This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017TA1206(37)
Report on the annual accounts of the European Union Agency for Fundamental Rights for the financial year 2016, together with the Agency’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
ĠU C 417, 6.12.2017, p. 228–232
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/228 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
(2017/C 417/37)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRA”), li tinsab fi Vjenna, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha b’assistenza u b’kompetenza fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mad-drittijiet fundamentali. |
2. |
It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2). Tabella Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija
|
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
3. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
OPINJONI
Affidabbiltà tal-kontijiet Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet Dħul Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet
Pagamenti Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza
Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi
|
16. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI
17. |
(Sotto)delegazzjonijiet formali minn uffiċjali awtorizzanti (b’delega) ma kinux dejjem konsistenti mad-drittijiet ta’ awtorizzazzjoni għat-tranżazzjonijiet fis-sistema ta’ fluss tax-xogħol ABAC. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
18. |
Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 5,2 miljun, jiġifieri 68 % (2015: EUR 5,7 miljun, jiġifieri 70 %). Dawn prinċipalment jirriflettu n-natura tal-attivitajiet li jinvolvu l-finanzjament ta’ studji li jdumu għaddejjin għal bosta xhur, u spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
19. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
President
(2) Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.fra.europa.eu
(3) Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.
Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.
(4) Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kummenti tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A) |
2015 |
Il-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati baqa' għoli għat-Titolu III f'ammont ta' EUR 5 723 282 , jiġifieri 70 % (2014: EUR 5 848 956 , jiġifieri 75 %). Dan jirriżulta prinċipalment min-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija li jinvolvu l-akkwist ta' studji li jdumu għaddejjin għal ħafna xhur, u spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena. |
M/A |
IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA
17. |
Fl-2015 u l-2016, bħala riżultat ta’ bidliet organizzazzjonali fl-Aġenzija, ġew aġġornati s-sottodelegazzjonijiet tal-Uffiċjal Awtorizzanti. Minħabba żball fit-traskrizzjoni, id-delegazzjonijiet kollha, kemm dawk antiki kif ukoll dawk attwali, kienu meqjusa validi mis-sistema finanzjarja ABAC. L-iżball ġie kkoreġut u ġew stabbiliti miżuri biex jiżguraw li ABAC jirrifletti biss delegazzjonijiet attwalment validi. |
18. |
Kif il-Qorti semmiet fis-snin preċedenti, ir-riporti tal-Aġenzija għal T3 jirriflettu n-natura multiannwali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont skedi ppjanati u kkontrollati bir-reqqa. Minħabba li l-eżitu tal-baġit finali tal-Aġenzija kien aktar minn 99 % matul l-aħħar snin, u l-livell tal-approprjazzjonijiet C8 ikkanċellati kien dejjem baxx ħafna (jiġifieri medja ta’ 2,4 % fl-aħħar tliet snin), fl-opinjoni tal-Aġenzija, dan jindika li r-riporti huma ġustifikati għal kollox. L-Aġenzija diġà evalwat il-possibbiltà tal-użu ta’ approprjazzjonijiet differenzjati u kkonkludiet li, minħabba li l-proġetti operattivi mhux se jdumu iktar minn sentejn, hemm ftit valur miżjud li jintużaw. L-estensjoni tal-perjodu għall-implimentazzjoni aktarx mhux biss se tittardja l-implimentazzjoni tal-proġetti iżda wkoll iżżid ir-riskju ta’ likwidità b’mod sinifikanti. |