonali sabiex jiżguraw il-protezzjoni fiżika tal-vittmi. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (l-Artikolu 18) tipprevedi miżuri mmirati lejn l-appoġġ u l-protezzjoni emozzjonali jew psikoloġiċi tal-vittmi, iżda l-proċeduri għall-protezzjoni fiżika tal-vittmi u tal-membri tal-familja tagħhom minn vjolenza ulterjuri jitħallew f’idejn il-liġi nazzjonali. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tqis li ssaħħaħ ulterjorment il-protezzjoni tal-vittmi billi tintroduċi standards minimi dwar il-protezzjoni fiżika tal-vittmi , inklużi kundizzjonijiet minimi dwar il-ħruġ u l-modalitajiet tal-miżuri ta’ protezzjoni (bħall-ordnijiet ta’ protezzjoni u ta’ projbizzjoni) 58 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-applikazzjoni effettiva ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni nazzjonali u Ewropej billi tipprovdi possibbiltajiet ta’ finanzjament taħt il-programm Ġustizzja u billi tissensibilizza u tenfasizza l-ħtieġa li l-professjonisti jitħarrġu dwar id-disponibbiltà tal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

Il-Kummissjoni se tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jistabbilixxu Djar għall-Familja li jipprovdu appoġġ immirat u integrat lill-vittmi tal-vjolenza abbażi ta’ ġeneru 59 . Il-Kummissjoni se tippromwovi t-twaqqif ta’ Djar tal-Familja permezz tal-kampanja tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi, il-finanzjament tal-UE disponibbli, u l-kuntatti mal-partijiet interessati rilevanti.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ vittmi li jeħtieġu appoġġ u protezzjoni mmirati u integrati, huwa kruċjali li jissemmew il-vittmi tfal. Il-Kummissjoni se tkompli tinforza r-regoli tal-UE skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi mmirati speċifikament lejn it-tfal skont il-prinċipju ġenerali li jekk il-vittmi jkunu tfal, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-prijorità ewlenija 60 . Il-Kummissjoni qed issaħħaħ ukoll il-monitoraġġ tal-iskemi ġuridiċi nazzjonali fir-rigward tal-faċilità ta’ aċċess għalihom mit-tfal. Fl-2021, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta Strateġija komprensiva dwar id-drittijiet tat-tfal 61 li se jkun fiha azzjonijiet immirati fuq it-tfal vittmi tal-kriminalità bħall-promozzjoni kontinwa ta’ Djar għat-Tfal 62 .

Fir-rigward tat-tfal vittmi ta’ abbuż sesswali, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta strateġija speċifika għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fl-2020. Din l-istrateġija se tinkludi azzjonijiet immirati lejn l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tfal tal-abbuż sesswali. Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-infurzar tal-liġi, in-network ta’ hotlines INHOPE u l-industrija. Il-Kummissjoni se tesplora l-aħħar żviluppi teknoloġiċi biex tidentifika u tneħħi aktar malajr il-materjal online ta’ abbuż sesswali tat-tfal.

Grupp ieħor ta’ vittmi partikolarment vulnerabbli li jeħtieġu appoġġ speċjalizzat u integrat huma l-vittmi tat-terroriżmu. L-attakki terroristiċi mhumiex biss diretti kontra l-individwi, iżda wkoll kontra l-istati u kontra s-soċjetajiet ħielsa u miftuħa tagħna mingħajr fruntieri. L-Istati Membri jridu jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jiżguraw l-appoġġ, il-protezzjoni u r-rikonoxximent meħtieġa ta’ dawn il-vittmi. L-attakki terroristiċi spiss ikollhom fil-mira tagħhom destinazzjonijiet turistiċi jew hubs ta’ vvjaġġar, u b’hekk jaffettwaw b’mod partikolari lill-vittmi transfruntiera. Konsegwentement, meta jfittxu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, il-vittmi tat-terroriżmu x’aktarx li jkunu partikolarment soġġetti għall-isfidi tas-sitwazzjonijiet transfruntiera. Sabiex tippromwovi appoġġ integrat għall-vittmi tat-terroriżmu fl-Istati Membri kollha tal-UE, f’Jannar 2020, il-Kummissjoni nediet iċ-Ċentru ta’ għarfien espert tal-UE għall-vittmi tat-terroriżmu bħala proġett pilota ta’ sentejn 63 . Iċ-Ċentru tal-UE, fost l-oħrajn, se jipprovdi għal attivitajiet ta’ gwida u ta’ taħriġ dwar id-drittijiet tal-vittmi u l-ħtiġijiet tal-vittmi li se jkunu bbażati fuq l-aħjar prattiki tal-Istati Membri affettwati. Il-Kummissjoni se tiżgura li dan il-proġett pilota jimxi bla intoppi u sa tmiem l-2021 se tivvaluta l-ħtieġa tat-tkomplija tiegħu 64 .

Minkejja l-isforzi tal-Istati Membri tal-UE, ir-reati ta’ mibegħda fl-UE qed jiżdiedu 65 . Qed jiżdied it-tħassib dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-attivisti u l-politiċi li qed jispiċċaw fil-mira ta’ reati ta’ mibegħda. L-għoti ta’ appoġġ lill-vittmi tagħhom huwa vitali sabiex ikun possibbli u jissaħħaħ id-diskors demokratiku. Ir-reati ta’ mibegħda jaffettwaw ukoll b’mod sproporzjonat ċerti komunitajiet bħal-Lhud, ir-Rom, il-Musulmani, il-persuni ta’ dixxendenza Afrikana, il-migranti u l-komunità LGBTI+, b’mod partikolari dawk fil-mira għal raġunijiet multipli.

Fir-rigward tad-drittijiet tal-vittmi, l-inizjattivi tal-Kummissjoni kontra r-razziżmu u l-ksenofobija għandhom l-għan li jrawwmu kultura ta’ rapportar tar-reati ta’ mibegħda, itejbu l-investigazzjoni preċiża dwar il-motivazzjonijiet ta’ preġudizzju u jappoġġjaw lill-vittmi tar-razziżmu u tal-ksenofobija. Il-Kummissjoni se tkompli timplimenta l-prinċipji ta’ gwida adottati dan l-aħħar dwar l-iżgurar tal-ġustizzja, tal-protezzjoni u tal-appoġġ għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda u ta’ diskors ta’ mibegħda 66 .

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli ssostni lill-Istati Membri fil-proċess ta’ żvilupp ta’ strateġiji nazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu sabiex il-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda anti-Semitika jingħataw is-setgħa u jkunu protetti 67 . Apparti hekk, l-azzjonijiet dwar id-drittijiet tal-vittmi se jiġu kkoordinati flimkien ma’ attivitajiet fl-ambitu tal-inizjattiva li jmiss għall-inklużjoni u l-ugwaljanza tar-Rom u l-Istrateġija għall-Ugwaljanza tal-LGBTI+ li jmiss.

Il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll appoġġ immirat u integrat għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, li se jinkludi kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet rilevanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tkompli taħdem maż-żewġ gruppi ta’ ħidma li twaqqfu dan l-aħħar 68 sabiex ittejjeb l-appoġġ għall-vittmi u sabiex tipprovdi taħriġ għall-pulizija. Il-Kummissjoni se tixħet ukoll attenzjoni partikolari fuq l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi li jappartjenu għall-minoranzi u l-gruppi etniċi li huma partikolarment esposti għall-kriminalità u/jew li jeħtieġu appoġġ u protezzjoni speċjali.

Il-persuni b’diżabilità spiss ikunu vittmi ta’ reati ta’ mibegħda u ta’ forom differenti ta’ abbuż 69 . Barra minn hekk, l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja jista’ jkun aktar diffiċli jekk jiġu mċaħħda mill-kapaċità ġuridika tagħhom. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 70 teħtieġ li l-Istati Partijiet jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jippromwovu l-irkupru fiżiku, konjittiv u psikoloġiku, ir-riabilitazzjoni u r-reintegrazzjoni soċjali tal-persuni b’diżabilità, li jsiru vittmi ta’ kwalunkwe forma ta’ sfruttament, ta’ vjolenza jew ta’ abbuż. F’dan ir-rigward, l-azzjonijiet fl-ambitu ta’ din l-istrateġija se jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità 71 .

Il-persuni anzjani, minħabba l-mobilità limitata tagħhom, l-istat ta’ saħħa ġenerali tagħhom 72 jew id-dipendenza tagħhom fuq oħrajn (inklużi membri tal-familja jew persunal fiċ-ċentri ta’ kura residenzjali) jistgħu wkoll ikunu aktar vulnerabbli li jisfgħu vittmi ta’ forom differenti ta’ kriminalità. Għalhekk huwa kruċjali li jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ appoġġ u protezzjoni speċjalizzati li jwieġbu għall-bżonnijiet individwali tal-persuni anzjani.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll lill-vittmi tal-kriminalità organizzata. It-traffikar tal-bnedmin huwa forma partikolari ta’ kriminalità organizzata. Dan ikollu effetti devastanti fuq il-vittmi minħabba n-natura, iċ-ċirkostanzi, it-tul u l-konsegwenzi tar-reat. Il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jeħtieġu appoġġ, protezzjoni u assistenza speċjali. Fl-UE, kważi nofs il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin irreġistrati huma ċittadini tal-UE, u l-maġġoranza tal-vittmi kollha huma nisa u bniet, li jiġu ttraffikati prinċipalment għall-isfruttament sesswali. L-UE tindirizza t-traffikar tal-bnedmin b’mod komprensiv permezz ta’ koordinazzjoni fl-oqsma rilevanti kollha u bħala sforz konġunt mal-partijiet ikkonċernati 73 . B’mod partikolari, il-Kummissjoni qed taħdem fuq approċċ strateġiku ġdid għall-qerda tat-traffikar tal-bnedmin bħala parti mill-Unjoni tas-Sigurtà. L-azzjonijiet biex jeqirdu t-traffikar tal-bnedmin se jiġu wkoll żviluppati aktar fil-kuntest tal-inizjattivi li jmiss biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata.

Ir-reati ambjentali jolqtu lis-soċjetà kollha, u jaf ikollhom effett partikolarment detrimentali fuq l-individwi. Reat ambjentali jaf ikollu impatt fuq is-saħħa personali, l-għajxien u jwassal għal valuri aktar baxxi tal-proprjetà. Il-vittmi ta’ reat ambjentali jaf ikunu partikolarment suxxettibbli għal vittimizzazzjoni sekondarja, intimidazzjoni u ritaljazzjoni. B’mod partikolari jekk ir-reat ambjentali jkun forma ta’ kriminalità organizzata. Tali vittmi għandu jkollhom aċċess għal appoġġ u protezzjoni speċjalizzati.

Migranti irregolari li jisfgħu vittmi ta’ reat ta’ spiss ikunu wkoll f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà u jista’ jkollhom diffikultà biex jaċċessaw il-ġustizzja 74 . Jekk jirrapportaw reat lill-pulizija, jistgħu jiġu ordnati jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom 75 . Skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, id-drittijiet tal-vittmi għandhom japplikaw għall-vittmi b’mod mhux diskriminatorju, indipendentement mill-istatus ta’ residenza tagħhom 76 . Dan għandu japplika wkoll għall-minorenni mhux akkumpanjati. Skont din l-istrateġija, il-Kummissjoni se tivvaluta għodod ġuridiċi u prattiċi fil-livell tal-UE sabiex jittejjeb ir-rapportar ta’ reati u l-aċċess għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi migranti, b’mod indipendenti mill-istatus ta’ residenza tagħhom. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tippromwovi l-iskambju ta’ prattiki tajbin fost l-Istati Membri mmirati sabiex jiskollegaw ir-rapportar tal-kriminalità mill-proċedura ta’ ritorn mingħajr ma jipperikolaw l-effettività ta’ tali proċeduri.

Grupp ieħor ta’ vittmi f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà partikolari huma vittmi ta’ reati mwettqa f’detenzjoni. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 25 % tal-priġunieri jsofru minn vjolenza kull sena 77 . L-aċċess tagħhom għall-ġustizzja spiss ikun limitat. Dawn huma iżolati, stigmatizzati u għandhom aċċess limitat għall-informazzjoni 78 . Taħt din l-istrateġija, il-Kummissjoni se tesplora mezzi sabiex tipprovdi għal appoġġ u għal protezzjoni effettivi tal-vittmi f’detenzjoni bħal protokolli għall-protezzjoni tal-vittmi f’detenzjoni u korpi indipendenti ta’ detenzjoni sabiex jinvestigaw ir-reati waqt id-detenzjoni. Il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll it-taħriġ għall-persunal tad-detenzjoni taħt l-istrateġija li jmiss dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.

Appoġġ immirat u integrat għall-vittmi l-aktar vulnerabbli li jadotta approċċ olistiku u mifrux fuq diversi aġenziji jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib tal-awtoritajiet mal-organizzazzjonijiet rilevanti u mal-komunitajiet etniċi, reliġjużi u ma’ komunitajiet oħra ta’ minoranzi. Fl-ambitu ta’ din l-istrateġija, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni kbira għall-promozzjoni ta’ sinerġiji bħal dawn. Madankollu, ir-responsabbiltà ewlenija hija tal-Istati Membri, li għandhom jistabbilixxu l-istrutturi rilevanti u jiffaċilitaw is-sinerġiji meħtieġa bejn l-awtoritajiet u s-soċjetà ċivili. Atturi oħra huma mistiedna wkoll isaħħu l-attivitajiet tagħhom sabiex jappoġġjaw u jipproteġu lill-vittmi l-aktar vulnerabbli.

Azzjonijiet ewlenin għall-Kummissjoni Ewropea:

-Il-promozzjoni tal-azzjonijiet li jisiltu tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19, bħas-servizzi ta’ appoġġ online u l-iddikjarar tas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi bħala servizzi essenzjali;

-Il-promozzjoni ta’ appoġġ integrat u mmirat għall-vittmi bi bżonnijiet speċjali, bħall-vittmi tfal, il-vittmi tal-vjolenza abbażi ta’ ġeneru jew vjolenza domestika, il-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda razzista u ksenofobika, il-vittmi LGBTI+ ta’ reat ta’ mibegħda, il-vittmi anzjani u l-vittmi b’diżabilità, permezz tal-possibbiltajiet ta’ finanzjament mill-UE u l-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi;

-L-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul jew miżuri alternattivi li jiksbu l-istess objettiv;

-Il-valutazzjoni tal-introduzzjoni ta’ standards minimi dwar il-protezzjoni fiżika tal-vittmi, inklużi kundizzjonijiet minimi dwar il-ħruġ u l-modalitajiet tal-miżuri ta’ protezzjoni, u fejn meħtieġ il-preżentazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi sal-2022;

-L-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ gwida dwar l-iżgurar tal-protezzjoni u tal-appoġġ għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda u ta’ diskors ta’ mibegħda;

-L-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jittejjeb l-appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu, b’mod partikolari f’każijiet transfruntiera permezz taċ-Ċentru pilota ta’ Għarfien Espert tal-UE għall-Vittmi tat-Terroriżmu;

-Il-valutazzjoni tal-għodod fil-livell tal-UE biex jagħtu lok għar-rapportar ta’ reati għall-vittmi migranti, irrispettivament mill-istatus ta’ residenza tagħhom, u għall-vittmi f’detenzjoni, u fejn meħtieġ, il-preżentazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi sal-2022.

Azzjonijiet ewlenin għall-Istati Membri:

-Jisiltu tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19, jieħdu azzjoni biex jiżguraw li l-vittmi tal-vjolenza abbażi ta’ ġeneru u tal-vjolenza domestika jkollhom aċċess għall-appoġġ u l-protezzjoni li jkun integrat fil-miżuri nazzjonali ta’ emerġenza pandemika, inkluż aċċess kontinwu għall-postijiet ta’ kenn u helplines, u billi jsaħħu l-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fl-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi;

-Jistabbilixxu servizzi ta’ appoġġ speċjalizzati integrati u mmirati għall-vittmi l-aktar vulnerabbli, inklużi Djar għat-Tfal, Djar għall-Familja, djar sikuri għal-LGBTI+, servizzi u postijiet inklużivi u aċċessibbli għan-nies b’diżabilità u korpi indipendenti ta’ detenzjoni sabiex jinvestigaw reati waqt id-detenzjoni;

-It-teħid ta’ azzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-vittmi kollha, inklużi l-vittmi migranti jkollhom aċċess għall-ġustizzja b’mod indipendenti mill-istatus ta’ residenza tagħhom;

-Jieħdu azzjonijiet biex jiżguraw li t-tfal vittmi jkollhom aċċess għall-ġustizzja maħsuba għalihom;

-Jiskambjaw l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri tal-UE dwar l-appoġġ u l-protezzjoni għall-aktar vittmi vulnerabbli, inklużi l-vittmi tat-terroriżmu;

-Jieħdu azzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-vittmi tat-terroriżmu jkunu rikonoxxuti, pereż. jikkunsidraw jagħmlu monumenti, mużewijiet u jagħtu midalji;

-Jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-iżgurar ta’ approċċ koordinat għad-drittijiet tal-vittmi bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-assistenti soċjali, prattikanti rilevanti oħra u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jipprovdu appoġġ immirat u integrat għall-aktar vittmi vulnerabbli;

-Jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-entitajiet tal-Istati Membri li jipprovdu appoġġ speċjalizzat biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv tal-vittmi tat-terroriżmu għall-informazzjoni rilevanti f’każijiet transfruntiera 79 .

Azzjonijiet ewlenin għal partijiet ikkonċernati oħra:

-Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - li għandhom ikunu involuti fl-għoti ta’ appoġġ lill-vittmi f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

3. L-iffaċilitar tal-aċċess tal-vittmi għall-kumpens

F’ħafna Stati Membri, l-aċċess tal-vittmi għall-kumpens huwa diffiċli. Il-vittmi jistgħu jitolbu kumpens mill-Istat biss fi tmiem ta’ proċess twil, ħafna drabi għali u li jieħu ħafna ħin, li jibda bi proċedimenti kriminali u jiġi segwit minn tentattivi sabiex jiġi riċevut kumpens mingħand l-awtur tar-reat. Kif spjegat fir-rapport dwar il-kumpens tal-vittmi 80 , ir-raġunijiet sottostanti jinkludu n-nuqqas ta’ biżżejjed informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi għall-kumpens, għadd ta’ ostakli proċedurali inklużi termini restrittivi, allokazzjonijiet insuffiċjenti mill-baġits nazzjonali u regoli kkumplikati li jirregolaw il-kumpens mill-awturi tar-reat u l-kumpens tal-Istat. Għall-vittmi f’sitwazzjonijiet transfruntiera huwa saħansitra aktar diffiċli li jirċievu kumpens mill-Istat li jkunu safgħu vittmi fih minkejja l-eżistenza tar-regoli tal-UE f’dan il-qasam 81 .

L-atturi rilevanti kollha għandhom jieħdu passi, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, sabiex itejbu l-aċċess tal-vittmi għall-kumpens.

Fl-ambitu tad-Direttiva dwar il-Kumpens 82 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali tagħhom jipprevedu l-eżistenza ta’ skema dwar il-kumpens lil vittmi ta’ reati vjolenti intenzjonali mwettqa fit-territorji rispettivi tagħhom, li tiggarantixxi kumpens ġust u xieraq għall-vittmi 83 . Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens tagħhom aktar faċilment aċċessibbli għall-vittmi billi jissimplifikaw ir-regoli dwar l-aċċess għall-kumpens u billi jżidu l-ammonti disponibbli tal-kumpens permezz tal-adattament tal-baġits nazzjonali. Skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-vittmi jiġu informati sa mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti dwar kif u taħt liema ċirkostanzi jista’ jkollhom aċċess għal kumpens. Il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex imorru lil hinn minn dawn l-istandards minimi u jiżguraw li l-vittmi jkunu informati aħjar dwar l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens b’mezzi oħra wkoll – bħal kampanji informattivi ġenerali dwar id-drittijiet tal-vittmi u siti web interattivi.

L-objettiv ġenerali tal-kumpens huwa li jiġu rikonoxxuti l-vittmi ta’ reati vjolenti intenzjonali u li jiżdied mal-proċess tagħhom biex jissuperaw it-trawma 84 . Taħt l-ebda ċirkostanza l-vittmi ma għandhom ikunu esposti għar-riskji ta’ vittimizzazzjoni sekondarja matul il-proċedura ta’ kumpens. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jkunu protetti mir-riskji ta’ vittimizzazzjoni sekondarja mhux biss matul il-proċedimenti kriminali, iżda anki meta jitolbu kumpens. F’dan il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll lill-vittmi tat-terroriżmu, billi tinħoloq responsabbiltà partikolari ta’ kull Stat Membru sabiex jiġi ggarantit kumpens ġust u adegwat 85 .

Fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-vittmi għall-kumpens, il-Kummissjoni se twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva dwar il-Kumpens u d-Deċiżjoni Qafas dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji 86 sabiex tara kif u sa liema punt jista’ jittejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-kumpens. Ir-Regolament 87 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ ordnijiet ta’ konfiska se jikkontribwixxi wkoll sabiex jiffaċilita l-aċċess tal-vittmi għar-restituzzjoni ta’ proprjetà u l-kumpens tal-vittmi f’każijiet transfruntiera, ladarba dan ikun applikabbli 88 . Id-Direttiva tal-2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat tal-kriminalità 89 li tarmonizza r-reġimi tal-iffriżar u tal-konfiska fl-UE kollha, tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li ordni ta’ konfiska ma tipprevjenix lill-vittmi ta’ reat kriminali milli jippruvaw jiksbu kumpens għat-talbiet tagħhom. Il-Kummissjoni se tanalizza l-possibbiltajiet li jittejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-kumpens skont din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw ukoll kif jistgħu jtejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw l-aċċess tal-vittmi għal kumpens f’każijiet transfruntiera. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom itejbu l-kooperazzjoni tagħhom fin-network Ewropew tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kumpens 90 . In-Network Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 91 (ENVR) u n-network Ewropew tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kumpens għandhom jesploraw kif tista’ tittejjeb il-kooperazzjoni tagħhom u kif in-network jista’ jsir aktar effiċjenti.

Azzjonijiet ewlenin għall-Kummissjoni Ewropea:

-Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kumpens, (inkluż il-kumpens mill-Istat u l-kumpens tal-awturi tar-reat), inkluża d-Deċiżjoni Qafas dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, u jekk ikun meħtieġ il-proposta ta’ miżuri sal-2022 biex jikkomplementaw dan il-qafas.

Azzjonijiet ewlenin għall-Istati Membri:

-L-evalwazzjoni tal-iskemi nazzjonali ta’ kumpens u, jekk ikun meħtieġ, l-eliminazzjoni tal-ostakli proċedurali eżistenti;

-L-iżgurar li kumpens ġust u xieraq mill-Istat għal reati vjolenti u intenzjonali, inklużi vittmi tat-terroriżmu, ikun rifless fil-baġits nazzjonali;

-L-iżgurar li l-applikazzjoni sħiħa tar-Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ ordnijiet ta’ konfiska, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar ir-restituzzjoni ta’ proprjetà lill-vittma u l-kumpens lill-vittmi;

-It-teħid ta’ azzjonijiet għall-iżgurar li l-vittmi ma jkunux esposti għal vittimizzazzjoni sekondarja matul il-proċedura ta’ kumpens;

-L-iffaċilitar tal-aċċess omoġenju għall-informazzjoni dwar l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens (stabbiliment ta’ siti web interattivi, aċċessibbli u faċli għall-utenti);

-L-iżgurar li l-membri tal-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kumpens ikunu konxji mid-drittijiet u mill-ħtiġijiet tal-vittmi sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ vittimizzazzjoni sekondarja;

-Il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fi ħdan l-istrutturi rilevanti tal-UE.

Azzjonijiet ewlenin għal partijiet ikkonċernati oħra:

-In-Network Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u n-network Ewropew ta’ punti ta’ kuntatt għall-kumpens – sabiex jiġi esplorat kif tista’ tittejjeb il-kooperazzjoni tagħhom u tiżdied l-effiċjenza ta’ dan tal-aħħar;

-Organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi – sabiex jiġu involuti l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kumpens bl-għan li joffru l-appoġġ tagħhom, jiskambjaw l-aħjar prattiki u l-attivitajiet ta’ taħriġ reċiproku.

NAĦDMU FLIMKIEN GĦAD-DRITTIJIET TAL-VITTMI

4. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha

L-objettiv ewlieni tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali huwa li jiġi żgurat li l-atturi rilevanti kollha jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja. Skont ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi, il-vittmi kollha tal-kriminalità jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti u ttrattati b’rispett, b’mod professjonali, imfassal apposta u mhux diskriminatorju. Dan jeħtieġ l-involviment tal-atturi rilevanti kollha.

Fil-livell nazzjonali, huwa kruċjali li jinġabru flimkien il-persuni kollha li jidħlu f’kuntatt mal-vittmi. Dawn jinkludu l-pulizija, l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-persunal tal-qorti, is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, il-prattikanti u l-awtoritajiet ta’ kumpens. Għal xi vittmi, huwa kruċjali wkoll li jiġi involut il-persunal mediku, il-persunal edukattiv, il-persunal tas-servizzi soċjali, jew il-persunal tad-detenzjoni. Fil-fatt, għandhom jiġu involuti soċjetajiet sħaħ sabiex jiżguraw li l-vittmi kollha jkunu rikonoxxuti, rispettati u jkunu jistgħu jiddependu għalkollox fuq id-drittijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni se tippromwovi l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġiji nazzjonali għad-drittijiet tal-vittmi li jiżguraw approċċ koordinat u orizzontali għad-drittijiet tal-vittmi. Dawn il-politiki jistgħu jinkludu l-ħatra ta’ koordinaturi nazzjonali tad-drittijiet tal-vittmi jew ta’ ombudspersons responsabbli għad-drittijiet tal-vittmi, it-tnedija ta’ kampanji nazzjonali ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-vittmi f’politiki oħra bħas-saħħa u l-edukazzjoni.

Kooperazzjoni aktar b’saħħitha dwar id-drittijiet tal-vittmi bejn l-atturi kollha se tirriżulta wkoll fil-ħolqien ta’ soċjetajiet li jkunu aktar reżiljenti. F’soċjetajiet bħal dawn, bis-saħħa ta’ rabtiet soċjetali b’saħħithom, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-indirizzar tal-konsegwenzi tagħha għal vittmi partikolari jsiru aktar faċli. Kooperazzjoni u alleanzi b’saħħithom bejn l-awtoritajiet nazzjonali u s-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet nongovernattivi ta’ appoġġ għall-vittmi huma kruċjali f’dan ir-rigward. Għalhekk, l-istrateġija se tippromwovi azzjonijiet immirati sabiex jisfruttaw il-potenzjal ta’ sinerġiji bħal dawn.

Fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Vittmi biex tiżgura approċċ aktar orizzontali għad-drittijiet tal-vittmi. Il-Pjattaforma se tiġbor flimkien għall-ewwel darba l-atturi kollha fil-livell tal-UE li huma rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi. Din se tinkludi lill-Kummissjoni u lill-atturi prinċipali bħan-Network Ewropew dwar id-Drittijiet għall-Vittmi (ENVR), in-Network tal-UE tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kumpens, in-Network Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (EQUINET), il-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u l-aġenziji rilevanti bħall-Eurojust, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u s-soċjetà ċivili.

Il-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Vittmi se tiffaċilita djalogu kontinwu, skambju tal-aħjar prattiki u kontribut reċiproku bejn din l-istrateġija, l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 u d-diversi strateġiji li jmiss 92 .

Koordinatur għad-Drittijiet tal-Vittmi tal-Kummissjoni se jaċċerta l-konsistenza u l-effettività tal-azzjonijiet differenti b’rabta mal-politika dwar id-drittijiet tal-vittmi. B’mod partikolari, il-Koordinatur tal-Kummissjoni se jkun responsabbli sabiex jiżgura funzjonament bla xkiel tal-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Vittmi. Il-Koordinatur se jissinkronizza wkoll l-azzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-vittmi ta’ partijiet ikkonċernati oħra fil-livell tal-UE, b’mod partikolari jekk rilevanti għall-applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi.

Azzjonijiet ewlenin għall-Kummissjoni Ewropea:

-It-twaqqif tal-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Vittmi – il-ġbir flimkien tal-atturi rilevanti fil-livell tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-vittmi u l-iżgurar tas-sinerġija ma’ strateġiji politiċi rilevanti oħra 93 .

Azzjonijiet ewlenin għall-Istati Membri:

-It-twaqqif ta’ strateġiji nazzjonali għad-drittijiet tal-vittmi li jadottaw approċċ komprensiv u olistiku għad-drittijiet tal-vittmi u jinvolvu l-atturi kollha li x’aktarx jiġu f’kuntatt mal-vittmi;

-Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-vittmi fost l-atturi kollha li x’aktarx jiġu f’kuntatt mal-vittmi, inklużi l-pulizija, is-servizzi ta’ appoġġ u l-persunal tal-kura tas-saħħa;

-L-iffaċilitar tal-operat tan-networks rilevanti fil-livell tal-UE li jiġbru flimkien l-esperti nazzjonali dwar id-drittijiet tal-vittmi, bħan-Network Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (ENVR);

-It-teħid ta’ azzjonijiet immirati lejn il-bini ta’ soċjetajiet li jkunu aktar reżiljenti billi jiġi promoss involviment akbar tas-soċjetà ċivili f’azzjonijiet nazzjonali.

 

Azzjonijiet ewlenin għal korpi tal-UE u għal partijiet ikkonċernati oħra:

-Il-Eurojust, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u n-Network Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi għandhom jirrapportaw dwar kif jistgħu jittejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki tajba bejn l-awtoritajiet kompetenti f’każijiet transfruntiera.

5. It-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tad-drittijiet tal-vittmi

Il-Pjan ta’ Azzjoni adottat reċentement dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija (2020-2024) 94 jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE li tippromwovi, tipproteġi u tonora d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tiżgura li l-istandards għoljin tad-drittijiet tal-vittmi jiġu ssodisfati fil-kuntesti kollha, inkluż f’istanzi internazzjonali. Il-Pjan ta’ Azzjoni jkopri wkoll azzjonijiet relatati mal-Prinċipji ta’ Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u b’hekk jippermetti attenzjoni għall-vittmi ta’ reati u abbużi mwettqa fil-kuntest tas-settur privat, inklużi l-vittmi ta’ reati ambjentali.

Ir-rispons globali tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 inkluda risposti għat-theddid għad-drittijiet tal-bniedem u għal żieda fil-vjolenza domestika. Bħala parti mill-appoġġ tat-Tim Ewropa għall-pajjiżi sħab biex jaffaċċjaw il-pandemija, l-UE baqgħet twettaq monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija u tat direzzjoni ġdida lill-programmi biex tiżgura li l-vittmi fil-pajjiżi sħab jirċievu l-appoġġ u l-protezzjoni meħtieġa.

L-UE u l-Istati Membri tagħha se jkomplu jimpenjaw ruħhom man-Nazzjonijiet Uniti u mal-Kunsill tal-Ewropa u fi ħdanhom sabiex jippromwovu d-drittijiet tal-vittmi tal-UE fil-pajjiżi sħab u sabiex jiskambjaw l-aħjar prattiki 95 . B’mod partikolari, l-UE se tkompli tippromwovi standards għoljin dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-programmi ġeografiċi u tematiċi tal-UE dwar l-aċċess għall-ġustizzja li diġà jinsabu fil-fażi ta’ implimentazzjoni fil-pajjiżi sħab. B’mod partikolari, l-UE tkompli tappoġġja l-Inizjattiva Spotlight tal-UE-NU 96 sabiex tipprevjeni u telimina l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet f’ħames reġjuni madwar id-dinja. L-UE tikkoopera wkoll mal-FIFA u d-WHO f’kampanji kontra l-vjolenza domestika. Il-Kummissjoni se tappoġġja l-Fond Internazzjonali għas-Superstiti ta’ Vjolenza Sesswali b’rabta mal-Kunflitti 97 u l-Alleanza Globali WeProtect għall-Qerda tal-Isfruttament Sesswali tat-Tfal Online 98 .

L-UE se tkompli wkoll tagħti l-appoġġ tagħha għal azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċitajiet għall-pajjiżi sħab prijoritarji b’rabta mal-appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu. B’mod partikolari, l-UE se tkompli tappoġġja l-inizjattivi u l-proġetti mmexxija min-NU li għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri tan-NU biex jassistu lill-vittmi tat-terroriżmu, bħall-“Group of Friends of Victims of Terrorism” (Grupp ta’ Ħbieb tal-Vittmi tat-Terroriżmu) immexxi mill-Afganistan u minn Spanja 99 jew l-organizzazzjoni tal-Kungress globali tal-Vittmi tat-Terroriżmu mill-Uffiċċju tan-NU għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u minn Spanja 100 .

Barra minn hekk, l-UE se tippromwovi aktar l-istandards tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (inklużi d-drittijiet tal-UE għall-vittmi tat-terroriżmu, il-vittmi tal-kriminalità organizzata, il-vittmi tar-reati ambjentali u d-drittijiet tal-vittmi tal-UE b’mod ġenerali) fl-ambitu tal-programmi l-ġodda li se jiġu żviluppati fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid (2021-2027). Fil-kuntest tan-negozjati ta’ adeżjoni u tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, l-UE se tkompli taħdem mill-qrib mal-pajjiżi kandidati u mal-pajjiżi kandidati potenzjali biex issaħħaħ id-drittijiet tal-vittmi.

L-UE se tiffoka wkoll fuq l-iżgurar tal-aħjar aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini tal-UE li jisfgħu vittmi f’pajjiżi terzi. Dan jirrikjedi kuntatt u kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ ta’ pajjiżi terzi u l-awtoritajiet konsulari u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tal-Istati Membri tal-UE. L-Unjoni Ewropea, permezz tar-Rappreżentant Għoli tagħha għall-Politika Barranija u s-Sigurtà, se tinkoraġġixxi u tiffaċilita tali kooperazzjoni sabiex ittejjeb l-appoġġ u l-protezzjoni għaċ-ċittadini tal-UE li jisfgħu vittmi f’pajjiżi terzi.

Azzjonijiet ewlenin għall-Unjoni Ewropea:

-It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ sħab internazzjonali u reġjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa sabiex jiġu promossi l-istandards internazzjonali għoljin għad-drittijiet tal-vittmi, inklużi d-drittijiet tal-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, vittmi tfal, vittmi ta’ terroriżmu, vittmi migranti, vittmi ta’ vjolenza sesswali u abbażi ta’ ġeneru, vittmi LGBTI+ ta’ reati ta’ mibegħda, vittmi tal-kriminalità organizzata, vittmi tar-reati ambjentali u vittmi b’diżabilità;

-L-użu tal-fondi tal-UE u tad-djalogu politiku għall-promozzjoni, għad-difiża u għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi u għall-iżgurar ta’ aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi fil-pajjiżi sħab;

-Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni għat-titjib tal-appoġġ u tal-protezzjoni għaċ-ċittadini tal-UE li jisfgħu vittmi f’pajjiżi terzi;

-It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ ta’ pajjiżi terzi u l-awtoritajiet konsulari u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tal-Istati Membri tal-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini tal-UE li jisfgħu vittmi f’pajjiżi terzi.

KONKLUŻJONI

L-UE trid tagħmel aktar biex tipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità. L-ewwel Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi tipprevedi ġabra komprensiva ta’ azzjonijiet għall-ħames snin li ġejjin. Dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jtejbu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi, inkluż li jitqiesu kif dovut il-bżonnijiet speċifiċi tal-vittmi, u b’hekk tiżdied is-sigurtà taċ-ċittadini kollha fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni se tiffoka fuq l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar sħiħ tar-regoli eżistenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi. Se tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi u se taħdem mal-Istati Membri biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istrutturi li joffru appoġġ lill-vittmi, inkluż billi tislet tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta l-istrumenti tal-UE u n-nuqqasijiet possibbli tagħhom u, fejn ikun meħtieġ, se tressaq proposti leġiżlattivi sal-2022 biex issaħħaħ ulterjorment id-drittijiet tal-vittmi.

Se jsir monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija, inkluż permezz ta’ laqgħat regolari tal-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Vittmi għal aġġornamenti dwar l-azzjonijiet taħt ir-responsabbiltà ta’ atturi differenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tevalwa l-azzjonijiet tal-istrateġija f’nofs it-terminu ta’ din l-istrateġija u se taġġornaha fejn meħtieġ.

Sabiex id-drittijiet tal-vittmi jkollhom effett sħiħ kullimkien fl-UE u fiċ-ċirkostanzi kollha jeħtieġ li l-atturi rilevanti kollha jkunu involuti, fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali. Din l-istrateġija teħtieġ sforzi konġunti mill-Kummissjoni Ewropea, minn istituzzjonijiet u korpi oħra, mill-Istati Membri u mis-soċjetà ċivili. Sabiex nirnexxu, irridu lkoll naħdmu flimkien.

(1)

Skont l-Eurostat, fl-2017, fl-UE ġew irreġistrati madwar 15-il miljun reat serju (omiċidju, sfruttament sesswali tat-tfal, attakk, ħtif, vjolenza sesswali, stupru, attentat vjolenti għall-pudur u serq aggravat bil-vjolenza).

(2)

Kif ġie enfasizzat mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, Victims’ rights as standards of criminal justiceJustice for victims of violent crime (Id-drittijiet tal-vittmi bħala standards għall-ġustizzja kriminali – Ġustizzja għall-vittmi tal-kriminalità vjolenti) (2019), id-drittijiet tal-vittmi għal aċċess għall-ġustizzja u għall-protezzjoni huma drittijiet fundamentali.

(3)

Ara l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (Marzu 2020) dwar iż-żieda fil-vjolenza domestika matul il-pandemija tal-COVID-19: https://www.who.int/reproductivehealth/publications/emergencies/COVID-19-VAW-full-text.pdf .

(4)

Europol, Pandemic profiteering: how criminals exploit the COVID-19 crisis (L-approfittar mill-pandemija: kif il-kriminali jisfruttaw il-kriżi tal-COVID-19), Marzu 2020, ara: https://www.europol.europa.eu/publications-documents/pandemic-profiteering-how-criminals-exploit-covid-19-crisis .

(5)

  https://fra.europa.eu/en/publication/2020/covid19-rights-impact-april-1  

(6)

Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (id-“Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi”).

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (id-“Direttiva dwar il-Kumpens”).

(8)

Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-Ordni Ewropea ta’ protezzjoni u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili.

(9)

Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI.

(10)

Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI.

(11)

Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI.

(12)

Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul ġiet iffirmata mill-UE fl-2017. Dan huwa l-punt ta’ riferiment għall-istandards internazzjonali fil-qasam. Sal-lum, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ffirmaw il-Konvenzjoni, u 21 irratifikawha.

(13)

Ara b’mod partikolari r-rapporti reċenti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u d-Direttiva dwar l-Ordni Ewropea ta’ protezzjoni msemmija hawn taħt kif ukoll diversi rapporti reċenti oħra fil-qasam tad-drittijiet tal-vittmi msemmija hawn taħt ukoll.

(14)

Il-vittimizzazzjoni sekondarja tista’ tiġi ddefinita bħala l-konsegwenzi negattivi għall-vittmi li jistgħu jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tal-vittmi fi proċedimenti kriminali, inkluż l-esponiment tal-vittmi għal kuntatti ma’ min ikun wettaq ir-reat, mal-awtoritajiet ġudizzjarji u/jew mal-pubbliku ġenerali.

(15)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, COM(2020)188 final, ara: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A188%3AFIN .

(16)

Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, COM(2020)187 final, ara: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A187%3AFIN .

(17)

Konklużjonijiet simili jistgħu jinsiltu mir-rapporti ta’ implimentazzjoni dwar id-Direttiva dwar l-abbuż sesswali fuq it-tfal (COM/2016/0871 u COM/2016/0872) u dwar id-Direttiva dwar it-traffikar tal-bnedmin (COM(2016) 722 final).

(18)

Il-Kummissjoni bħalissa għandha 21 proċediment ta’ ksur pendenti għal traspożizzjoni inkompluta tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi kontra l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvezja.

(19)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-vittmi adottati fit-3 ta’ Diċembru 2019. https://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/jha/2019/12/02-03/ .

(20)

 Il-Parlament Ewropew, Criminal procedural laws across the European Union – A comparative analysis of selected main differences and the impact they have over the development of EU legislation (Il-liġijiet dwar il-Proċedura Kriminali madwar l-Unjoni Ewropea – Analiżi komparattiva ta’ differenzi ewlenin magħżula u l-impatt li għandhom fuq l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE), Awwissu 2018, disponibbli fuq https://www.europarl.europa.eu/thinktank/en/document.html?reference=IPOL_STU%282018%29604977 .

(21)

Strengthening victims’ rights: from compensation to reparation – For a new EU Victims’ rights strategy 2020-2025 (It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi: mill-kumpens għar-riparazzjoni – għal strateġija ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 2020-2025), Rapport ta’ J. Milquet, Konsulenta Speċjali tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/criminal-justice/protecting-victims-rights_mt  

(22)

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, erba’ rapporti dwar il-Ġustizzja għall-Vittmi tal-Kriminalità Vjolenti, April 2019, disponibbli fuq https://fra.europa.eu/en/publication/2019/victims-rights-standards-criminal-justice-justice-victims-violent-crime-part-i .

(23)

Victim Support Europe, Victims of Crime Implementation Analysis of Rights in Europe (VOCIARE), Ottubru 2019, disponibbli fuq https://victimsupport.eu/about-us/our-projects/vociare/ .

(24)

F’dan ir-rigward, il-ġustizzja restorattiva hija importanti. Il-ġustizzja restorattiva tiġbor fiha firxa ta’ servizzi, pereż. il-medjazzjoni bejn il-vittma u l-awtur tar-reat, il-konferenzi fi grupp tal-familja u l-gruppi ta’ konsulenti li jissuġġerixxu lill-imħallfin l-aħjar piena (Premessa 46 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi).

(25)

Ara b’mod partikolari r-rapport VOCIARE minn Victim Support Europe, p. 4 u pp. 24-30.

(26)

L-erba’ rapporti tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali dwar id-drittijiet tal-vittmi juru livell insuffiċjenti ta’ taħriġ dwar id-drittijiet tal-vittmi fost il-persuni f’kuntatt mal-vittmi, inklużi l-pulizija, u jenfasizzaw ir-rwol importanti tal-fakultajiet tal-liġi fl-edukazzjoni tal-avukati, ara pereżempju: Rapport Parti I, Opinjoni 2, Rapport Parti II, Opinjonijiet 2, 7, Rapport Parti III, Opinjonijiet 2, 4 (fir-rigward tal-fehim ġenerali mill-prattikanti tad-drittijiet tal-vittmi); Il-Parti IV tar-Rapport tenfasizza n-nuqqas ta’ fehim mill-prattikanti tal-ħtiġijiet u d-drittijiet tan-nisa bħala vittmi tal-vjolenza bejn il-koppji.

(27)

  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/gender-equality/gender-based-violence/ending-gender-based-violence_mt

(28)

Ara r-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli tal-UE tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza “Ensuring justice, protection and support for victims of hate crime and hate speech: 10 key guiding principles” (L-iżgurar tal-ġustizzja, il-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi tar-reati ta’ mibegħda u tad-diskors ta’ mibegħda: 10 prinċipji ta’ gwida prinċipali) (Diċembru 2017) u r-rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali “Ensuring justice for hate crime victims: professional perspectives” (April 2016).

(29)

Il-maġġorparti (64 %) tal-vittmi ta’ karnaġġjon skur ta’ vjolenza razzista, kif ukoll (63 %) tal-vittmi ta’ attakki fiżiċi razzisti mill-uffiċjali tal-pulizija, ma rrapportawx l-aktar inċident reċenti jew għaliex ħassew li mbilli jirrapportaw ma kien se jibdel xejn (34 %) jew inkella għaliex il-vittmi ma għandhomx fiduċja fil-pulizija jew jibżgħu minnhom (28 %), ara “Being Black in the EU” (Li Jkollok Karnaġġjon Skur fl-UE), l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, Novembru 2018. Kważi wieħed minn kull żewġ Musulmani li wieġbu għall- Istħarriġ MIDIS II tal-2017 tal-FRA ma rrapportawx l-aktar inċident reċenti ta’ fastidju motivat mill-mibegħda għaliex kienu konvinti li ma kienet se tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rispons. Livell baxx simili ta’ rapportar jirriżulta minn fost il-komunità LGBTI+, skont l-Istħarriġ EU-LGBTI II - A long way to go for LGBTI equality (Triq twila għall-ugwaljanza tal-LGBTI) tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (l-14 ta’ Mejju 2020). Erbgħa minn kull ħames Ewropej Lhud (79 %) li esperjenzaw fastidju anti-Semitiku qatt ma rrapportaw l-aktar inċident serju. Kważi nofshom (43 %) ma rrapportawx għaliex l-inċident tqies minnhom bħala mhux serju biżżejjed, li jixħet lenti fuq in-normalizzazzjoni tal-abbuż anti-Semitiku ta’ kuljum kontra l-Lhud (is-sondaġġ tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali dwar id-diskriminazzjoni u r-reati ta’ mibegħda kontra l-Lhud fl-UE).

(30)

Ara pereżempju, il-Victims’ Services Group tal-Irlanda, li jinkludi rappreżentanti tal-ġudikatura u tas-servizz ta’ probation u ta’ ħabs, l-avukati, il-pulizija u l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa.

(31)

L-għases lokali tal-pulizija f’ċerti Stati Membri, pereżempju fil-Belġju, li qed jagħmlu l-hekk imsejħa “skrivaniji qawsalla” huwa eżempju tajjeb ta’ approċċ rispettuż mill-pulizija fil-konfront tal-komunità LGBTI+.

(32)

Għall-fini ta’ din l-istrateġija, iċ-ċiberkriminalità jew ir-reati online huma kwalunkwe tip ta’ reat kriminali li jitwettaq online jew bl-użu ta’ għodod tal-kompjuter jew online.

(33)

Il-Kummissjoni se taħdem, fost l-oħrajn, mal-Istati Membri sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas mhux f’kontanti jiġu implimentati bis-sħiħ u se teżamina kif tista’ tappoġġja aktar azzjoni kontra l-frodi u s-serq tal-identità online, inkluż l-appoġġ lill-vittmi. Fir-rigward tal-materjal online dwar l-abbuż sesswali tat-tfal, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġja l-inizjattivi bħan-network INHOPE ffinanzjat mill-UE (ara https://www.inhope.org/EN ) li jippermetti lill-utenti tal-internet jirrapportaw kontenut bħal dan b’mod anonimu.

(34)

Pereżempju, il-minoranzi etniċi u reliġjużi, il-persuni b’diżabilità jew l-anzjani.

(35)

  http://www.ejtn.eu/

(36)

  https://www.cepol.europa.eu/

(37)

  https://www.ecteg.eu/

(38)

Ara l-Artikolu 12 u l-premessa 46 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi.

(39)

Ir-rapport VOCIARE minn Victim Support Europe.

(40)

  https://beta.e-justice.europa.eu/65/MT/victims_of_crime

(41)

 Il-proġetti rilevanti ffinanzjati taħt il-programm Ġustizzja 2014-2020, il-programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 u s-suċċessuri tagħhom taħt il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2021-2027 https://ec.europa.eu/justice/grants1/programmes-2014-2020/justice/index_en.htm .

(42)

L-attivitajiet ta’ taħriġ reċiproku jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u tal-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi.

(43)

Pereżempju, l-iskambju ta’ prattiki tajbin għall-appoġġ ta’ vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ ġeneru se jiġi organizzat permezz tal-Programm ta’ Tagħlim Reċiproku tal-UE fl-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri.

(44)

https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:4524c01c-a0e6-11ea-9d2d-01aa75ed71a1.0017.02/DOC_1&format=PDF

(45)

Eżempju ta’ azzjoni bħal din li diġà għaddejja huwa li r-rapportar online tal-kriminalità se jkun kopert fil-finanzjament futur taċ-ċiberkriminalità taħt il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Fond għas-Sigurtà Interna – Pulizija għall-2020.

(46)

Il-vjolenza domestika hija vjolenza f’relazzjoni mill-qrib meta l-awtur tar-reat ikun joqgħod taħt l-istess saqaf mal-vittma. Skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, vjolenza f’relazzjoni mill-qrib titwettaq minn persuna li tkun konjuġi jew sieħeb/sieħba kurrenti jew preċedenti jew membru ieħor tal-familja, kemm jekk l-awtur tar-reat ikun jgħix jew ikun għex taħt l-istess saqaf mal-vittma kif ukoll jekk le (ara l-premessa 18 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi). Dan jaffettwa aktar lin-nisa u lit-tfal.

(47)

Ara pereżempju l-opinjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi  https://eige.europa.eu/news/coronavirus-puts-women-frontline u l-Coronavirus pandemic in the EU - Fundamental Rights Implications - Bulletin 1 (Il-pandemija tal-coronavirus fl-UE - l-Implikazzjonijiet għad-Drittijiet Fundamentali - Bulletin 1) tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali https://fra.europa.eu/en/publication/2020/covid19-rights-impact-april-1#TabPubOverview0 .

(48)

Informazzjoni dwar l-eqreb servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza domestika tinsab hawnhekk: https://www.wave-network.org/find-help/ .

(49)

L-iddikjarar ta’ servizz bħala servizz essenzjali jiggarantixxi l-funzjonament tiegħu matul kriżi. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi komplew jiffunzjonaw matul il-pandemija tal-COVID-19 f’diversi Stati Membri li pprovdew id-data dwar dan is-suġġett lill-Kummissjoni u lin-Network Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi. Xi Stati Membri, inklużi Spanja u l-Portugall, iddikjaraw is-servizzi tagħhom ta’ appoġġ għall-vittmi bħala servizzi essenzjali. Ara l-Portal tal-Ġustizzja Elettronika.

(50)

Ara l-għażla ta’ prattiki tajba dwar id-drittijiet tal-vittmi matul il-pandemija tal-COVID-19 ippubblikati mill-Kummissjoni fuq il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika:

https://e-justice.europa.eu/content_impact_of_covid19_on_the_justice_field-37147-mt.do?init=true

(51)

Ara b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni settorjali, bħall-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(52)

Skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (premessa 17), il-vjolenza abbażi ta’ ġeneru tissejjaħ “vjolenza diretta kontra persuna minħabba s-sess ta’ dik il-persuna, l-identità tas-sessi jew l-espressjoni tas-sessi jew li taffettwa lil persuni ta’ sess partikolari b’mod disproporzjonat”.

(53)

FRA (2014), Violence against women: an EU-wide survey (Il-vjolenza fuq in-nisa: stħarriġ fl-UE kollha). Ir-riżultati ewlenin, il-Lussemburgu, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(54)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025, COM(2020)152final, ara: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A152%3AFIN .  

(55)

Ir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-Direttiva dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni, imsemmija hawn fuq, jindika li skont l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inħarġu biss 37 ordni Ewropea ta’ protezzjoni u 15 biss ġew eżegwiti fil-perjodu 2015-2018 (id-dati kkunsidrati mill-Istati Membri meta għarrfu lill-Kummissjoni dwar id-data tagħhom).

(56)

Ara r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni.

(57)

Ara b’mod partikolari r-rapport dwar il-Ħtiġijiet Speċifiċi u l-Ordnijiet ta’ Protezzjoni u l-vittmi ta’ vjolenza domestika kofinanzjat mill-programm Daphne (2016); ir-rapport juri li l-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa li japplikaw għal ordnijiet ta’ protezzjoni spiss jiġu injorati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. L-istess studju jindika inkonsistenzi serji fit-teħid tad-deċiżjonijiet mill-ġudikaturi nazzjonali fir-rigward tal-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-ordnijiet ta’ protezzjoni. http://snap-eu.org/report/International_Report.pdf .

(58)

F’konformità mad-Direttiva 2011/99/UE, il-liġi nazzjonali li tirregola l-miżuri ta’ protezzjoni tista’ timponi fuq persuni li jikkawżaw periklu li dawn ikunu soġġetti għal projbizzjoni milli jidħlu f’ċerti postijiet, projbizzjoni jew regolamentazzjoni fuq il-kuntatt jew projbizzjoni jew regolamentazzjoni fuq l-avviċinament tal-persuna protetta eqreb minn distanza stipulata.

(59)

Dar għall-Familja hija mudell ta’ post sikur għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, fejn vittmi taħt l-istess saqaf jistgħu jirrapportaw reat, jirċievu appoġġ psikoloġiku u konsulenza.

(60)

Miżuri speċifiċi bħal dawn jinkludu informazzjoni għat-tfal, seduti ta’ smigħ aċċessibbli faċilment għat-tfal, u protezzjoni speċifika għat-tfal.

(61)

Ittra ta’ missjoni ta’ Dubravka Šuica, Viċi President innominat għad-Demokrazija u għad-Demografija, l-1 ta’ Diċembru 2019, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/commissioners/sites/comm-cwt2019/files/commissioner_mission_letters/mission-letter-dubravka-suica_en.pdf .

(62)

Dar għat-Tfal, bħall-mudell Skandinavu ta’ Barnahus li bħalissa qed jinfirex madwar il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u internazzjonalment, hija ċentru magħmul apposta għat-tfal, interdixxiplinari u sostnut minn diversi aġenziji għall-vittmi u għax-xhieda tfal fejn it-tfal jistgħu jiġu intervistati u eżaminati medikament għal skopijiet forensiċi, jiġu vvalutati b’mod komprensiv u jirċievu s-servizzi terapewtiċi rilevanti kollha mingħand professjonisti adegwati.

(63)

https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/criminal-justice/eu-centre-expertise-victims-terrorism_mt  

(64)

Fuq il-bażi tal-analiżi tal-Kummissjoni u fid-dawl tal-finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk tkomplix l-attivitajiet taċ-Ċentru tal-UE wara l-2021.

(65)

  https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra-factsheet_hatecrime_en_final_0.pdf

(66)

Fl-2019, il-Grupp ta’ Livell Għoli biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza qabel li joħloq tliet gruppi ta’ ħidma bl-appoġġ tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa - l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jiġu assistiti fl-istabbiliment ta’ servizzi effettivi u adegwati ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda kif ukoll strateġija ta’ taħriġ immirata għall-infurzar tal-liġi u r-reġistrazzjoni, il-ġbir tad-data u t-tħeġġiġ tar-rapportar mill-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda. Għal aktar informazzjoni, ara: http://ec.europa.eu/newsroom/just/document.cfm?doc_id=48874 .

(67)

Ara l-grupp ta’ ħidma l-ġdid tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu li għandu l-għan li jimplimenta d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu u l-iżvilupp ta’ approċċ komuni fil-qasam tas-sigurtà għal protezzjoni aħjar tal-komunitajiet u l-istituzzjonijiet Lhud fl-Ewropa (is-6 ta’ Diċembru 2018).

(68)

Fl-2019, il-Grupp ta’ Livell Għoli biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza qabel li joħloq żewġ gruppi ta’ ħidma addizzjonali sabiex jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi dwar il-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda - immexxi mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, u mal-appoġġ għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda - immexxi mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa - l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR).

(69)

Pereżempju, il-Parlament Ewropew enfasizza li n-nisa b’diżabilità għandhom bejn darbtejn sa ħames darbiet aktar ċans li jaffaċċjaw vjolenza meta mqabbla ma’ nisa oħra, u 34 % tan-nisa bi problema ta’ saħħa jew b’diżabilità esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali mis-sħab tagħhom tul ħajjithom, ara: Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b’diżabilità (2018/2685(RSP)).

(70)

https://www.un.org/development/desa/disabilities/convention-on-the-rights-of-persons-with-disabilities.html#Fulltext  

(71)

B’mod partikolari, l-Artikolu 6 dwar in-Nisa b’Diżabilità, l-Artikolu 9 dwar l-Aċċessibbiltà, l-Artikolu 12 dwar ir-Rikonoxximent Ugwali quddiem il-liġi u l-Artikolu 13 dwar l-Aċċess għall-Ġustizzja.

(72)

Huwa perċepit li 49 % tal-persuni li għandhom 65 sena jew aktar għandhom diżabilità jew limitazzjoni fit-tul fuq l-attivitajiet; Statistika tal-Eurostat dwar il-limitazzjonijiet fit-tul li wieħed jipperċepixxi fl-attivitajiet tas-soltu minħabba problemi ta’ saħħa skont is-sess, l-età u l-introjtu.

(73)

Fir-rigward tal-qafas ġuridiku u ta’ politika komprensiv tal-UE li jindirizza t-traffikar tal-bnedmin, li huwa ffukat fuq il-vittmi, speċifiku għall-ġeneri u sensittiv fir-rigward tat-tfal, jekk jogħġbok irreferi għal https://ec.europa.eu/anti-trafficking/node/4598_en .  

(74)

Ara pereżempju l-proġett ta’ COMPAS (iċ-Ċentru dwar il-Migrazzjoni, il-Politika, u s-Soċjetà) tal-Università ta’ Oxford dwar “Safe reporting of crime for victims and witnesses with irregular status in the US and Europe” (Ir-rapportar sikur tal-kriminalità għall-vittmi u x-xhieda bi status irregolari fl-Istati Uniti u fl-Ewropa), ippubblikat fl-2019 jew ir-riżultati tal-proġett mill-Platform for International Cooperation on Undocumented Migrants (il-Pjattaforma għall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar il-Migranti mingħajr dokumenti) dwar “Insecure justice? – residence permits for victims of crime in Europe” (Ġustizzja insikura? – permessi tar-residenza għall-vittmi tal-kriminalità fl-Ewropa).

(75)

Skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, l-Istati Membri għandhom, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn lil kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom. Il-vittmi ta’ ċerti kategoriji ta’ reati, bħall-isfruttament serju ta’ ħaddiema, jistgħu jingħataw, fuq bażi ta’ każ b’każ, permessi b’durata limitata - ara d-Direttiva 2009/52/KE (id-“Direttiva dwar is-Sanzjonijiet għall-Impjegaturi”).

(76)

Ir-Rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (2019) dwar Migration: Key fundamental rights concerns (Migrazzjoni: tħassib ewlieni dwar id-drittijiet fundamentali) juri skala kbira ta’ nuqqas ta’ rapportar tal-kriminalità fost il-vittmi migranti. Kif intwera mir-riċerka mwettqa min-Network Ewropew kontra r-Razziżmu, il-migranti intervistati f’24 pajjiż esprimew biża’ li r-rapportar ta’ reat jaffettwa b’mod negattiv l-eżitu tal-każ ta’ immigrazzjoni tagħhom.

(77)

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Prison and Health (Il-Ħabs u s-Saħħa) (2014), pp. 19-21 għad-definizzjonijiet dwar il-vjolenza fil-ħabs. Ir-rapport huwa disponibbli fuq: http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0005/249188/Prisons-and-Health.pdf .

(78)

Għal analiżi aktar dettaljata ara: “Rights behind bars – Access to justice for victims of violent crime suffered in pre-trial or immigration detention” (Id-drittijiet mill-ħabs – Aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi ta’ reati vjolenti mġarrba waqt id-detenzjoni ta’ qabel il-ġuri jew tal-immigrazzjoni) minn Fair Trials, ippubblikat fl-2019, https://www.fairtrials.org/publication/rights-behind-bars .

(79)

Kif previst fl-Artikolu 26 tad-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu.

(80)

Ir-Rapport ta’ J. Milquet, Konsulenta Speċjali tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker: Strengthening victims’ rights: from compensation to reparation – For a new EU victims’ rights strategy 2020-2025, Marzu 2019.

(81)

Id-Direttiva dwar il-Kumpens.

(82)

Ara l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar il-Kumpens.

(83)

Ara l-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-Kawża C-129/19 ippreżentati fl-14 ta’ Mejju 2020 http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf;jsessionid=839BD6797AC265879227F4CB8EFBE070?text=&docid=226497&pageIndex=0&doclang=MT&mode=req&dir=&occ=first&part=1&cid=1859548  

(84)

Ara b’mod partikolari r-Rapport tal-Konsulenta Speċjali, J. Milquet.

(85)

Skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza fir-rigward ta’ talbiet dwar kumpens għall-vittmi tat-terroriżmu disponibbli skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

(86)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji.

(87)

Ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska.

(88)

Mid-19 ta’ Diċembru 2020.

(89)

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea.

(90)

Kif stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-Kumpens.

(91)

In-Network Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (ENVR) jipprovdi forum ta’ esperti nazzjonali maħluq permezz ta’ għotja tal-UE u li fih isir skambju tal-aħjar prattiki u jiġu diskussi d-drittijiet tal-vittmi. Għal aktar informazzjoni, ara: https://envr.eu/ .

(92)

Strateġiji rilevanti oħra fil-qasam jinkludu l-istrateġija dwar id-drittijiet tat-tfal, l-istrateġija dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, l-Istrateġija għall-Ugwaljanza tal-LGBTI+, il-qafas aġġornat tal-UE għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni tar-Rom u l-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà, approċċ strateġiku għall-qerda tat-traffikar tal-bnedmin u Strateġija għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.

(93)

  https://ec.europa.eu/info/publications/2020-commission-work-programme-key-documents_mt  

(94)

Il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, JOIN/2020/5 final.

(95)

L-aġenda emerġenti tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż dwar l-aċċess għal rimedju (kemm ġuridiku kif ukoll mhux ġuridiku) għall-vittmi tal-abbużi ta’ drittijiet tal-bniedem minn negozji/atturi mis-settur privat, tista’ tiġi kkunsidrata wkoll.

(96)

  https://spotlightinitiative.org/  

(97)

Fond ġdid għar-riparazzjoni għall-vittmi ta’ vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti. Il-Fond huwa mibni fuq l-impenn tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Vjolenza Sesswali f’Kunflitt, il-ħidma ta’ Dr Denis Mukwege Foundation, Nadia’s Initiative u r-rakkonti ta’ superstiti ta’ vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti minn madwar id-dinja kollha. https://news.un.org/en/story/2019/10/1050271 .  

(98)

  https://www.weprotect.org/  

(99)

F’Ġunju 2019 tnieda Grupp ta’ Ħbieb tal-Vittmi tat-Terroriżmu mmexxi mill-Afganistan u minn Spanja bl-għan li tinxteħet aktar attenzjoni u jkun hemm aktar attività fin-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward ta’ dan is-suġġett.

(100)

  https://www.un.org/counterterrorism/2020-counter-terrorism-week   

Top