Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DP0002

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski (2015/2268(IMM))

    ĠU C 11, 12.1.2018, p. 130–131 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/130


    P8_TA(2016)0002

    Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2016 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski (2015/2268(IMM))

    (2018/C 011/16)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Czesław Adam Siekierski, imressqa fis-7 ta' Settembru 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja b'rabta mal-proċedimenti li għandhom jitressqu mill-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk (Ref. Nru CAN-PST-SCW.7421.573278.2015.3.A.0475), u mħabbra fis-seduta plenarja fil-5 ta' Ottubru 2015.

    wara li kkunsidra l-fatt li Czesław Adam Siekierski rrinunzja għad-dritt tiegħu għal seduta ta' smigħ b'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

    wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u l-Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) b'konnessjoni mal-Artikolu 10b tal-Att tal-Polonja tad-9 ta' Mejju 1996 dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta' Membru jew Senatur,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0005/2016),

    A.

    billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja għadda talba mingħand l-Ispettur Ġenerali tat-Trasport Stradali Pollakk għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru tal-Parlament Ewropew elett fir-rigward tal-Polonja, Czesław Adam Siekierski, b'rabta ma' reat skont l-Artikolu 92a tal-Kodiċi tal-Offiżi żgħar tal-20 ta' Mejju 1971 b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku Stradali tal-20 ta' Ġunju 1997; billi, b'mod partikolari, ir-reat allegat jammonta għal sewqan b'veloċità li teċċedi l-veloċità massima permessa f'żona mibnija;

    B.

    billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju ta’l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

    C.

    billi l-Artikolu 105(2) u l-Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jiddikjaraw li deputat jew senatur m’għandux jiġi soġġett għal responsabilità penali mingħajr il-kunsens tas-Sejm jew tas-Senat rispettivament;

    D.

    billi għalhekk tiġi r-responsabilità tal-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk l-immunità ta' Czesław Adam Siekierski għandhiex titneħħa jew le;

    E.

    billi, skont l-Artikolu 9(7) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru;

    F.

    billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li t-talba saret bl-intenzjoni li tiġi kkawżata ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

    1.

    Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Czesław Adam Siekierski;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Czesław Adam Siekierski.


    (1)  (Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 1964, WagnerFohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, WybotFaure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, MoteIl-Parliament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, MarraDe Gregorio u Clemente, C-200/07 and C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, GollnischIl-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, GollnischIl-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.)


    Top