Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AR1195

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-pakkett tas-servizzi: ekonomija tas-servizzi li taħdem favur l-Ewropej

    ĠU C 54, 13.2.2018, p. 81–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 54/81


    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-pakkett tas-servizzi: ekonomija tas-servizzi li taħdem favur l-Ewropej

    (2018/C 054/15)

    Relatur:

    Jean-Luc Vanraes (BE/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Uccle

    Dokumenti ta' referenza:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

    COM(2016) 824 final

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament [ir-Regolament tal-ESC] …

    COM(2016) 823 final

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    COM(2016) 822 final

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar rakkomandazzjonijiet ta’ riforma għar-regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali

    COM(2016) 820 final

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

    Emenda 1

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Premessa 7

    Emenda

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-obbligu ta’ notifika stabbilit minn din id-Direttiva għandu japplika għall-miżuri regolatorji tal -Istati Membri, bħal-liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ natura ġenerali jew kwalunkwe regola vinkolanti oħra ta’ natura ġenerali, inklużi r-regoli adottati minn organizzazzjonijiet professjonali sabiex jirregolaw b’mod kollettiv l-aċċess għall-attivitajiet tas-servizzi jew l-eżerċizzju tagħhom. Mill-banda l-oħra l-obbligu ta’ notifika ma għandux japplika għal deċiżjonijiet individwali maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali .

    L-obbligu ta’ notifika stabbilit minn din id-Direttiva għandu japplika għall-miżuri regolatorji tal-Istati Membri, bħal-liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ natura ġenerali jew kwalunkwe regola vinkolanti oħra ta’ natura ġenerali, inklużi r-regoli adottati minn organizzazzjonijiet professjonali sabiex jirregolaw b’mod kollettiv l-aċċess għall-attivitajiet tas-servizzi jew l-eżerċizzju tagħhom. Mill-banda l-oħra l-obbligu ta’ notifika ma għandux japplika għal deċiżjonijiet individwali maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali .

    Emendi jew modifiki għall-abbozzi tal-miżuri introdotti permezz tal-assembleji leġislattivi jew il-parlamenti nazzjonali, reġjonali u lokali matul il-proċedura parlamentari m’għandhomx ikunu koperti mill-obbligu ta’ notifika stipulat minn din id-Direttiva. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-obbligu tan-notifika għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat meta l-abbozz ta’ miżura jkun implimentat u finalment adottat fi tmiem il-proċedura parlamentari.

    Raġuni

    Il-proposta ma tinkludix proċedura għal emendi jew modifiki għall-abbozz ta’ miżuri introdott mill-assembleji leġislattivi.

    Emenda 2

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Premessa 15

    Ħassar il-punt

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ notifika tal-abbozz ta’ miżuri tal-inqas 3 xhur qabel l-adozzjoni tagħhom u/jew li ma tiġix adottata l-miżura notifikata matul dan il-perjodu, u skont il-każ, matul it-tliet xhur wara li tasal it-twissija, għandu jitqies bħala difett proċedurali sostanzjali ta’ natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta’ individwi.

     

    Raġuni

    Il-konsegwenza tal-proposta tal-KE hija li l-abbozz ta’ miżuri li ma ġiex notifikat ma jkunx infurzabbli. Dan ser ikollu konsegwenzi serji għall-infurzar tal-miżuri lokali u reġjonali peress li l-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi huwa wiesa’ ħafna u xi drabi għadu qed jevolvi f’każistika tal-QĠE.

    Emenda 3

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Artikolu 3(2)

    Ibdel kif ġej

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ miżura li tintroduċi rekwiżiti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni ġodda msemmija fl-Artikolu 4, jew li timmodifika tali rekwiżiti eżistenti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni.

    1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ miżura li tintroduċi rekwiżiti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni ġodda msemmija fl-Artikolu 4, jew li timmodifika tali rekwiżiti eżistenti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni.

    2.   Meta Stat Membru jimmodifika abbozz ta’ miżura notifikata bl-effett li jestendi b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni jew il-kontenut tagħha, jew iqassar l-iskeda ta’ żmien oriġinarjament prevista għall-implimentazzjoni, jew iżid rekwiżiti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni, jew jagħmel dawk ir-rekwiżiti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni aktar restrittivi għall-istabbiliment, jew għall-forniment transfruntiera ta’ servizzi, huwa għandu jerġa’ jinnotifika l-abbozz ta’ miżura modifikata notifikata qabel skont il-paragrafu 1, u jinkludi spjegazzjoni tal-objettiv u l-kontenut tal-modifiki. F’każ bħal dan, in-notifika preċedenti għandha titqies li ġiet irtirata.

     

    a)

    Meta Stat Membru jimmodifika abbozz ta’ miżura notifikata bl-effett li jestendi b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni jew il-kontenut tagħha, jew iqassar l-iskeda ta’ żmien oriġinarjament prevista għall-implimentazzjoni, jew iżid rekwiżiti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni, jew jagħmel dawk ir-rekwiżiti jew skemi ta’ awtorizzazzjoni aktar restrittivi għall-istabbiliment, jew għall-forniment transfruntiera ta’ servizzi, huwa għandu jerġa’ jinnotifika l-abbozz ta’ miżura modifikata notifikata qabel skont il-paragrafu 1, u jinkludi spjegazzjoni tal-objettiv u l-kontenut tal-modifiki. F’każ bħal dan, in-notifika preċedenti għandha titqies li ġiet irtirata.

    b)

    L-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati jinnotifikaw il-bidliet li saru matul il-proċedura parlamentari għall-abbozz ta’ miżura li diġà ġie notifikat. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta’ miżura li fih dawk il-bidliet lill-Kummissjoni, ladarba dan ikun ġie adottat .

    3.   L-abbozz ta’ miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tagħhom.

    3.   L-abbozz ta’ miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-anqas tliet xhur qabel l-adozzjoni tagħhom.

    4.   Il-ksur ta’ wieħed mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) jew fl-Artikolu 6(2) għandu jikkostitwixxi difett proċedurali sostanzjali ta’ natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta’ individwi.

    4.   Il-ksur ta’ wieħed mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) jew fl-Artikolu 6(2) għandu jikkostitwixxi difett proċedurali sostanzjali ta’ natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta’ individwi.

    5.   Bħala parti minn kwalunkwe notifika, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni li turi l-konformità tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni jew tar-rekwiżit innotifikat mad-Direttiva 2006/123/KE.

    Dik l-informazzjoni għandha tidentifika r-raġuni aktar importanti relatata mal-interess pubbliku segwit u tagħti r-raġunijiet għaliex skema ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżit innotifikati jkunu nondiskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità jew ir-residenza u għaliex ikunu proporzjonati.

    Dik l-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni li turi li ma jkunux disponibbli mezzi anqas restrittivi kif ukoll evidenza speċifika li tissostanzja l-argumenti ppreżentati mill-Istat Membru notifikanti.

    5.   Bħala parti minn kwalunkwe notifika, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni li turi l-konformità tal-iskema ta’ awtorizzazzjoni jew tar-rekwiżit innotifikat mad-Direttiva 2006/123/KE.

    Dik l-informazzjoni għandha tidentifika r-raġuni aktar importanti relatata mal-interess pubbliku segwit u tagħti r-raġunijiet għaliex skema ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżit innotifikati jkunu nondiskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità jew ir-residenza u għaliex ikunu proporzjonati.

    Dik l-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni li turi li ma jkunux disponibbli mezzi anqas restrittivi kif ukoll evidenza speċifika li tissostanzja l-argumenti ppreżentati mill-Istat Membru notifikanti.

    6.   Fin-notifika, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika wkoll it-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolatorja li fuqha jkun ibbażat l-abbozz tal-miżura notifikata.

    6.   Fin-notifika, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika wkoll it-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolatorja li fuqha jkun ibbażat l-abbozz tal-miżura notifikata.

    7.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw il-miżura adottata fi żmien ġimagħtejn wara l-adozzjoni tagħha.

    7.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw il-miżura adottata fi żmien ġimagħtejn wara l-adozzjoni tagħha.

    8.   Għall-iskop tal-proċedura ta’ notifika stabbilita b’din id-Direttiva u sabiex ikun assigurat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru notifikanti, Stati Membri oħra u l-Kummissjoni, għandha tintuża s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1024/2012.

    8.   Għall-iskop tal-proċedura ta’ notifika stabbilita b’din id-Direttiva u sabiex ikun assigurat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru notifikanti, Stati Membri oħra u l-Kummissjoni, għandha tintuża s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1024/2012.

    Raġuni

    Il-proposta ma tinkludix proċedura għal emendi jew modifiki għall-abbozz ta’ miżuri introdott mill-assembleji leġislattivi.

    Emenda 4

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Artikolu 3(4)

    Ħassar il-punt

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Il-ksur ta’ wieħed mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) jew fl-Artikolu 6(2) għandu jikkostitwixxi difett proċedurali sostanzjali ta’ natura serja fir-rigward tal-effetti tiegħu fil-konfront ta’ individwi.

     

    Raġuni

    Il-konsegwenza tal-proposta tal-KE hija li l-abbozz ta’ miżuri li ma ġiex notifikat ma jkunx infurzabbli. Dan ser ikollu konsegwenzi serji għall-infurzar tal-miżuri lokali u reġjonali peress li l-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi huwa wiesa’ ħafna u xi drabi għadu qed jevolvi f’każistika tal-QĠE.

    Is-sanzjoni proposta twassal għal inċertezza legali kbira, peress li l-aktar ksur formali frivolu fin-notifika jipprevjeni l-implimentazzjoni ta’ proġetti saħansitra bla problemi li jkunu materjalment konformi b’mod ċar mal-liġi tal-UE.

    Emenda 5

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Artikolu 3(8)

    Żid Artikolu ġdid wara l-Artikolu 3(8)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    L-Artikolu 3(3) ma għandux japplika fejn Stat Membru jkun obbligat jadotta miżuri li jintroduċu skemi ta’ awtorizzazzjoni jew rekwiżiti ġodda jew jimmodifika skemi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti f’perjodu qasir ħafna ta’ żmien għal raġunijiet urġenti kkawżati minn ċirkostanzi serji u mhux prevedibbli relatati mal-protezzjoni tal-politika pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika jew il-ħarsien tal-ambjent;

    Raġuni

    Evidenti.

    Emenda 6

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Artikolu 5(2)

    Ibdel kif ġej

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Mid-data li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru notifikanti dwar il-kompletezza ta’ notifika li tkun irċeviet, għandha ssir konsultazzjoni ta’ mhux aktar minn tliet xhur bejn l-Istat Membru notifikanti, Stati Membri oħra u l-Kummissjoni.

    Mid-data li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru notifikanti dwar il-kompletezza ta’ notifika li tkun irċeviet, għandha ssir konsultazzjoni ta’ mhux aktar minn tliet xhur bejn l-Istat Membru notifikanti, Stati Membri oħra u l-Kummissjoni. Il-konsultazzjoni m’għandhiex timpedixxi lill-Istat Membru milli jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni, li madankollu, jistgħu ma jiġux implimentati sal-aħħar tal-perjodu ta’ konsultazzjoni.

    Raġuni

    Il-perjodu propost ta’ imblukkar huwa wisq riġidu. Dan jista’ jwassal għal dewmien bla bżonn fil-proċess. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu liberi li jadottaw il-miżuri kkonċernati, iżda għandhom jiffriżaw kull eżekuzzjoni sa tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni.

    Emenda 7

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Artikolu 6

    Twissija

    Ibdel it-test kif ġej:

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.   Qabel ma jingħalaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’ twissi lill-Istat Membru dwar it-tħassib tagħha rigward il-kompatibbiltà tal-abbozz ta’ miżura notifikata mad-Direttiva 2006/123/KE u dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 7.

    1.   Qabel ma jingħalaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’ twissi lill-Istat Membru dwar it-tħassib tagħha rigward il-kompatibbiltà tal-abbozz ta’ miżura notifikata mad-Direttiva 2006/123/KE u dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta Rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 7. Din in-notifika ta’ twissija għandha tistabbilixxi r-raġunijiet għat-tħassib tal-Kummissjoni u, jekk xieraq, kwalunkwe tibdil għall-abbozz ta’ miżura notifikata li l-Kummissjoni tqis li jkun jindirizza dan it-tħassib b’mod sodisfaċenti.

    2.   Wara li jirċievi twissija bħal din, l-Istat Membru notifikanti ma għandux jadotta l-abbozz ta’ miżura għal perjodu ta’ tliet xhur wara li jintemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni.

    2.   Wara li tirċievi twissija bħal din, għal perjodu ta’ tliet xhur il-Kummissjoni għandha tidħol fi djalogu mal-korpi kompetenti rilevanti, inkluż fil-livell reġjonali u lokali . Twissija maħruġa mill-Kummissjoni lil Stat Membru m'għandhiex timpedixxi lil dak l-Istat Membru milli jadotta l-abbozz ta’ miżura, li madankollu, jista’ ma jiġix implimentat sakemm jingħalaq il-perjodu ta’ konsultazzjoni.

    Raġuni

    Sabiex jiġi żgurat li l-korpi kompetenti fl-Istat Membru jkunu infurmati b’mod sħiħ dwar it-tħassib tal-Kummissjoni, u r-raġunijiet għal dan, u biex tiġi żgurata diskussjoni f'waqtha u soda ta’ dan it-tħassib mal-korpi kompetenti fl-Istat Membru.

    Emenda 8

    Proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    COM(2016) 821 final

    Artikolu 7

    Deċiżjoni

    Ibdel it-test kif ġej:

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 7

    Deċiżjoni

    Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet twissija skont l-Artikolu 6(1), hija tista’, fi żmien tliet xhur wara d-data tal-għeluq tal-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), tadotta Deċiżjoni li ssib l-abbozz ta’ miżura bħala inkompatibbli mad-Direttiva 2006/123/KE u  titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex ma jadottax l-abbozz ta’ miżura jew, jekk dik il-miżura tkun ġiet adottata bi ksur tal-Artikolu 3(3) jew tal-Artikolu 6(2), biex iħassarha.

    Artikolu 7

    Rakkomandazzjoni

    Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet twissija skont l-Artikolu 6(1), hija tista’, fi żmien tliet xhur wara d-data tal-għeluq tal-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2), tadotta Rakkomondazzjoni mhux vinkolanti li ssib l-abbozz ta’ miżura bħala inkompatibbli mad-Direttiva 2006/123/KE u  tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-intenzjoni tagħha, jekk tiġi adottata l-miżura, li tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li titfa’ dubju fuq il-kompatibiltà tal-miżura mad-Direttiva 2006/123/KE.

    Raġuni

    Il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni hija inaċċettabbli peress li tillimita bla bżonn il-libertà tal-leġislaturi fil-livell nazzjonali u reġjonali. Rakkomandazzjoni mhux vinkolanti li tinnotifika l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkontesta l-legalità tal-miżura jekk tiġi adottata tista’, fil-kuntest ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-abbozz ta’ leġislazzjoni, tipprovdi proċedura ta’ notifika mtejba li hija effettiva filwaqt li tirrispetta wkoll il-prerogattivi tal-leġislaturi nazzjonali u reġjonali.

    Emenda 9

    Proposta għal Direttiva dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    COM(2016) 822 final/1

    Premessa 9

    Ibdel kif ġej

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-oneru tal-prova ta’ ġustifikazzjoni u ta’ proporzjonalità jinsab fuq l-Istati Membri. Ir-raġunijiet għar-regolamentazzjoni invokati minn Stat Membru permezz ta’ ġustifikazzjoni jenħtieġ għalhekk li jiġu akkumpanjati minn analiżi tal-adegwatezza u tal-proporzjonalità tal-miżura adottata mill-Istat u minn evidenza speċifika li tissostanzja l-argument tiegħu.

    L-oneru tal-prova ta’ ġustifikazzjoni u ta’ proporzjonalità jinsab fuq l-Istati Membri. Ir-raġunijiet għar-regolamentazzjoni invokati minn Stat Membru permezz ta’ ġustifikazzjoni jenħtieġ għalhekk li jiġu akkumpanjati minn analiżi tal-adegwatezza u tal-proporzjonalità tal-miżura adottata mill- awtoritajiet rilevanti f’dak l- Istat u minn evidenza speċifika li tissostanzja l-argument tiegħu.

    Raġuni

    Dan jikkawża amministrazzjoni żejda sproporzjonata ħafna għar-riżultati possibbli.

    Emenda 10

    Proposta għal Direttiva dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    COM(2016) 822 final/1

    Premessa 12

    Żid premessa ġdida wara l-punt 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    Premessa ġdida

    huwa f’idejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fl-Istati Membri biex jivvalutaw il-proporzjonalità ta’ miżura, abbażi ta’ kriterji stabbiliti fid-Direttiva. Dawn il-valutazzjonijiet individwali jistgħu jwasslu għal riżultati leġittimi differenti fi Stati Membri differenti.

    Raġuni

    Evidenti.

    Emenda 11

    Proposta għal Direttiva dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    COM(2016) 822 final/1

    Premessa 18

    Emenda

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-impatt ekonomiku tal-miżura, inkluża analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, b’attenzjoni partikolari għall-grad ta’ kompetizzjoni fis-suq u l-kwalità tas-servizz ipprovdut, kif ukoll l-impatt fuq id-dritt għax-xogħol u fuq il-moviment liberu tal-persuni u s-servizzi fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu kkunsidrati kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti. Abbażi ta’ din l-analiżi, l -Istati Membri jenħtieġ li jaraw, b’mod partikolari, jekk l-estent tar-restrizzjoni tal-aċċess għal jew l-eżerċitar ta’ professjonijiet regolati fi ħdan l-Unjoni huwiex proporzjonat mal-importanza tal-objettivi segwiti u l-kisbiet mistennija.

    L-impatt ekonomiku tal-miżura, b’attenzjoni partikolari għall-grad ta’ kompetizzjoni fis-suq u l-kwalità tas-servizz ipprovdut, l-impatt f’termini ta’ koeżjoni territorjali, kif ukoll l-impatt fuq id-dritt għax-xogħol u fuq il-moviment liberu tal-persuni u s-servizzi fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu kkunsidrati kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti. Abbażi ta’ din l-analiżi, l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fl -Istati Membri jenħtieġ li jaraw, b’mod partikolari, jekk l-estent tar-restrizzjoni tal-aċċess għal jew l-eżerċitar ta’ professjonijiet regolati fi ħdan l-Unjoni huwiex proporzjonat mal-importanza tal-objettivi segwiti u l-kisbiet mistennija.

    Raġuni

    Evidenti.

    Emenda 12

    Proposta għal Direttiva dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    COM(2016) 822 final/1

    Premessa 21

    Emenda

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jkun żgurat li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini, lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jew lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra qabel l-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda li jillimitaw l-aċċess għal professjonijiet regolati jew l-eżerċitar tagħhom u li tingħatalhom l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom.

    Huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jkun żgurat li l- awtoritajiet pubbliċi rilevanti fl- Istati Membri jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lill-imsieħba soċjali, lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jew lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra qabel l-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda li jillimitaw l-aċċess għal professjonijiet regolati jew l-eżerċitar tagħhom u li tingħatalhom l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom.

    Raġuni

    Evidenti.

    Emenda 13

    Proposta għal Direttiva dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    COM(2016) 822 final

    Artikolu 6

    Proporzjonalità

    Ibdel kif ġej

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.   Qabel ma jiġu introdotti dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi ġodda li jirrestrinġu l-aċċess għal professjonijiet regolati jew l-eżerċitar tagħhom, jew l-emendar ta’ dawk eżistenti, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk dawk id-dispożizzjonijiet humiex meħtieġa u xierqa sabiex jiggarantixxu l-ksib tal-objettiv imfittex u ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

    1.   Qabel ma jiġu introdotti dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi ġodda li jirrestrinġu l-aċċess għal professjonijiet regolati jew l-eżerċitar tagħhom, jew l’emendar ta’ dawk eżistenti, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk dawk id-dispożizzjonijiet humiex meħtieġa u xierqa sabiex jiggarantixxu l-ksib tal-objettiv imfittex u ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

    2.   Meta jkunu qed jivvalutaw il-ħtieġa u l-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari:

    2.   Meta jkunu qed jivvalutaw il-ħtieġa u l-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari:

    (a)

    in-natura tar-riskji relatati mal-objettivi ta’ interess pubbliku segwiti, b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi, għall-professjonisti jew partijiet terzi;

    (a)

    in-natura tar-riskji relatati mal-objettivi ta’ interess pubbliku segwiti, b’mod partikolari r-riskji għar-riċevituri tas-servizzi, inklużi l-konsumaturi u riċevituri tas-servizzi mhux professjonali oħrajn, il-professjonisti, l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew partijiet terzi;

    (b)

    l-adegwatezza tad-dispożizzjoni, jiġifieri fir-rigward tal-adegwatezza tagħha sabiex jinkiseb l-objettiv imfittex u jekk din verament tirriflettix dan l-objettiv b’mod koerenti u sistematiku u għaldaqstant, tindirizza r-riskji identifikati b’mod simili bħal f’attivitajiet komparabbli;

    (b)

    l-adegwatezza tad-dispożizzjoni, jiġifieri fir-rigward tal-adegwatezza tagħha sabiex jinkiseb l-objettiv imfittex u jekk din verament tirriflettix dan l-objettiv b’mod koerenti u sistematiku u għaldaqstant, tindirizza r-riskji identifikati b’mod simili bħal f’attivitajiet komparabbli;

    (c)

    il-ħtieġa tad-dispożizzjoni u b’mod partikolari jekk ir-regoli ta’ natura speċifika jew iżjed ġenerali, bħal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti jew il-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur eżistenti, humiex biżżejjed biex jipproteġu l-objettiv segwit;

    (c)

    il-ħtieġa tad-dispożizzjoni u b’mod partikolari jekk ir-regoli ta’ natura speċifika jew iżjed ġenerali, bħal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti jew il-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur eżistenti, humiex biżżejjed biex jipproteġu l-objettiv segwit;

    (d)

    ir-rabta bejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet koperti minn professjoni jew riżervati għaliha u l-kwalifika professjonali meħtieġa;

    (d)

    ir-rabta bejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet koperti minn professjoni jew riżervati għaliha u l-kwalifika professjonali meħtieġa;

    (e)

    ir-rabta bejn il-kumplessità tal-kompiti u l-pussess meħtieġ ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell, in-natura u t-tul tat-taħriġ jew l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll l-eżistenza ta’ rotot differenti biex tinkiseb il-kwalifika professjonali;

    (e)

    ir-rabta bejn il-kumplessità tal-kompiti u l-pussess meħtieġ ta’ kwalifiki professjonali speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell, in-natura u t-tul tat-taħriġ jew l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll l-eżistenza ta’ rotot differenti biex tinkiseb il-kwalifika professjonali;

    (f)

    il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet professjonali riżervati għal min ikollu kwalifika professjonali partikolari, jiġifieri jekk u għaliex l-attivitajiet riżervati għal ċerti professjonijiet jistgħu jew ma jistgħux ikunu kondiviżi ma’ professjonijiet oħra;

    (f)

    il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet professjonali riżervati għal min ikollu kwalifika professjonali partikolari, jiġifieri jekk u għaliex l-attivitajiet riżervati għal ċerti professjonijiet jistgħu jew ma jistgħux ikunu kondiviżi ma’ professjonijiet oħra;

    (g)

    il-grad ta’ awtonomija fl-eżerċitar ta’ professjoni regolata u l-impatt tal-arranġamenti organizzattivi u superviżorji fuq il-kisba tal-objettiv segwit, b’mod partikolari meta l-attivitajiet relatati ma’ professjoni regolata jkunu mwettqa taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ professjonist kwalifikat kif suppost;

    (g)

    il-grad ta’ awtonomija fl-eżerċitar ta’ professjoni regolata u l-impatt tal-arranġamenti organizzattivi u superviżorji fuq il-kisba tal-objettiv segwit, b’mod partikolari meta l-attivitajiet relatati ma’ professjoni regolata jkunu mwettqa taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ professjonist kwalifikat kif suppost;

    (h)

    l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi li jistgħu jnaqqsu l-assimetrija tal-informazzjoni bejn il-professjonisti u l-konsumaturi;

    (h)

    l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi li jistgħu jnaqqsu l-assimetrija tal-informazzjoni bejn il-professjonisti u l-konsumaturi;

    (i)

    l-impatt ekonomiku tal-miżura, b’attenzjoni partikolari għall-grad ta’ kompetizzjoni fis-suq u l-kwalità tas-servizz ipprovdut, kif ukoll l-impatt fuq il-moviment liberu tal-persuni u s-servizzi fi ħdan l-Unjoni;

    (i)

    l-impatt ekonomiku u soċjali tal-miżura, b’attenzjoni partikolari għall-grad ta’ kompetizzjoni fis-suq u l-kwalità tas-servizz ipprovdut, kif ukoll l-impatt fuq il-moviment liberu tal-persuni u s-servizzi fi ħdan l-Unjoni;

    (j)

    il-possibilità li jintużaw mezzi inqas restrittivi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess pubbliku;

    (j)

    il-possibilità li jintużaw mezzi inqas restrittivi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess pubbliku;

    (k)

    l-effett kumulattiv tar-restrizzjonijiet għall-aċċess għal professjoni u l-eżerċitar tagħha, u b’mod partikolari kif kull wieħed minn dawk ir-rekwiżiti jikkontribwixxi għal objettiv ta’ interess pubbliku u jekk huwiex neċessarju sabiex dan jintlaħaq.

    (k)

    l-effett kumulattiv tar-restrizzjonijiet għall-aċċess għal professjoni u l-eżerċitar tagħha.

     

    Meta jiġu evalwati n-neċessità u l-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-kriterji 2 (a) sa u li jinkludi 2 (k), b’mod ikkunsidrat li jqis iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ individwali. Fejn huma jqisu li kwalunkwe kriterju partikolari mhuwiex rilevanti, dawn jistgħu jeskluduh mill-evalwazzjoni iżda għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni għal din l-esklużjoni.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(j), fejn il-miżuri jkunu ġustifikati bil-protezzjoni tal-konsumatur u fejn ir-riskji identifikati huma limitati għar-relazzjoni bejn il-professjonist u l-konsumatur mingħajr ma jaffettwaw b’mod negattiv partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jevalwaw b’mod partikolari jekk l-objettiv jistax jintlaħaq permezz ta’ titolu professjonali protett mingħajr ma jirriżervaw l-attivitajiet.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(j), fejn il-miżuri jkunu ġustifikati bil-protezzjoni tal-konsumatur u fejn ir-riskji identifikati huma limitati għar-relazzjoni bejn il-professjonist u l-konsumatur mingħajr ma jaffettwaw b’mod negattiv partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jevalwaw b’mod partikolari jekk l-objettiv jistax jintlaħaq permezz ta’ titolu professjonali protett mingħajr ma jirriżervaw l-attivitajiet.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(k), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jevalwaw b’mod partikolari l-effett kumulattiv tal-impożizzjoni ta’ kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti:

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(k), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jevalwaw b’mod partikolari l-effett kumulattiv tal-impożizzjoni ta’ kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti:

    (a)

    attivitajiet riżervati, li jeżistu flimkien mat-titolu professjonali protett;

    (a)

    attivitajiet riżervati, li jeżistu flimkien mat-titolu professjonali protett;

    (b)

    rekwiżiti għal żvilupp professjonali kontinwu;

    (b)

    regoli relatati mal-organizzazzjoni tal-professjoni, l-etika professjonali u s-superviżjoni;

    (c)

    regoli relatati mal-organizzazzjoni tal-professjoni, l-etika professjonali u s-superviżjoni;

    (c)

    sħubija obbligatorja ma’ kamra, skemi ta’ reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni, b’mod partikolari fejn dawk ir-rekwiżiti jimplikaw il-pussess ta’ kwalifika professjonali partikolari;

    (d)

    sħubija obbligatorja ma’ kamra, skemi ta’ reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni, b’mod partikolari fejn dawk ir-rekwiżiti jimplikaw il-pussess ta’ kwalifika professjonali partikolari;

    (d)

    restrizzjonijiet kwantitattivi, b’mod partikolari r-rekwiżiti li jillimitaw l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prattika, jew li jiffissaw numru minimu jew massimu ta’ impjegati, maniġers jew rappreżentanti li għandhom kwalifiki professjonali partikulari;

    (e)

    restrizzjonijiet kwantitattivi, b’mod partikolari r-rekwiżiti li jillimitaw l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prattika, jew li jiffissaw numru minimu jew massimu ta’ impjegati, maniġers jew rappreżentanti li għandhom kwalifiki professjonali partikulari;

    (e)

    rekwiżiti ta’ forma legali speċifika jew rekwiżiti relatati mal-parteċipazzjoni azzjonarja jew il-ġestjoni ta’ kumpanija, sa fejn dawn ir-rekwiżiti huma marbuta direttament mal-eżerċitar tal-professjoni regolata;

    (f)

    rekwiżiti ta’ forma legali speċifika jew rekwiżiti relatati mal-parteċipazzjoni azzjonarja jew il-ġestjoni ta’ kumpanija, sa fejn dawn ir-rekwiżiti huma marbuta direttament mal-eżerċitar tal-professjoni regolata;

    (f)

    restrizzjonijiet territorjali, b’mod partikolari fejn il-professjoni hija regolata f’partijiet tat-territorju ta’ Stat Membru b’mod differenti;

    (g)

    restrizzjonijiet territorjali, b’mod partikolari fejn il-professjoni hija regolata f’partijiet tat-territorju ta’ Stat Membru b’mod differenti;

    (g)

    rekwiżiti li jirrestrinġu l-eżerċitar ta’ professjoni regolata b’mod konġunt jew bi sħab, kif ukoll regoli ta’ inkompatibbiltà;

    (h)

    rekwiżiti li jirrestrinġu l-eżerċitar ta’ professjoni regolata b’mod konġunt jew bi sħab, kif ukoll regoli ta’ inkompatibbiltà;

    (h)

    rekwiżiti li jikkonċernaw il-koperatura tal-assigurazzjoni jew mezzi oħra ta’ kopertura personali jew kollettiva li jirrigwardaw ir-responsabbiltà professjonali;

    (i)

    rekwiżiti li jikkonċernaw il-koperatura tal-assigurazzjoni jew mezzi oħra ta’ kopertura personali jew kollettiva li jirrigwardaw ir-responsabbiltà professjonali;

    (i)

    rekwiżiti ta’ għarfien tal-lingwa, sal-punt meħtieġ biex tiġi prattikata l-professjoni.

    (j)

    rekwiżiti ta’ għarfien tal-lingwa, sal-punt meħtieġ biex tiġi prattikata l-professjoni.

     

    Raġuni

    Il-katalogu ta’ kriterji stipulati fl-Artikolu 6 għandhom jitiqesu bħala indikattivi, peress li mhux il-kriterji kollha ser ikunu applikabbli jew tal-istess importanza f’kull każ individwali, u approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” ikun eċċessiv u b’piż bla bżonn fuq l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

    II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

    IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

    L-importanza u l-urġenza tat-tlestija tas-Suq Uniku fis-servizzi

    1.

    jenfasizza l-importanza tas-Suq Uniku biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku, jiżdied l-investiment, jogħla l-livell ta’ għajxien u jinħolqu l-impjiegi fir-reġjuni u l-bliet madwar l-UE;

    2.

    jenfasizza l-urġenza tat-tlestija tas-Suq Uniku għall-oġġetti u s-servizzi kif stipulat fl-Istrateġija tas-Suq Uniku u jinnota li ħafna mill-ostakli ekonomiċi l-aktar sinifikanti li fadal għadhom fil-qasam tas-servizzi;

    3.

    jenfasizza li s-servizzi huma komponent ewlieni tal-ekonomija Ewropea, u jgħoddu għal madwar 70 % tal-PGD kif ukoll tal-impjiegi; jirrimarka, madankollu, li s-settur tas-servizzi tal-UE huwa kkaratterizzat minn tkabbir bil-mod fil-produttività u kompetizzjoni dgħajfa, li jżommu lura l-potenzjal tiegħu; jenfasizza li t-tneħħija tal-ostakli għall-provvista transkonfinali tas-servizzi b’riżultat ta’ regoli u proċeduri nazzjonali diverġent tista’ tagħti lill-fornituri tas-servizzi u lill-konsumaturi aktar opportunitajiet biex jagħmlu użu sħiħ tal-potenzjal tas-suq intern; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex ikomplu jadottaw miżuri li jgħaġġlu l-kompetittività fis-settur tas-servizzi, li jżidu l-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi u li jeliminaw l-ostakoli legali u proċedurali li jxekklu l-forniment transkonfinali ta’ servizzi;

    4.

    jisħaq li s-servizzi huma input intermedju importanti fl-ekonomija u li s-servizzi kompetittivi, b’mod partikolari s-servizzi tan-negozju, huma kruċjali għall-produttività u l-kompetittività fl-ispejjeż f’setturi oħra bħal dik tal-manifattura li huma vitali għall-ekonomiji lokali u reġjonali;

    5.

    jinnota li, għaxar snin wara l-adozzjoni tagħha, il-potenzjal tad-Direttiva dwar is-Servizzi biex jittejjeb il-moviment ħieles tas-servizzi għadu ma ntlaħaqx b’mod sħiħ u li l-fornituri f’firxa ta’ setturi tas-servizzi għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ firxa wiesgħa ta’ ostakli meta huma jkunu jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor jew jipprovdi servizzi fuq bażi transkonfinali temporanja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jadottaw miżuri li jeliminaw dawn l-ostakoli; jinnota li l-istimi jindikaw li l-indirizzar tal-ostakli għall-kummerċ transkonfinali u l-investiment fis-servizzi skont il-qafas diġà pprovdut mid-Direttiva dwar is-Servizzi jista’ jżid 1,7 % mal-PDG tal-UE;

    6.

    jilqa’ t-tħassib tal-Kummissjoni li jiżżarmaw ostakoli burokratiċi mhux ġustifikati fil-provvista tas-servizzi u jemmen li l-proposti jistgħu jagħtu kontribut sabiex jinħoloq Suq Uniku ġenwin fis-servizzi, li jista’ wkoll jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, l-investiment u l-impjiegi fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà meta jiġi implimentat il-pakkett tas-servizzi;

    7.

    jenfasizza r-rabtiet li għandhom bejniethom id-diversi komponenti tal-pakkett u l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati bħala parti minn sistema integrata sħiħa u li jiġu evalwati l-merti tal-proposti individwali f’dan il-kuntest;

    8.

    iqis li l-proposta għall-proċedura ta’ notifika għandha x’aktarx tiġi emendata fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-320/16 Uber France SAS li l-Avukat Ġenerali ta l-opinjoni preliminari tiegħu dwarha fl-4 ta’ Lulju 2017, billi stqarr li “L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu u jikkastigaw l-eżerċizzju illegali ta’ attività ta’ trasport bħal UberPop mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi notifikata l-Kummissjoni bl-abbozz ta’ liġi bil-quddiem”;

    L-e-Card tas-servizzi

    9.

    jindika li d-Direttiva dwar is-Servizzi tirrikjedi lill-Istati Membri jnaqqsu l-ostakli amministrattivi li jiskoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi milli joperaw b’mod transkonfinali iżda din ma kinitx effettiva bis-sħiħ f’dan ir-rigward;

    10.

    jilqa’ l-e-Card tas-servizzi l-ġdida bħala kontribut utli sabiex tiġi promossa l-mobbiltà tal-fornituri tas-servizzi, iżda jitlob kjarifika dwar sa liema punt l-e-Card tas-servizzi l-ġdida hija relatata ma’ skemi li diġà jeżistu bħas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Karta Professjonali Ewropea. Jemmen li l-e-Card tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-kumplessità u l-ispejjeż amministrattivi għall-fornituri tas-servizzi transkonfinali meta jiġu sodisfati l-formalitajiet amministrattivi; l-SMEs, li huma s-sinsla tal-ekonomiji reġjonali u lokali, jintlaqtu b’mod partikolari hawnhekk peress li huma l-aktar li jintlaqtu mill-kumplessità amministrattiva meta joperaw b’mod transkonfinali;

    11.

    jopponi l-approċċ tat-trasferiment tar-responsabbiltà ewlenija għall-proċedura lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju safejn dan huwa f’kunflitt mal-prinċipju tal-Istat Membru ospitanti li jirregola d-Direttiva tas-Servizzi. Tabilħaqq, l-e-Card tas-servizzi ma għandhiex tipprevjeni jew tipperikola l-kontrolli li l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fl-Istat Membru ospitanti jrid iwettaq fuq l-attivitajiet ekonomiċi li jsiru fuq it-territorju tiegħu. Il-proposta dwar l-e-Card tas-servizzi kif ippreżentata mill-Kummissjoni tkun tippermetti lill-fornituri tas-servizzi biex jittrattaw esklussivament mal-Istat Membru ta’ oriġini bħala intermedjarju u jiġi armonizzat l-iskambju ta’ data abbażi tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini.

    12.

    jistaqsi dwar l-impatt tal-proposta ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi fuq il-karti tal-identità soċjali settorjali li diġà qed jiġu implimentati fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti fl-Istati Membri jew tal-imsieħba soċjali;

    13.

    jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proposta ma tispeċifikax liema huma l-kriterji li l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jivvaluta sabiex jiddetermina li fornitur tas-servizzi huwa stabbilit legalment fit-territorju tiegħu filwaqt li d-Direttiva 2014/67/UE tinkludi elementi fattwali sabiex tiddetermina jekk impriża ġenwinament twettaqx attivitajiet sostanzjali fl-Istat Membru inkwistjoni;

    14.

    ifakkar f’dan il-kuntest li l-ħruġ tal-formoli portabbli A1 b’rabta mal-istazzjonar tal-ħaddiema diġà xeħet dawl fuq ostakli potenzjali, marbuta ma’ dipendenza esklużiva fuq l-Istat Membru ta’ oriġini għall-validazzjoni tad-data dwar il-fornituri tas-servizzi li jidħlu, b’mod speċjali fil-każ ta’ ħaddiema indipendenti foloz/fittizji. F’dan ir-rigward, il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema tiddikjara li: “Il-preċiżjoni tal-informazzjoni inkluża fid-dokumenti PD A1 ma tistax tiġi garantita minħabba fin-nuqqas ta’ kontrolli formali mill-awtoritajiet fil-pajjiżi li jibgħatu, fost affarijiet oħra.” (1)

    15.

    jinnota li xi karatteristiċi tal-e-card tas-servizzi bħal pereżempju l-prinċipju “ta’ darba biss” għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni, il-perjodu ta’ validità indefinit tagħha, l-obbligu għall-Istati Membri biex jużaw l-informazzjoni li tinsab fl-e-card tas-servizzi mingħajr il-possibbiltà li tintalab prova tal-validità tal-informazzjoni pprovduta fi stadju aktar tard, u kif ukoll peress li proċeduri għal revoka restrittivi li jistgħu jirrikjedu deċiżjoni finali mill-qrati, jistgħu jxekklu l-kontroll tal-konformità mal-liġijiet nazzjonali u l-infurzar tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet tal-konsumaturi.

    16.

    jinnota li l-e-Card Ewropea tas-servizzi għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-kopertura tal-assigurazzjoni. Madankollu, il-validità mingħajr limiti ta' żmien tal-card timplika li ser ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi komunikata darba biss, u dan jirriskja li jipperikola l-effettività tal-ispezzjonijiet u tal-kontrolli fl-Istati Membri ospitanti.

    17.

    jenfasizza l-fatt li l-e-Card tas-servizzi tkun disponibbli kemm għall-fornituri ta’ servizzi li jipprovdu servizzi transkonfinali fuq bażi temporanja kif ukoll għal dawk li jipprovdu servizzi billi jistabbilixxu fergħa, aġenzija jew uffiċċju fi Stat Membru ieħor;

    18.

    iqis li huwa importanti li, waqt li huwa obbligatorju għall-Istati Membri li jagħmluha disponibbli, l-e-Card hija volontarja għall-fornituri ta’ servizzi, kemm jekk huma individwi li jaħdmu għal rashom, kif ukoll jekk huma kumpaniji;

    19.

    jindika li, bħala strument volontarju, l-użu tal-e-Card tas-servizzi ser jiddependi fuq kemm turi li ġġib valur miżjud għall-fornituri tas-servizzi kif ukoll fuq l-isforzi tal-komunità tan-negozju u tal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri, inklużi dawk fil-livell reġjonali u lokali, sabiex jippromovu kemm jista’ jkun l-għarfien dwar l-e-Card u l-benefiċċji tagħha;

    20.

    huwa kritiku tal-approvazzjoni taċita fil-każ li ma jkun hemm l-ebda tweġiba mill-awtorità tal-Istat Membru ospitanti għal applikazzjoni minn fornitur tas-servizzi għal e-Card fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti; awtorizzazzjoni ta’ approvazzjoni korrispondenti għandha titħassar mingħajr sostituzzjoni jew għallinqas b’perjodi xierqa ta' eżami u ta’ proċessar;

    21.

    jiddispjaċih li aspetti importanti tal-e-Card tas-servizzi, inklużi d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-formola standard ta’ applikazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni bħala evidenza, mhumiex inklużi fl-abbozz ta’ leġislazzjoni, iżda huma intiżi li jiġu speċifikati mill-Kummissjoni b’atti delegati; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dan jista’ jeskludi lill-awtoritajiet reġjonali u lokali milli jgħidu l-fehma tagħhom dwar dawn il-kwistjonijiet importanti; jitlob li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jirċievi d-dokumenti kollha relatati ma’ dawn l-atti delegati fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill u jkollu aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati rilevanti sabiex ikun jista’ jressaq kwalunkwe kummenti neċessarji fi żmien xieraq;

    22.

    jinnota li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-e-Card huwa limitat fl-ewwel stadju għas-servizzi tan-negozju u għas-servizzi tal-kostruzzjoni, setturi li huma ta’ importanza ekonomika partikolari iżda li t-tnejn għandhom kummerċ u investimenti transkonfinali limitati u tkabbir baxx tal-produttività, u li għalhekk jisgħu jibbenefikaw minn żieda fil-kompetizzjoni transkonfinali;

    23.

    jenfasizza li l-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-e-Card tas-servizzi ser jistrieħ fuq il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, li tinkludi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u dan jirrikjedi aktar użu tal-pjattaforma mill-awtoritajiet pubbliċi u aktar investiment fl-iżvilupp tagħha; waqt li jitqies ukoll li l-implimentazzjoni ta’ elementi importanti oħra tal-pakkett tas-servizzi, b’mod partikolari l-proċedura ta’ notifika, ser tiddependi mill-effikaċja tiegħu, jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq pjan ta’ azzjoni għall-adattament tal-pjattaforma biex jiġu appoġġjati l-proċeduri meħtieġa;

    24.

    għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistema li tipproċessa l-kards elettroniċi tas-servizzi tkun tikkonforma mas-sistemi eżistenti tal-ipproċessar elettroniku fl-Istati Membri u tkun iffaċilitata l-interoperabiltà magħhom..

    25.

    jappella lill-Kummissjoni Ewropea tkompli testendi l-ambitu tal-e-Card tas-servizzi, sabiex fil-ġejjieni tkun disponibbli għal varjetà wiesgħa ta’ setturi, inklużi l-intrapriżi mikro u żgħar u kumpaniji innovattivi u b’rata għolja ta’ tkabbir;

    26.

    jappoġġja l-kunċett li l-fornituri tas-servizzi jintalbu jħallsu tariffa sabiex tinħarġilhom e-Card tas-servizzi abbażi li l-livelli tat-tariffa ma jkunux għoljin b’mod sproporzjonat; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib u tirrapporta dwar il-livelli tat-tariffi li jiġu ċċarġjati mill-Istati Membri minħabba li dawn jistgħu jkunu fattur determinanti importanti tal-użu tal-e-Card bħala strument volontarju;

    27.

    iqis li karatteristika qawwija tal-e-Card tas-servizzi mill-perspettiva tal-fornituri tas-servizzi hija d-dispożizzjoni fejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu li detentur tal-e-Card jipprovdi kwalunkwe informazzjoni li diġà tkun tinsab fl-e-Card, inkluż għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, kompetizzjoni dwar id-disinn jew konċessjoni, ħolqien ta’ sussidjarji jew reġistrazzjoni ta’ fergħat taħt il-liġi tal-kumpaniji jew reġistrazzjoni ma’ skemi ta’ assigurazzjoni soċjali obbligatorja, peress li dan ser inaqqas l-ispejjeż amministrattivi ta’ konformità tal-fornituri tas-servizzi b’mod ġenerali, u b’hekk il-Card tkun attraenti għalihom u tħeġġeġ l-użu tagħha;

    28.

    jenfasizza li dan jista’ jkollu implikazzjonijiet prattiċi għall-proċeduri organizzattivi u elettroniċi, eż. dawk għall-akkwist pubbliku fl-awtoritajiet reġjonali u lokali, u jista’ jkun hemm bżonn perjodi transitorji biex jippermettu li s-sistemi jiġu adattati bla xkiel sabiex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda;

    29.

    jappoġġja d-dispożizzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-konformità mal-formalitajiet amministrattivi relatati mal-istazzjonar tal-persunal u dawk li jiffaċilitaw il-kopertura ta’ assigurazzjoni għal servizzi pprovduti minn naħa għal oħra tal-fruntieri hekk kif dawn ser iżidu l-attraenza tal-e-Card għall-fornituri tas-servizzi u jħeġġu l-użu tagħha;

    30.

    jenfasizza li l-leġislazzjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi, ma taffettwax id-definizzjoni jew l-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u ma tapplikax għal servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali, servizzi li huma spiss ipprovduti fil-livell lokali u reġjonali, u ma taffettwax il-liġi tax-xogħol jew il-kundizzjonijiet tal-impjiegi;

    31.

    jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi sistemi ta’ monitoraġġ effiċjenti tal-e-Card tas-servizzi sabiex jiġi evitat li jkun hemm kompetizzjoni inġusta u frodi. L-infurzar strett ta’ dawn il-verifiki, li mhumiex ibbażati biss fuq sempliċi monitoraġġ tad-data elettronika, inaqqas il-possibilità tad-dumping soċjali u r-rikors għal xogħol mhux iddikjarat;

    32.

    huwa dubjuż jekk jinkisbx il-bilanċ ġust bejn il-benefiċċji assoċjati mal-introduzzjoni ta’ e-Card tas-servizzi għall-fornituri tas-servizz u l-piż ammnistrattiv b’riżultat tagħha għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi dawk fil-livelli reġjonali u lokali. Dan huwa wkoll minħabba l-fatt li diġà hemm punt uniku ta’ kuntatt fl-Istati Membri kollha għal kwalunkwe mistoqsija u problema dwar il-forniment transkonfinali tas-servizzi, u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiskambjaw informazzjoni permezz tal-IMI. Jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-proposta ma tispeċifikax b’mod ċar liema obbligi amministrattivi fuq il-fornituri tas-servizzi ser isiru superfluwi għad-detenturi ta’ e-Card. F’dan l-isfond, il-KESE jemmen li l-e-Card tas-servizzi hija problematika mil-lat tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

    Proċedura ta’ notifika għal notifika mtejba tal-abbozz ta’ liġijiet nazzjonali dwar is-servizzi

    33.

    jappoġġja l-prinċipji li r-regoli nazzjonali li jillimitaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi għandhom ikunu nondiskriminatorji fir-rigward tan-nazzjonalità jew ir-residenza, proporzjonati u ġustifikati minn raġunijiet aktar importanti relatati mal-interess pubbliku;

    34.

    jappoġġja l-passi li għandhom l-għan li titjieb il-proċedura ta’ notifika għas-servizzi hekk kif l-esperjenza bl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tindika li l-proċedura eżistenti hija ineffettiva peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ notifika mhuwiex ċar, u għalhekk hija indirizzata b’mod differenti mill-Istati Membri, u l-partijiet interessati ma għandhomx aċċess għan-notifiki;

    35.

    iqis li kwalunkwe riforma għandha tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw is-servizzi fit-territorju tagħhomm, soġġett għal konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva dwar is-Servizzi;

    36.

    jinnota li l-problemi identifikati mill-Kummissjoni Ewropea, bħal pereżempju n-nuqqas ta’ notifika tal-miżuri kollha, jistgħu jiġu evitati anke permezz tat-titjib tas-sistema attwali ta’ notifika taħt id-Direttiva dwar is-Servizzi. Il-valur miżjud tal-proċedura ta’ notifika l-ġdida li timponi aktar restrizzjonijiet fuq il-leġislatur nazzjonali, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u li hija aktar ikkumplikata biex tiġi implimentata, għandu jiġi dubitat fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

    37.

    jilqa’ l-kjarifika dwar il-miżuri speċifiċi li l-Istati Membri huma obbligati li jinnotifikaw u l-informazzjoni li huma jridu jissottomettu f’dan ir-rigward;

    38.

    jappoġġja iktar trasparenza iżda jaħseb li għandha ssir referenza iżjed espliċita għall-opportunitajiet speċifiċi li l-partijiet interessati jingħataw sabiex jikkontribwixxu kummenti matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni;

    39.

    jitlob li atti leġislattivi b’rabtiet lokali biss ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva;

    40.

    huwa tal-fehma li l-konsultazzjoni m'għandhiex tfixkel lill-Istati Membri fl-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni;

    41.

    huwa tal-fehma li t-twissija tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(1) għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet għaliex tqis li l-abbozz tal-miżura inkwistjoni huwa inkompatibbli mad-Direttiva dwar is-Servizzi u kwalunkwe suġġeriment li jista’ jkollha għal bidliet għall-abbozz ta’ miżura li għandhom jegħlbu t-tħassib tagħha; jissuġġerixxi li l-abbozz ta’ direttiva jkun emendat biex jipprovdi għal dan;

    42.

    iqis li, wara li tinħareġ twissija, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tidħol fi djalogu mal-korpi kompetenti rilevanti, inkluż fil-livell reġjonali u lokali;

    43.

    huwa mħasseb li d-Deċiżjoni proposta taħt l-Artikolu 7 tillimita bla bżonn il-libertà tal-leġislaturi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; iqis li din għandha tkun pjuttost Rakkomandazzjoni mhux vinkolanti li ma tipprevenix lil-leġislaturi nazzjonali u reġjonali milli jikkompletaw il-proċess leġislattiv waqt li titqies ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tikkontesta l-legalità ta’ leġislazzjoni fis-seħħ fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u dan jirrappreżenta sanzjoni potenzjal importanti li l-leġislaturi nazzjonali u reġjonali, li jkunu rċevew notifika ta’ twissija/Rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni fir-rigward l-inkompatibbiltà, ċertament iqisu;

    44.

    iqis li l-kjarifiki li l-abbozz ta’ direttiva jipprevedi fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu notifikati u l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, flimkien ma’ konsultazzjoni mtejba, mekkaniżmu ta’ twissija u l-provvediment għal Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-inkompatibbiltà, għandhom ikunu biżżejjed biex jipprovdu proċedura ta’ notifika mtejba li hija effettiva filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-leġislaturi nazzjonali u reġjonali;

    45.

    jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tħejji l-istimi ta’ żieda annwali fl-għadd ta’ notifiki li tistenna li tirċievi bħala riżultat tal-proċedura ta’ notifika ġdida sabiex, jekk ikun meħtieġ, tkun tista’ tippjana li jkollha l-kapaċità li twieġeb b’mod effettiv għall-volumi mistennija fil-perjodi taż-żmien previsti fl-abbozz ta’ leġislazzjoni;

    Test tal-proporzjonalità (valutazzjoni tal-proporzjonalità tar-regoli nazzjonali dwar is-servizzi professjonali)

    46.

    jenfasizza li s-servizzi professjonali huma ekonomikament importanti ħafna, li jammontaw għal 22 % tal-persuni impjegati fl-UE kollha, jew 47 miljun impjieg;

    47.

    jenfasizza li r-regolazzjoni tas-servizzi professjonali tibqa’ prerogattiva tal-Istati Membri u li din hija kwistjoni għall-Istati Membri, jekk hux fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jiddeċiedu jekk u kif għandhom jirregolaw professjoni fi ħdan il-limiti tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-proporzjonalità;

    48.

    jinnota li r-regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali tista’ tkun fil-forma ta’ regolament tal-Istat jew awtoregolamentazzjoni mill-korpi professjonali u li, f’ħafna każijiet, ir-regolazzjoni hija mwettqa fil-livelli reġjonali u lokali fl-Istati Membri, u li dan iwassal għal xenarju kumpless u mifrux ħafna fejn l-Istati Membri jridu jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jiżguraw valutazzjoni tal-proporzjonalità, inkluż f’dak li jikkonċerna l-involviment tal-partijiet kollha interessati li huma involuti direttament;

    49.

    jirrikonoxxi li hemm skrutinju irregolari tar-regolamentazzjoni tal-professjonijiet madwar l-UE u li dan għandu impatt negattiv fuq il-forniment ta’ servizzi u l-mobilità tal-professjonisti; jirrikonoxxi li huwa mixtieq li jiġi żgurat qafas legali aktar koerenti fil-livell tal-UE sabiex tiġi vvalutata l-proporzjonalità ta’ rekwiżiti ġodda jew emendati dwar l-aċċess għal jew l-eżerċitar ta’ professjoni regolata, li tinkorpora l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja;

    50.

    iqis li huwa importanti li l-proposta tħalli d-deċiżjonijiet dwar x’għandu jiġu rregolat u kif f’idejn l-Istati Membri u l-korpi kompetenti tagħhom fil-livell reġjonali u lokali iżda għandu jiġi żgurat li dawn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq l-evidenza u magħmula wara valutazzjoni trasparenti u oġġettiva li tiġi applikata b’mod uniformi madwar l-Istati Membri u li tqis l-għanijiet identifikati ta’ interess pubbliku;

    51.

    huwa tal-fehma li s-sett komprensiv ta’ kriterji stipulati fl-Artikolu 6 għandhom ikunu kkunsidrati bħala indikattivi, peress li mhux il-kriterji kollha jistgħu jiġu applikati jew għandhom l-istess importanza f’kull każ individwali; iqis li, filwaqt li l-valutazzjonijiet tal-proporzjonalità għandhom isiru bir-reqqa, ikunu oġġettivi u bbażati fuq l-evidenza, għandhom ikunu wkoll proporzjonati, peress li l-approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” jista’ jkun ta’ piż bla bżonn f’ħafna ċirkustanzi. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 huma eċċessivi mil-lat tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-kumplessità tagħhom;

    52.

    jilqa’ b’sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet biex tingħata opportunità lill-partijiet interessati biex jikkontribwixxu l-fehmiet tagħhom dwar id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi ġodda li jillimitaw l-aċċess għal jew l-eżerċitar ta’ professjonijiet regolati u jqis li t-trasparenza u l-involviment tal-partijiet interessati kollha huma vitali biex tiġi żgurata regolamentazzjoni xierqa;

    53.

    jirrimarka li r-regoli l-ġodda dwar il-proporzjonalità, li jinvolvu l-monitoraġġ ta’ dispożizzjonijiet legali, regolatorji u amministrattivi fuq bażi regolari u t-twettiq ta’ testijiet tal-proporzjonalità bir-reqqa, oġġettivi u bbażati fuq l-evidenza, inkluż permezz tal-involviment ta’ bordijiiet indipendenti ta’ skrutinju u b’involviment akbar tal-partijiet interessati, ser iżidu x-xogħol u l-ispejjeż tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, anke fil-livell reġjonali u lokali. Dan japplika b’mod partikolari għall-Artikolu 4, li skontu mhux biss l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda fir-regolamentazzjoni tal-professjonijiet, iżda wkoll l-emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti, ikollhom jiġu evalwati mil-lat tal-proporzjonalità tagħhom, li huwa rekwiżit li jista’ jkun ikkunsidrat eċċessiv;

    Gwida lejn ir-riforma u t-tnaqqis tal-għadd ta’ professjonijiet regolati

    54.

    jinnota l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li r-regolazzjoni tal-professjonijiet hija adatta għall-iskop billi l-Istati Membri jitħeġġu jirrevedu jekk ir-rekwiżiti professjonali tagħhom humiex meħtieġa biex jiġu sodisfati l-għanijiet nazzjonali tal-politika pubblika;

    55.

    jilqa’ b’sodisfazzjon il-gwida għar-riformi nazzjonali fir-regolamentazzjoni dwar il-professjonijiet, li potenzjalment tista’ tkun utli ħafna biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jadattaw l-oqfsa regolatorji tagħhom għall-professjonijiet b’potenzjal għoli ta’ tkabbir u impjiegi, inklużi l-periti, l-avukati, il-kontabilisti, l-aġenti tal-brevetti, l-aġenti tal-proprjetà immobbli u l-gwidi turistiċi;

    56.

    jinnota li l-gwida hija maħsuba biex tikkomplementa l-evalwazzjonijiet tas-Semestru Ewropew u iqis li jista’ jkun hemm mertu fl-integrazzjoni tagħha fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

    Il-kwistjonijiet tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

    57.

    jikkunsidra li l-aspetti tal-proposti fil-pakkett tas-servizzi jqajmu kwistjonijiet importanti rigward is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (2); jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li diversi parlamenti nazzjonali u reġjonali ħarġu opinjonijiet motivati li jindikaw il-kwistjonijiet tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, inkluż tħassib dwar l-interferenza potenzjali fi proċeduri leġislattivi nazzjonali;

    Implikazzjonijiet fuq il-piż amministrattiv u l-kapaċità amministrattiva

    58.

    jinsab imħasseb li l-proposti għall-e-Card tas-servizzi, il-proċedura ta’ notifika u t-test tal-proporzjonalità ser jimponu piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, b’konsegwenza fuq il-kapaċità amministrattiva u l-implikazzjonijiet baġitarji.

    Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2017.

    Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Karl-Heinz LAMBERTZ


    (1)  SWD(2016) 52 p. 8.

    (2)  Bosta parlamenti nazzjonali u reġjonali indikaw li l-miżuri proposti fid-direttivi li jikkonċernaw il-proċedura ta’ notifika u t-test ta’ proporzjonalità jmorru lil hinn minn dak li tippermetti l-bażi legali magħżula. Bosta parlamenti nazzjonali u reġjonali ħarġu opinjonijiet motivati li jindikaw kwistjonijiet tas-sussidjarjeta fir-rigward tal-proċedura ta’ notifika, peress li l-Kummissjoni u Stati Membri oħra jistgħu potenzjalment jinterferixxu fil-proċeduri leġislattivi nazzjonali; it-test tal-proporzjonalità peress li l-miżuri proposti jmorru lil hinn mill-bażi legali indikata, jinterferixxu fil-kompetenza tal-Istati Membri u mhumiex meħtieġ; u l-e-Card tas-servizzi, peress li l-introduzzjoni tagħha fil-forma proposta ma tiġġenerax biżżejjed valur miżjud. Fir-rigward tal-proporzjonalità, diversi parlamenti nazzjonali u reġjonali jqisu li m’hemmx bżonn ta’ direttiva dwar test tal-proporzjonalità u rakkomondazzjonijiet anqas rigorużi jkunu aktar xierqa, li l-katalgu ta’ kriterji huwa eċċessiv u li l-proposta ma tagħtix biżżejjed lok għal deċiżjonijiet nazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet maħsuba. Fir-rigward tal-e-Card tas-servizzi, il-parlamenti jqisu li x-xogħol amministrattiv sabiex tiġi żgurata konformità ma’ proċedura kumplessa x’aktarx ser jiżdied b’mod konsiderevoli u li l-iskadenzi stretti huma sproporzjonati; li r-regoli proposti jwasslu sabiex jiġi introdott prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini; li l-e-Cards tas-servizzi jistgħu jinħarġu mingħajr ma jitwettqu kontrolli, fid-dawl tal-limiti qosra ta’ żmien għall-valutazzjonijiet; u li l-proposti jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet maħsuba.


    Top