This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015HB0049
Recommendation of the European Central Bank of 17 December 2015 on dividend distribution policies (ECB/2015/49)
Rakkomandazzjoni Tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar politiki għad-distribuzzjoni ta’ dividendi (BĊE/2015/49)
Rakkomandazzjoni Tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar politiki għad-distribuzzjoni ta’ dividendi (BĊE/2015/49)
ĠU C 438, 30.12.2015, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 438/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Diċembru 2015
dwar politiki għad-distribuzzjoni ta’ dividendi
(BĊE/2015/49)
(2015/C 438/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIVI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) u l-Artikolu 132 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2),
Billi:
Jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkomplu jħejju għal applikazzjoni f’waqtha u sħiħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) f’ambjent makroekonomiku u finanzjarju ta’ sfida li jeżerċita pressjoni fuq il-profittabbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, bħala riżultat, fuq il-kapaċità tagħhom li jibnu l-bażijiet kapitali tagħhom. Barra minn hekk, waqt li huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiffinanzjaw l-ekonomija, politika ta’ distribuzzjoni konservattiva hija parti minn sistema ta’ ġestjoni adegwata tar-riskju u servizzi bankarji sodi. Għandu jiġi applikat l-istess metodu li ġie stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BĊE/2015/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew (5),
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I.
1. |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistabbilixxu politiki ta’ dividendi billi jużaw suppożizzjonijiet konservattivi u prudenti sabiex, wara kull distribuzzjoni, jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali applikabbli.
Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati kemm fuq livell ikkonsolidat kif ukoll fuq bażi individwali ħlief jekk l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali tkun ġiet irrinunzjata fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, |
2. |
Fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jħallsu dividendi (7) fl-2016 għas-sena finanzjarja 2015, il-BĊE jirrakkomanda li: (a) Kategorija 1 : Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali applikabbli kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) (b) u (c), u li jkunu diġà laħqu l-proporzjonijiet tagħhom li jkunu mgħobbija totalment kif imsemmi fil-paragrafu 1(d) fil-31 ta’ Diċembru 2015, għandhom jiddistribwixxu l-profitti netti tagħhom bħala dividendi b’mod konservattiv sabiex ikunu jistgħu jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha anki fil-każ ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ddeterjorati; (b) Kategorija 2 : Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali applikabbli kif imsemmi fil-paragrafu 1 (a), (b) u (c) fil-31 ta’ Diċembru 2015 imma ma laħqux il-proporzjonijiet mgħobbija kollha kif imsemmi fil-paragrafu 1(d) fil-31 ta’ Diċembru 2015 għandhom jiddistribwixxu il-profitti netti tagħhom bħala dividendi b’mod konservattiv sabiex ikunu jistgħu jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha anki fil-każ ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ddeterjorati. Barra minn hekk, fil-prinċipju għandhom iħallsu biss dividend sakemm, bħala minimu, tiġi żgurata mogħdija lineari (8) lejn il-proporzjonijiet totalment mgħobbija kif imsemmi fil-paragrafu 1(d); (c) Kategorija 3 : Istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) jew (c), fil-prinċipju m’għandhom iqassmu ebda dividend. L-Istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jistgħux jikkonformaw ma’ din ir-Rakkomandazzjoni għaliex jikkunsidraw lilhom nnifishom li huma huma legalment meħtieġa li jħallsu dividendi għandhom jikkuntattjaw lit-tim superviżorju konġunt minnufih. |
II.
Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lil entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 2(16) u (22) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).
III.
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata wkoll lill-awtorità nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet nominati fir-rigward ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 2(7) u (23) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17). L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet nominati huma mistennija li japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni għal dawk l-entitajiet u gruppi, kif jidhrilhom li huwa xieraq (9).
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Diċembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.
(3) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Rakkomandazzjoni BĊE/2015/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Jannar 2015 dwar politiki għad-distribuzzjoni ta’ dividendi (ĠU C 51, 13.2.2015, p. 1).
(6) Il-bafers kollha fil-livelli totalment mgħobbija ħlief għall-bafer ta’ konservazzjoni kapitali, li għal raġunijiet metodoloġiċi jiġu ffissati fil-livell ta’ introduzzjoni gradwali tal-2016 għall-kalkoli mgħobbija totalment.
(7) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jista’ jkollhom diversi forom legali, eż. kumpaniji elenkati u kumpanniji mhux b’ishma konġunti bħal kumpaniji reċiproki, kooperattivi jew istituzzjonijiet ta’ tfaddil. It-terminu “dividend” kif użat f’din ir-rakkomandazzjoni jirreferi għal kwalunkwe tip ta’ ħlas fi flus kontanti li jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali.
(8) Fil-prattika, dan ifisser li fuq perijodu ta’ erba’ snin li jibda fil-31 ta’ Diċembru 2014, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-prinċipju għandhom iżommu ta’ mill-inqas 25 % fis-sena tad-distakk lejn il-proporzjon ta’ kapital tagħhom mgħobbi totalment tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1, il-proporzjon tal-kapital tagħhom ta’ Grad 1 u l-proporzjon tal-kapital totali tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1(d).
(9) Jekk ir-rakkomandazzjoni tiġi applikata lil entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, li jikkunsidraw lilhom innifishom li ma jistgħux jikkonformaw għaliex jifhmu li huma legalment meħtieġa li jħallsu dividendi huma għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom.