This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017M8518
Prior notification of a concentration (Case M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 361, 25.10.2017, pp. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/39 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 361/07)
|
1. |
Fit-18 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
HPS u MDP jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Ardonagh (inkluża Towergate) u Nevada 2. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal HPS: ditta ta’ investiment li hi bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika b’investimenti f’firxa wiesgħa ta’ industriji, fosthom kumpaniji ta’ senserija tal-assigurazzjoni. — għal Ardonagh: tikkontrolla lil Towergate Insurance Limited (“Towergate”), Autonet Insurance Services Ltd (“Autonet”), Price Forbes & Partners Limited (“Price Forbes”), Ryan Direct Group (“RDG”) u Chase Templeton Limited (“Chase Templeton”). Dawn l-entitajiet kollha huma kumpaniji ta’ senserija tal-assigurazzjoni attivi primarjament fis-settur tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja fir-Renju Unit. — għal MDP: kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika b’investimenti f’firxa wiesgħa ta’ industriji, fosthom kumpaniji ta’ senserija tal-assigurazzjoni. — għal Nevada 2: kumpanija azzjonarja privata inkorporata fil-Gżejjer Kajman li ġiet stabbilita bħala strument ta’ investiment minn MDP u HPS li għandha The Broker Network Limited u Countryside Insurance Management Limited (flimkien “Broker Network”). Broker Network hija pjattaforma ta’ sensara fir-Renju Unit għal sensara lokali indipendenti żgħar tal-assigurazzjoni, li joffru kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali u personali fir-Renju Unit. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.