This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016AE4290
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Council Directive 98/41/EC on the registration of persons sailing on board passenger ships operating to or from ports of the Member States of the Community and amending Directive 2010/65/EU of the European Parliament and of the Council on reporting formalities for ships arriving in and/or departing from ports of the Member States’ [COM(2016) 370 final] [2016/171(COD)]
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri” [COM(2016) 370 final] [2016/171 (COD)]
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri” [COM(2016) 370 final] [2016/171 (COD)]
ĠU C 34, 2.2.2017, p. 172–175
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/172 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri”
[COM(2016) 370 final] [2016/171 (COD)]
(2017/C 034/29)
Relatur: |
is-Sur Vladimír NOVOTNÝ |
Konsultazzjoni |
il-Parlament Ewropew, 09/06/2016 |
|
il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 22/06/2016 |
Bażi legali |
L-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea [COM(2016) 370 final] [2016/171 (COD)] |
|
|
Sezzjoni Speċjalizzata responsabbli |
It-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
Adottata fis-sezzjoni |
06/10/2016 |
Adottata fil-plenarja |
19/10/2016 |
Sessjoni plenarja Nru |
520 |
Eżitu tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
205/9/15 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jemmen li l-emenda proposta se twassal għal sikurezza akbar għat-tbaħħir fl-ilmijiet tal-UE u se tikkontribwixxi biex tagħmel ix-xogħol ta’ salvataġġ aktar effiċjenti f’każ ta’ diżastri marittimi. |
1.2. |
Il-KESE jappoġġja ż-żieda tan-nazzjonalità fl-informazzjoni rreġistrata sabiex, f’każ ta’ diżastri marittimi, il-familji jistgħu jkunu informati aktar malajr dwar qraba li kienu abbord u tkun tista’ tiġi evitata l-inċertezza dwar x’ġara minnhom. |
1.3. |
Il-KESE, b’konformità mar-riżultati ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar konsultazzjoni, jirrimarka fuq il-kwistjoni ta’ trasportaturi żgħar u l-ħtieġa li dawn jiġu protetti kontra żieda fil-burokrazija. Fil-fehma tal-Kumitat, il-proposta tiżgura li l-kompetizzjoni fl-ilmijiet tal-UE tkun tista’ tkompli b’kundizzjonijiet indaqs għall-operaturi kollha. |
1.4. |
Il-KESE japprezza l-fatt li l-proposta għal direttiva hija akkumpanjata minn pjan ta’ implimentazzjoni li jelenka l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati l-miżuri ta’ simplifikazzjoni u jidentifika l-isfidi prinċipali tal-implimentazzjoni tekniċi, legali u marbuta maż-żmien konnessi mal-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri ġodda. |
1.5. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE bħala kontribut sinifikanti lejn l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) u l-programm għat-titjib tal-ambjent regolatorju tal-UE. |
2. Introduzzjoni
2.1. |
Wara kontroll tal-idoneità dwar is-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri fl-UE, il-Kummissjoni Ewropea qed tressaq sett ta’ proposti biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-qafas regolatorju eżistenti dwar is-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri fl-UE, sabiex ikun evitat l-irduppjar potenzjali ta’ obbligi u inkonsistenzi bejn biċċiet differenti ta’ leġislazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jinżammu r-regolamenti tal-UE u tiżgura l-applikazzjoni korretta tagħhom. |
2.2. |
L-għan ta’ dan il-pakkett ta’ proposti, li jinkludi emenda għad-Direttiva 2009/45/KE dwar rekwiżiti tekniċi għal bastimenti tal-passiġġieri, proposta għal Direttiva li tissostitwixxi d-Direttiva 1999/35/KE fuq bastimenti tal-passiġġieri li jipprovdu servizz regolari, u, l-aktar importanti, emenda għad-Direttiva 98/45/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri, huwa li jipprovdi għal skema ċara, sempliċi u aġġornata dwar qafas legali li huwa aktar faċli biex jintuża, jiġi mmonitorjat u infurzat, biex b’hekk jiżdied il-livell ġenerali ta’ sikurezza fis-settur tat-trasport marittimu. |
2.3. |
L-emendi proposti huma bbażati fuq il-programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) u jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tal-programm għat-titjib tal-ambjent regolatorju tal-UE. |
2.4. |
Il-proposta twettaq l-aġenda tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar billi tiżgura li l-leġislazzjoni eżistenti tkun sempliċi u ċara, ma toħloqx piż bla bżonn u żżomm il-pass mal-iżviluppi politiċi, soċjetali u teknoloġiċi li qed jevolvu. Twettaq ukoll l-għanijiet tal-Istrateġija tat-Trasport Marittimu tal-2018 billi tiżgura servizzi bil-laneċ ta’ kwalità fit-trasport tal-passiġġieri regolari intra-UE. |
3. Id-dokument tal-Kummissjoni
3.1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tipprovdi għall-għadd u r-reġistrazzjoni tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn u minn portijiet tal-UE. Skont ir-rekwiżiti attwali, din l-informazzjoni trid tinħażen fis-sistema tal-kumpanija u tkun – f’kull waqt – disponibbli minnufih għat-trażmissjoni lill-awtorità kompetenti responsabbli għat-tiftix u s-salvataġġ. Barra minn hekk, id-data rreġistrata mhux dejjem tinkludi informazzjoni dwar in-nazzjonalità (minbarra l-isem, l-età u s-sess), u b’hekk ikun aktar diffiċli li l-vittmi u l-qraba tagħhom jingħataw l-għajnuna. |
3.2. |
Bħala riżultat, l-operaturi li diġà jittrażmettu data bħal din lin-National Single Window huma esposti għal sistema ta’ rappurtar doppju. Dan ir-rekwiżit jinjora l-iżvilupp ta’ sistemi bħal SafeSeaNet u n-National Single Window u jirrikjedi li l-awtorità nazzjonali kompetenti tikkuntattja lill-kumpanija tat-trasport marittimu f’każ ta’ emerġenza. Dan jikkonforma għal kollox mal-programm REFIT tal-Kummissjoni u għandu l-għan li jisfrutta l-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni tar-reġistrazzjoni, tat-trażmissjoni, tal-aċċess u tal-protezzjoni tad-data. |
3.3. |
Operazzjoni effettiva ta’ tiftix u salvataġġ teħtieġ aċċess immedjat għal data preċiża fir-rigward tal-persuni abbord. It-test kurrenti tad-direttiva ma jiżgurax dan b’mod suffiċjenti. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li r-rekwiżiti eżistenti jiġu aġġornati, iċċarati u ssimplifikati għall-għadd u għar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ abbord vapuri tal-passiġġieri filwaqt li jitjieb il-livell ta’ sikurezza li jipprovdu. |
3.4. |
Ir-rekwiżit biex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar il-persuni abbord f’sistema elettronika eżistenti (li f’każ ta’ emerġenza tippermetti li d-data tiġi aċċessata immedjatament mill-awtorità kompetenti) huwa meqjus bħala qabża ‘l quddiem meta mqabbel mal-livell attwali ta’ sikurezza, mingħajr ma jiġġenera spejjeż sinifikanti għall-operaturi jew għall-amministrazzjonijiet awtorizzati. |
3.5. |
Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi t-tneħħija tar-rekwiżit ta’ rappurtar doppju ta’ passiġġieri u tallinja r-rekwiżiti ta’ rapportar eżistenti għall-operaturi kollha, billi tippermetti li l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ persuni abbord għandha tiġi rreġistrata f’sistema elettronika eżistenti. F’każ ta’ emerġenza jew inċident, dan jippermetti li d-data tintbagħat minnufih lill-awtorità kompetenti minflok tittieħed mis-sistema tal-kumpanija, qabel it-tluq jew il-wasla f’kull port tal-UE. Dan jiżgura wkoll li t-tagħrif meħtieġ dwar l-ekwipaġġ u l-passiġġieri — għal kull vjaġġ ta’ aktar minn għoxrin mil nawtiku — ser ikun irreġistrat fl-istess sistema elettronika minflok fis-sistema tal-kumpanija, qabel it-tluq jew il-wasla f’kull port tal-UE. |
3.6. |
Tipproponi wkoll dawn id-dispożizzjonijiet: l-evitar ta’ rduppjar u l-bżonn – li għal kull vjaġġ ta’ aktar minn għoxrin mil nawtiku – in-nazzjonalità tal-passiġġieri tkun reġistrata u trażmessa lil awtorità kompetenti, billi tuża l-istess mezzi u kriterji bħalma jintużaw fir-reġistrar u t-trażmissjoni ta’ data, isem, età, eċċ. (li hija diġà rekwiżita); li jiġu ċċarati d-definizzjonijiet tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri fid-Direttiva 98/41/KE, bħat-tul tal-vjaġġ; it-tħassir tar-rekwiżit għall-approvazzjoni tas-sistemi tar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri mid-Direttiva 98/41/KE; u l-allinjament tal-mekkaniżmu tar-rappurtar tal-eżenzjonijiet/ekwivalenzi taħt id-Direttivi 2009/45/KE u 98/41/KE. Il-proposta tirfina wkoll id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti korrispondenti tad-Direttiva 98/41/KE. |
3.7. |
Il-proposta tiżgura li l-kompetizzjoni tkun tista’ tkompli sseħħ fl-ilmijiet tal-UE bl-istess mod għall-operaturi kollha. |
4. Kummenti ġenerali
4.1. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE bħala kontribut sinifikanti lejn l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) u l-programm għat-titjib tal-ambjent regolatorju tal-UE. |
4.2. |
Il-Kumitat iqis li l-użu propost ta’ metodi moderni ta’ komunikazzjoni elettronika għar-rappurtar huwa xieraq u se jżid l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ persuni li jbaħħru abbord bastimenti tal-passiġġieri. |
4.3. |
Il-KESE jemmen li l-emenda proposta se twassal għal sikurezza akbar għat-tbaħħir fl-ilmijiet tal-UE u se tikkontribwixxi biex tagħmel ix-xogħol ta’ salvataġġ aktar effiċjenti f’każ ta’ diżastri marittimi. |
4.4. |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li tiżdied in-nazzjonalità mal-informazzjoni rreġistrata sabiex, f’każ ta’ diżastri marittimi, il-familji jistgħu jkunu infurmati aktar malajr dwar qraba li kienu abbord u tkun tista’ tiġi evitata l-inċertezza dwar x’ġara minnhom. |
4.5. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea, li matul il-preparazzjoni tal-emenda riveduta tad-direttiva wettqet konsultazzjonijiet immirati ma’ professjonisti li jaħdmu fl-industrija tat-tbaħħir kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-pubbliku li jivvjaġġa. Ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet jinġabru fil-qosor u huma evalwati fid-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni li jinsab anness mal-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE. Il-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet huma inkorporati fid-direttiva proposta. |
4.6. |
Il-KESE jikkunsidra li huwa neċessarju li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-data personali li hija suġġetta għal reġistrazzjoni, kif ukoll li d-Direttiva 98/41/KE tiġi aġġornata skont l-iżviluppi legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari tar-Regolament futur (UE) 2016/679. |
5. Kummenti speċifiċi
5.1. |
Fil-fehma tal-KESE, il-protezzjoni tal-informazzjoni personali għandha tkun kontrobilanċjata minn rekwiżiti rigward l-aċċessibbiltà ristretta għal din id-data li għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fuq talba (il-mekkaniżmu ta’ skambju fil-każ ta’ emerġenza jew wara inċident tkun is-sistema SafeSeaNet kif definita fid-Direttiva 2002/59/KE). Bl-istess mod bħan-National Single Window, is-SafeSeaNet hija bbażata fuq id-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali u tistipula sigurtà ddefinita b’mod ċar u drittijiet ta’ aċċess. Il-KESE jirrakkomanda li jiġi speċifikat il-perjodu ta’ żamma fid-dettall fil-proposta għal Direttiva. |
5.2. |
Fil-fehma tal-KESE, it-trażmissjoni proposta lin-National Single Window għandha tiżgura b’mod rigoruż li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità (kif definiti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/65/UE) u li t-trażmissjoni tad-data tikkonforma mad-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali. |
5.3. |
Il-KESE, b’konformità mar-riżultati ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar konsultazzjoni, jirrimarka fuq il-kwistjoni ta’ trasportaturi żgħar u l-ħtieġa li dawn jiġu protetti kontra żieda fil-burokrazija. Għal din ir-raġuni, il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, li għandha tippermetti kumpaniji żgħar li jissodisfaw rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni permezz ta’ konnessjoni tal-Internet bħala alternattiva irħas u aktar flessibbli, jew jagħżlu li jittrażmettu l-għadd ta’ persuni abbord permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni awtomatika, sistema ta’ xandir marittima bbażata fuq it-trażmissjoni ta’ sinjali tar-radju ta’ frekwenza għolja ħafna. Dan jippermetti liċ-ċentru lokali tat-tiftix u s-salvataġġ biex faċilment jikseb data dwar in-numru ta’ persuni abbord, fi kwalunkwe ħin, irrispettivament mid-disponibbiltà ta’ persuna ta’ kuntatt. |
5.4. |
Il-KESE japprezza l-fatt li l-proposta għal direttiva hija akkumpanjata minn pjan ta’ implimentazzjoni li jelenka l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati l-miżuri ta’ simplifikazzjoni u jiġu identifikati l-isfidi prinċipali tal-implimentazzjoni tekniċi, legali u marbuta maż-żmien konnessi mal-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri ġodda. |
Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2016.
President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS