This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017AR0830
Opinion of the European Committee of the Regions — Energy Union Governance and Clean Energy
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-enerġija nadifa
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-enerġija nadifa
ĠU C 342, 12.10.2017, p. 111–118
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/111 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-enerġija nadifa
(2017/C 342/13)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
Il-proposta tal-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ir-Regolament għandu jistipula fil-bidu nett il-ħtieġa għal governanza fuq diversi livelli ta’ kooperazzjoni fil-livelli differenti kollha. Il-proposta hija bbażata fuq idea simili proposta fl-abbozz ta’ rapport tal-Parlament Ewropew PE 604.777 (Emenda 2).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 9(2)
Il-proposta tal-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Abbozz ta’ pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima |
||||
2. B’konformità mal-Artikolu 28, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ pjanijiet. B’mod partikolari, dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu: |
2. B’konformità mal-Artikolu 28, il-Kummissjoni għandha tivvaluta abbozz ta’ pjani dwar il-klima u l-enerġija nazzjonali integrati u toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għall-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ pjani sabiex : |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Huwa importanti ħafna li jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-pjani ta’ azzjoni u l-politiki differenti tal-Istati Membri fil-livell tal-UE, u li jiġi promoss l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-kontributi tagħhom. Il-proposta hija bbażata fuq suġġerimenti simili fl-abbozz tar-Rapport Parlament Ewropew PE 604.777 (Emendi 97-100).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 10
Il-proposta tal-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Konsultazzjoni pubblika |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz ta’ pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 9 u għandhom jehmżu sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku meta jibagħtu l-abbozz ta’ pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Safejn ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw ukoll l-obbligi ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament. |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz ta’ pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 9 u għandhom jehmżu sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku meta jibagħtu l-abbozz ta’ pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Safejn ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw ukoll l-obbligi ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament. Minħabba r-rwol aċċettat politikament tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta ’miżuri fil-qasam tal-enerġija sostenibbli u b’kont meħud tal-objettiv tal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura regolamentazzjoni aħjar, l-awtoritajiet nazzjonali huma meħtieġa li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u l-monitoraġġ skont id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u politiċi ta’ kull Stat Membru. |
Raġuni
Koordinazzjoni effettiva bejn il-livell nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rappurtar dwar il-politiki tal-enerġija u l-klima tista’ tgħin biex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ u biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ regolamentazzjoni aħjar.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu ġdid wara l-Artikolu 10
Il-proposta tal-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Pjattaforma ta’ Djalogu dwar l-Enerġija f’Diversi Livelli 1. Fi spirtu ta’ sħubija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Djalogu dwar l-Enerġija permanenti għall-appoġġ tal-impenn attiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità tan-negozju, l-investituri, kwalunkwe parti interessata rilevanti oħra u l-pubbliku ġenerali fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija, inkluż il-faqar enerġetiku. 2. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lil dan id-Djalogu dwar l-Enerġija għażliet u xenarji differenti previsti għall-politiki tagħhom dwar il-klima u l-enerġija fuq terminu qasir, medju u twil, flimkien ma’ analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għal kull għażla. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-Djalogu dwar l-Enerġija jibbenefika minn riżorsi umani u finanzjarji adegwati u jappoġġjaw, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, skambji bejn Djalogi dwar l-Enerġija differenti. |
Raġuni
Dwar suġġett daqstant importanti bħat-tranżizzjoni tal-enerġija huwa meħtieġ li jinħolqu strutturi li jiżguraw djalogu permanenti ma’ dawk kollha kkonċernati biex jesploraw għażliet u xenarji differenti u jitħejjew soluzzjonijiet komuni. Hija bbażata fuq idea simili proposta fl-abbozz ta’ rapport tal-PE PE 604.777
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 18(b)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima: |
L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rapporti nazzjonali integrati ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima: |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
Raġuni
Il-tisħin u t-tkessiħ joħolqu potenzjal mhux sfruttat sinifikanti għat-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u jżidu l-użu u l-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli (ara l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija tal-UE dwar it-Tisħin u Tkessiħ). Fir-rigward tad-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli, il-livelli nazzjonali u dawk reġjonali u lokali għandhom jaħdmu mill-qrib flimkien biex tintlaħaq mira vinkolanti biex jiżdied l-użu tas-sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ b’1 % fis-sena, peress li dan jagħmel kontribut tanġibbli u effettiv biex tintlaħaq il-mira globali tal-UE ta’27 % ta’ enerġija li tiġġedded sal-2030.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 37
Il-proposta tal-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u għandu jaħdem fil-formazzjonijiet settorjali rispettivi li jkunu rilevanti għal dan ir-Regolament. |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u għandu jaħdem fil-formazzjonijiet settorjali rispettivi li jkunu rilevanti għal dan ir-Regolament. |
2. Dan il-Kumitat jissostitwixxi l-kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE, bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE u bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. Ir-referenzi għall-kumitat stabbilit skont dawk l-atti legali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-kumitat stabbilit b’dan ir-Regolament. |
2. Dan il-Kumitat jissostitwixxi l-kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE, bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE u bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. Ir-referenzi għall-kumitat stabbilit skont dawk l-atti legali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-kumitat stabbilit b’dan ir-Regolament. |
3. Meta ssir referenza għal dan l-artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
3. Meta ssir referenza għal dan l-artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
4. Il-Kumitat għandu jinkludi rappreżentant wieħed maħtur mill-Kumitat tar-Reġjuni li għandu jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE kollha fil-livell istituzzjonali. |
Raġuni
Ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-attivitajiet relatati mal-Unjoni tal-Enerġija ġie rikonoxxut ripetutament mir-rappreżentanti politiċi għolja tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
L-għanijiet u l-gruppi ta’ mira ewlenin
1. |
itenni t-talba tiegħu biex jiġu iimplimentati miri aktar ambizzjużi għall-effiċjenza enerġetika u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-livell tal-UE, li għandu jiżdied għal 40 % sal-2030; |
2. |
2. it-tliet għanijiet ewlenin tal-Pakkett tal-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha: 1) it-tqegħid tal-effiċjenza enerġetika fl-ewwel post, 2) il-kisba tat-tmexxija globali fl-enerġiji rinnovabbli, u 3) jiġi pprovdut trattament ġust għall-konsumaturi; jiddispjaċih, madankollu, li dawn l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu kompletament bir-regolamenti ta’ appoġġ u l-inizjattivi mhux leġislattivi u li ma saritx biżżejjed enfasi fuq it-tnaqqis tal-fattur ta’ dipendenza fuq l-importazzjoni li jirrifletti s-sehem tas-sorsi tal-enerġija indiġeni nodfa kollha (rinnovabbli u konvenzjonali) fit-taħlita tal-enerġija; |
3. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, f’dan ir-rigward, biex tipprijoritizza l-effiċjenza fl-enerġija bħala prijorità infrastrutturali, u tiżgura li għotjiet pubbliċi u strumenti finanzjarji jiġu kklassifikati bħala kapital favur l-effiċjenza enerġetika, u b’hekk jikkontribwixxu biex jittejbu s-sigurtà u l-affidabilità tas-sistema tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dan jista’ jistabbilixxi politika ċara dwar il-protezzjoni tal-baġit u t-trawwim tal-kompetittività fl-Ewropa; |
4. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti biex jinħoloq qafas legali għall-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija biex jintegra u jissemplifika s-sitwazzjoni attwali ta’ ppjanar, monitoraġġ u rappurtar fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-proċess ta’ politika ta’ governanza; |
L-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli huma influwenzati ħafna minn miżuri fil-livell deċentralizzat
5. |
jisħaq u jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza strateġika fil-livell l-aktar viċin tal-konsumaturi, fil-ġestjoni tal-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija, il-promozzjoni ta’ kondizzjonijiet adatti għall-investiment u fil-ħolqien ta’ rabta bejn il-politiki tal-enerġija u tal-klima u miżuri meħuda fil-qasam tal-akkomodazzjoni, l-enerġija, it-trasport, l-iżvilupp ekonomiku, l-ippjanar tal-bliet u l-kampanja jew l-użu tal-art; |
6. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-enerġija, l-identifikazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament għal proġetti tal-enerġija, b’mod partikolari dawk fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni ta’ xejriet ta’ enerġija sostenibbli u l-aħjar prattiki fost il-konsumaturi; |
7. |
iwissi li l-kisba ta’ miri tal-enerġija u t-tibdil fil-klima, stabbiliti fil-livell Ewropew u nazzjonali, tinsab f’riskju jekk ma jiġix rikonoxxut ir-rwol mexxej tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta’ politika tal-enerġija fl-Unjoni tal-Enerġija; |
8. |
jirrimarka li l-proċess ta’ tħejjija ta’ pjani nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun ikkaratterizzat minn trasparenza u responsabbiltà sabiex jippermetti lill-atturi lokali, in-negozji u partijiet interessati oħra jkunu jafu x’jistgħu jistennew mill-gvernijiet nazzjonali u, b’mod partikolari, kif inhi żgurata l-konformità mal-obbligi, u liema passi jistgħu jittieħdu f’każ li l-pjani nazzjonali mhumiex adegwati bl-għan biex bihom jintlaħqu l-miri fil-livell tal-UE; |
9. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li t-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa ma tkunx possibbli mingħajr l-intervent minn ħafna partijiet ikkonċernati mis-soċjetà ċivili u fil-livell reġjonali u lokali, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jinvolvu lir-reġjuni u l-bliet b’mod xieraq f’dan id-dibattitu dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari b’rabta mal-pjani integrati nazzjonali għall-enerġija u l-klima, sabiex jingħataw reazzjonijiet adatti għall-ħtiġijiet tas-setturi differenti; |
10. |
jinnota, madankollu, li – irrispettivament mid-dispożizzjonijiet kostituzzjonali differenti tal-Istati Membri individwali tal-UE – il-proposti dwar il-governanza ma jagħmlu l-ebda referenza speċifika għar-rwol istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (biex ma nsemmux partijiet interessati oħra) – apparti mid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Artikolu 10 dwar il-konsultazzjoni pubblika, li jgħid li “l-pubbliku [għandu] jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz ta’ pjanijiet”; |
11. |
jindika l-ħtieġa ta’ aktar riforma tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-enerġija, biex jikkunsidraw l-attivitajiet tal-bliet, b’mod partikolari billi jitfasslu linji gwida speċifiċi għal azzjoni lokali bil-ħsieb li jiġi ssemplifikat il-qafas eżistenti kif ukoll l-eżenzjonijiet speċifiċi għal proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana u l-akkomodazzjoni soċjali, sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-faqar enerġetiku. Għalhekk għandu jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tal-enerġija u r-reżiljenza tal-bliet mill-2020 ’il quddiem jiddaħħlu bħala prijoritajiet bħala parti mill-qafas leġislattiv li jmiss; |
12. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni mal-atturi lokali u reġjonali, b’mod speċjali l-aġenziji tal-enerġija lokali u reġjonali tagħhom, fit-tfassil ta’ pjani ta’ azzjoni futuri tal-enerġija u tal-klima fil-livell nazzjonali u jitbegħdu minn politiki bi ftit atturi biss lejn politiki fejn kollha huma involuti; |
13. |
jinnota, f’dan ir-rigward, il-bosta proġetti li rnexxew dwar l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli li bdew u ġew żviluppati fil-livell lokali, b’kooperazzjoni mal-SMEs, l-NGOs u organizzazzjonijiet ċiviċi u permezz ta’ investimenti minn individwi fil-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija; |
14. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li numru kbir ta’ atturi ewlenin oħra huwa attiv fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija u tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-livell lokali, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ); |
15. |
jenfasizza l-ħtieġa wkoll li jiġu involuti l-atturi lokali bħala appoġġ għall-gvern nazzjonali fil-ħolqien ta’ għadd ta’ proġetti promettenti fil-kuntest tal-FEIS, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni Ewropea. Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti li għadu kif inħoloq għandu jipprovdi proċedura aċċellerata biex jiġu appoġġjati l-bliet li ħadu impenn li jiżviluppaw proġetti b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2; |
16. |
jitlob, b’referenza għall-programmi JASPERS u ELENA tal-Bank Ewropew tal-Investiment, għal implimentazzjoni ta’ aktar programmi ta’ assistenza teknika mmirati li huma meħtieġa biex jappoġġjaw il-bliet u r-reġjuni fl-iżgurar ta’ investiment għat-twettiq ta’ proġetti ambizzjużi, inkluż billi jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ portafoll kbir ta ’proġetti ta’ investiment u pjattaformi ta’ investiment u l-bini ta’ proġetti fuq skala żgħira u mifruxa b’mod wiesa b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi. |
L-ippjanar u r-rappurtar għandhom ikunu bbażati fuq pjani ta’ integrazzjoni lokali u reġjonali eżistenti u aktar sempliċi
17. |
jirrimarka li l-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija tal-UE għandha timmira biex “tissemplifika u tintegra” l-ippjanar fil-prattika, u li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ monitoraġġ u rapportar f’dan ir-rigward għandhom jinħolqu kuntatti effettivi ma’ inizjattivi eżistenti; |
18. |
jenfasizza l-importanza ta’ koordinazzjoni effettiva bejn il-livelli nazzjonali u l-livelli lokali u reġjonali, permezz ta’ proċedura għal ippjanar, implimentazzjoni u rappurtar fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija u l-klima. Dan jista’ jgħin biex tiġi evitata l-burokrazija u jwassal għal regolamentazzjoni aħjar; |
19. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fir-rigward ta’ miżuri fil-qasam tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, huma diġà involuti ħafna, u li ħafna minnhom diġà qed jiżviluppaw strateġiji, pjani ta’ azzjoni u proċeduri ta’ monitoraġġ, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, li tkopri aktar minn 5 679 pjan ta’ azzjoni għal żvilupp urban sostenibbli fis-settur tal-enerġija; |
20. |
jenfasizza l-fatt li pjani u objettivi nazzjonali iridu jkunu marbuta b’mod effettiv ma’ objettivi fil-livell lokali u reġjonali u bbażati fuq kontributi realistiċi u koordinati minn reġjuni u setturi differenti. |
21. |
jirrimarka li l-parteċipazzjoni tkopri mhux biss konsultazzjoni, iżda wkoll rwol attiv fit-tnedija u l-iżvilupp ta’ miżuri konkreti. |
Il-governanza f’diversi livelli hija prekundizzjoni għal governanza effettiva tal-Unjoni tal-Enerġija
22. |
jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet attwali għall-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ma jinkludux approċċ ċar biżżejjed f’diversi livelli, u għaldaqstant jappella lill-Gvernijiet tal-Istati Membri biex jistabbilixxu Pjattaformi tad-Djalogu dwar l-Enerġija sabiex jiġu involuti l-livelli kollha ta’ gvern u l-partijiet interessati rilevanti kollha fit-tfassil ta’ pjani ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-klima, fil-monitoraġġ u r-rappurtar kif ukoll fl-organizzazzjoni ta’ skambju bejn id-Djalogi dwar l-Enerġija nazzjonali differenti bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi żgurata l-konsistenza u jiġu indirizzati l-problemi transfruntiera; |
23. |
jinnota li governanza f’diversi livelli effettiva għandha ħafna vantaġġi: il-pubbliku huwa involuti fit-twettiq tal-miżuri marbuta mat-tibdil fil-klima u għalhekk jieħu aktar sjieda tal-proċess li jżid il-possibbiltajiet ta’ suċċess, minħabba li aktar ma l-governanza tkun viżibbli, il-pubbliku jħoss sens akbar ta’ responsabbiltà; |
24. |
jenfasizza li l-Artikolu 11 (dwar il-kooperazzjoni reġjonali) tal-proposta jittratta biss il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri minflok il-kooperazzjoni bejn il-livelli sottonazzjonali ta’ governanza fi ħdan jew bejn Stati Membri differenti; jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jiżguraw ukoll appoġġ adegwat għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet sottonazzjonali, b’mod partikolari l-kooperazzjoni transkonfinali, bil-għan li jiġu kkoordinati l-attivitajiet sabiex jiġu implimentati l-pjani nazzjonali integrati tal-klima u l-enerġija; |
25. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi taqsima dwar il-governanza f’diversi livelli fid-dokumenti lill-Gvernijiet tal-Istati Membri b’linji gwida għar-rappurtar dwar il-politika nazzjonali tal-enerġija u l-ippjanar; |
Biex il-konsumatur ikun involut b’mod attiv jeħtieġ li din id-Direttiva tiġi implimentata u appoġġjata b’mod effettiv
26. |
jistieden lill-UE u lill-Istati Membri sabiex għal darba oħra joħolqu oqfsa legali li jkunu ta’ vantaġġ kemm għall-konsumaturi aħħara tal-enerġija kif ukoll għall-“prosumaturi” (produtturi-konsumaturi) u għall-fornituri l-oħra tal-enerġija fis-suq tal-enerġija bl-imnut; jenfasizza wkoll li ġenerazzjoni deċentralizzata u awto-ġenerazzjoni abbażi ta’ enerġija rinnovabbli joffru ħafna benefiċċji għas-sistema tal-enerġija (ħtieġa inqas għal infrastruttura ta’ trażmissjoni u manutenzjoni, aktar reżiljenza u flessibilità) u li dawn il-benefiċċji għandhom ikunu riflessi fi prezz ġust għal kwalunke enerġija żejda minn tali skemi li kontribwixxu għall-grilja; iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri biex jiżviluppaw jew ikomplu jħaddmu sistemi ta’ pprezzar innovattivi sabiex jindirizzaw din il-kwistjoni; |
27. |
jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ konsulenza speċjalizzat kif xieraq fil-forma u l-kanal ta’ komunikazzjoni xierqa għal dan il-grupp fil-mira li tkopri kemm aspetti tekniċi u finanzjarji kif ukoll dawk prattiċi dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2; |
28. |
jenfasizza li l-miżuri li ttieħdu fil-qasam tal-immaniġġjar tal-enerġija għandhom jippermettu li l-konsumaturi jkollhom kontroll fuq il-konsum tagħhom sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq u jibbenefikaw minn protezzjoni tal-konsumatur effettiva u adatta; dan huwa partikolarment importanti fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku; il-KtR għalhekk jitlob li jkun hemm żvilupp ta’ definizzjoni komuni ta’ faqar enerġetiku fil-livell tal-UE u li jkun hemm sett ta’ proposti ta’ politika konkreti mmirati lejn l-aktar konsumaturi vulnerabbli, jipproteġuhom kontra skonnessjoni mhux ġustifikata, jipprijoritizzaw il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-benefiċċju tagħhom u jfasslu informazzjoni mmirata għalihom; |
Il-promozzjoni tal-innovazzjoni tal-enerġija lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju
29. |
jilqa’ l-enfasi li l-Kummissjoni qiegħdet fil-Komunikazzjoni dwar Aċċellerazzjoni tal-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija Nadifa (COM (2016) 763) dwar żewġ prijoritajiet politiċi kruċjali: il-ħolqien ta’ Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika tal-klima li tħares ’il quddiem u spinta ġdida għall-impjiegi, tkabbir u l-investiment; |
30. |
jitlob għal ambjent favorevoli għan-negozji, l-innovazzjoni u l-investiment permezz ta’ politiki mmirati, standards u regolamenti, u b’appoġġ xieraq permezz ta’ strumenti finanzjarji li jinvolvu fondi pubbliċi, sabiex jiffaċilitaw l-investiment privat (u l-appoġġ għat-tnaqqis tar-riskju fejn ikun meħtieġ); |
31. |
itenni kemm huwa importanti li titfassal politika tal-enerġija f’sinerġija stretta mal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-innovazzjoni fl-isfera ta’ forom rinnovabbli tal-enerġija, il-mobilità sostenibbli, l-aġġornament tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti, il-bini ta’ impjanti tal-enerġija intelliġenti, ir-rabta tal-karbonju u l-ħażna tal-enerġija għandha tkun appoġġjata ulterjorment fil-livell lokali; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, partikolarment sabiex tiżgura appoġġ aħjar għall-proġetti innovattivi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda sabiex jintużaw bħala banek tat-test ġenwini għat-tranżizzjoni tal-enerġija; |
32. |
huwa tal-fehma li l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn l-awtoritajiet lokali fil-qafas tal-inizjattivi tal-bliet intelliġenti għandu rwol ewlieni x’jaqdi f’termini ta’ innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa fl-integrazzjoni ta’ oqsma bħalma huma l-iffrankar tal-enerġija fit-trasport urban, strateġiji tat-trasport interreġjonali, kooperazzjoni f’teknoloġiji ġodda ta’ ħażna, u binjiet pubbliċi intelliġenti. Sinerġiji aħjar bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi se jkunu ta’ importanza kruċjali għall-implimentazzjoni ta’ proġetti transkonfinali fil-qasam tal-enerġija sostenibbli; |
33. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq ix-Xjenza Miftuħa, l-Innovazzjoni Miftuħa biex l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jingħataw l-opportunità jiżviluppaw fuq il-bażi ta’ għarfien ġdid; |
34. |
jenfasizza li l-appoġġ dirett jew indirett għall-użu ta’ fjuwils fossili (kif ukoll l-appoġġ fornut minn uħud mill-Istati Membri) għandu jiġi eliminat mill-iktar fis possibbli, minħabba li jaħbi l-ispejjeż reali ta’ dawn il-fjuwils għas-soċjetà u l-ambjent u jżomm il-prezzijiet artifiċjalment baxxi, u b’hekk ifixkel l-innovazzjoni f’teknoloġiji ta’ enerġija nadifa; |
35. |
jappoġġja l-użu propost tal-istrument legali bl-għan li jitħaffef l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u l-użu effettiv tagħhom. It-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju se tirrikjedi investiment f’sistemi intelliġenti ta’ tisħin u tkessiħ u żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-industrija, it-trasport u l-kostruzzjoni kif ukoll il-kofinanzjament ta’ proġetti għall-investiment fl-enerġija rinnovabbli; |
36. |
jenfasizza li l-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija għandha toħloq qafas għall-kisba tal-objettivi, bħal aċċess aktar faċli għal sħubijiet pubbliċi-privati sabiex jiġu aċċellerati l-implimentazzjoni tal-proġett, it-tnaqqis tal-burokrazija żejda, jiġi identifikat kwalunkwe ostaklu għal awtoritajiet lokali u reġjonali u tinħoloq ċertezza legali u prevedibbiltà għall-investituri; |
37. |
jitlob li l-akkwist jintuża, kif propost, bħala għodda effettiva biex jinħoloq suq għal teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju. |
Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
38. |
Iqis li r-regolament propost ma jqajjimx tħassib rigward il-konformità tiegħu mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, dan iqajjem tħassib rigward il-konformità tiegħu mal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li s-sistema ta’ governanza ssuġġerita hija kkunsidrata wisq kumplessa, wisq dettaljata u li timponi intervalli ta’ rapportar wisq stretti. Il-KtR kien jippreferi jara li s-sistema ta’ governanza tiġi introdotta permezz ta’ direttiva, minflok permezz ta’ regolament, fejn dan ikun jippermetti l-involviment xieraq tal-awtoritajiet reġjonali fil-pajjiżi federali. |
Brussell, it-13 ta’ Lulju 2017.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Markku MARKKULA