Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0135

    Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni * Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2011)0121 – C7-0092/2011 – 2011/0058(CNS))

    ĠU C 258E, 7.9.2013, p. 134–144 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 258/134


    Il-Ħamis 19 ta’ April 2012
    Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni *

    P7_TA(2012)0135

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2011)0121 – C7-0092/2011 – 2011/0058(CNS))

    2013/C 258 E/25

    (Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0121),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0092/2011),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, skont il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, mill-Parlament Bulgaru, il-Kamra tar-Rappreżentanti Irlandiża, il-Parlament Malti, il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, id-Diet Pollakka, il-Kamra tad-Deputati Rumena, il-Parlament Slovakk, il-Parlament Svediż u l-House of Commons tar-Renju Unit, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġislattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0080/2012),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni tibdel il-proposta tagħha kif xieraq, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

    5.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

    TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

    EMENDA

    Emenda 1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1

    (1)

    Il-kumpaniji li jfittxu li jagħmlu negozju bejn il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni jiltaqgħu ma’ ostakoli serji u tfixkil tas-suq minħabba l-eżistenza ta’ 27 sistema fiskali korporattiva differenti. Dawn l-ostakoli u tfixkil jimpedixxu l-funzjonament korrett tas-suq intern. Huma joħolqu diżinċentivi għall-investiment fl-Unjoni u jmorru kontra l-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv . Huma ma jaqblux ukoll mar-rekwiżiti ta’ ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna.

    (1)

    Il-kumpaniji li jfittxu li jagħmlu negozju bejn il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni jiltaqgħu ma’ ostakoli serji u tfixkil tas-suq minħabba l-eżistenza ta’ 27 sistema fiskali korporattiva differenti. Dawn l-ostakoli u tfixkil jimpedixxu l-funzjonament korrett tas-suq intern. Huma joħolqu diżinċentivi għall-investiment fl-Unjoni u jmorru kontra l-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv , għall-Patt Euro Plus u għall-integrazzjoni ekonomika, baġitarja u fiskali meħtieġa sabiex tiġi stabbilita ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna.

    Emenda 2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1a (ġdida)

     

    (1a)

    Aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali tista’ twassal għal tnaqqis sinifikanti fir-rigward tal-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għan-negozji nvoluti f' attivitajiet transkonfinali fl-Unjoni.

    Emenda 3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2

    (2)

    L-ostakoli fiskali g ħall-kummerċ transkonfinali huma partikolarment severi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, li ħafna drabi ma għandhomx ir-riżorsi sabiex isolvu l-ineffiċjenzi tas-suq.

    (2)

    L-ostakoli fiskali jistgħu jkunu partikolarment severi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li huma involuti f’attivitajiet transkonfinali, peress li l-SMEs ħafna drabi ma għandhomx ir-riżorsi sabiex isolvu l-ineffiċjenzi tas-suq.

    Emenda 4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2a (ġdida)

     

    (2a)

    Il-kompetizzjoni ġusta fir-rigward tar-rati tat-taxxa għandha tiġi mħeġġa fil-livell tal-Istati Membri u anki fil-livell reġjonali għar-reġjuni b’setgħat fiskali u leġislattivi.

    Emenda 5

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3a (ġdida)

     

    (3a)

    It-titjib tas-suq intern hu l-fattur ewlieni li jinkoraġġixxi t-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol. L-introduzzjoni tal-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva ( BKKTK) għandha ssaħħaħ it-tkabbir u twassal għal aktar impjiegi fl-Unjoni billi tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u l-burokrazija għall-kumpaniji, partikolarment għan-negozji żgħar involuti f' attivitajiet transkonfinali.

    Emenda 6

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4a (ġdida)

     

    (4a)

    Peress li s-suq intern iħaddan I-Istati Membri kollha, BKKTK għandha tiġi introdotta fl-Istati Membri kollha. Madankollu, jekk il-Kunsill jonqos milli jadotta deċiżjoni unanima dwar il-proposta li tiġi stabbilita BKKTK, huwa xieraq li tibda mingħajr dewmien il-proċedura għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-BKKTK. Kooperazzjoni msaħħa bħal din għandha tinbeda mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro iżda għandha tkun miftuħa fi kwalunkwe mument għal Stati Membri oħra b'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea .

    Emenda 7

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4b (ġdida)

     

    (4b)

    Ċerti forom li jispikkaw ta' kompetizzjoni fiskali, ottimizzazzjoni tat-taxxa u arbitraġġ fiskali jistgħu jnaqqsu d-dħul ta' xi Stati Membri u joħolqu distorsjonijiet dwar it-tassazzjoni bejn il-kapital, li huwa mobbli, u x-xogħol, li huwa anqas mobbli. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinament u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja jesiġu li l-Istati Membri, b'mod partikolari dawk li l-munita tagħhom hija l-euro, ikunu konformi ma' dixxiplina fiskali stretta, filwaqt li fl-istess ħin japplikaw kontrolli ta' nfiq u jiġġeneraw dħul suffiċjenti mit-taxxi. Għal dawn ir-raġunijiet, u minħabba li l-Patt Euro Plus miftiehem mill-Kapijiet tal-Istat jew Gvern ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jipprevedi li l-iżvilupp tal-BKKTK "jista' jkun mod 'il quddiem għal dħul newtrali biex tiġi żgurata konsistenza fost is-sistemi fiskali nazzjonali filwaqt li tirrispetta l-istrateġiji nazzjonali tat-taxxa, u tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fiskali u l-kompetittività tan-negozji Ewropej", huwa importanti ħafna li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma kapaċi jonoraw l-impenji baġitarji tagħhom, sabiex titħares l-istabbiltà taż-żona euro kollha kemm hi, u jaqbel li l-BKKTK tiġi applikata kemm jista' jkun malajr għall-akbar għadd ta' kumpaniji possibbli.

    Emenda 8

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4c (ġdida)

     

    (4c)

    Fid-dawl tar-rwol vitali li l-SMEs għandhom fis-suq intern, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli għall-SMEs involuti attivitajiet transkonfinali, strument li jtaffi l-piż amministrattiv u l-ispejjeż u li b'hekk jippermettilhom li jagħżlu li jissieħbu volontarjament fis-sistema BKKTK.

    Emenda 9

    Proposta għal direttiva

    Premessa 5

    (5)

    Billi d-differenzi fir-rati ta’ tassazzjoni ma joħolqux l-istess ostakoli, is-sistema (il-Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (CCCTB)) mhux bilfors taffettwa d-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tar-rata(i) nazzjonali tagħhom ta’ tassazzjoni għall-kumpaniji.

    (5)

    Billi d-differenzi fir-rati ta’ tassazzjoni ma joħolqux l-istess ostakoli, is-sistema BKKTKmhux bilfors taffettwa d-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tar-rata/i nazzjonali tagħhom ta’ tassazzjoni għall-kumpaniji. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iżommu s-setgħa wkoll li jadottaw ċerti inċentivi għan-negozji, b'mod partikolari fil-forma tal-kreditu tat-taxxa.

    Emenda 10

    Proposta għal direttiva

    Premessa 5a (ġdida)

     

    (5a)

    Din id-Direttiva m' għandhiex l-għan li tarmonizza tar-rati tat-taxxa korporattivi tal-Istati Membri. Jekk, madankollu, isir evidenti li l-effiċjenza, l-effikaċja u l-ekwitabbiltà ekonomika tat-tassazzjoni korporattiva se jibbenefikaw minn armonizzazzjoni partikolari tar-rati, il-Kummissjoni għandha tqis jekk tali armonizzazzjoni hija xierqa meta tkun qiegħda teżamina mill-ġdid l-applikazzjoni tad-din id-Direttiva. Dan huwa aktar importanti peress li l-evoluzzjoni tar-rati tat-taxxa korporattiva fl-Istati Membri tagħmilha ċara li l-kompetizzjoni fiskali fis-suq intern għandha impatt. Għalhekk huwa utli, fl-ispirtu tar-Rapport intitolat "Strateġija Ġdida għas-Suq Wieħed" tad-9 ta' Mejju 2010, li jiġi determinat jekk l-impatt ta' kompetizzjoni bħal din huwiex ta' benefiċċju jew ta' ħsara għall-kultura fiskali li hija adatta għas-suq intern tas-seklu 21. B'mod partikolari, għandha tingħata attenzjoni dwar jekk it-tneħħija tat-tensjoni sottostanti bejn l-integrazzjoni tas-suq u s-sovranità tat-taxxa hija wieħed mill-modi ta' kif tista' tirrikonċilja s-suq u d-dimensjoni soċjali tas-suq intern.

    Emenda 11

    Proposta għal direttiva

    Premessa 6

    (6)

    Il-konsolidament huwa element essenzjali ta’ tali sistema, billi l-ostakoli fiskali prinċipali li jiffaċċjaw il-kumpaniji fl-Unjoni jistgħu jiġu indirizzati biss b’dak il-mod. Huwa jelimina l-formalitajiet tal-ipprezzar tat-trasferimenti u t-taxxa doppja fi ħdan il-grupp. Barra minn hekk, it-telf li jagħmlu l-kontribwenti jiġi awtomatikament paċut kontra l-profitti ġġenerati minn membri oħra tal-istess grupp.

    (6)

    Il-konsolidament huwa element essenzjali ta’ tali sistema, billi l-ostakoli fiskali prinċipali li jiffaċċjaw il-kumpaniji tal-istess grupp involuti f' attivitajiet transkonfinali fl-Unjoni jistgħu jiġu indirizzati biss b’dak il-mod. Huwa jelimina l-formalitajiet tal-ipprezzar tat-trasferimenti u t-taxxa doppja fi ħdan il-grupp. Barra minn hekk, it-telf li jagħmlu l-kontribwenti jiġi awtomatikament paċut kontra l-profitti ġġenerati minn membri oħra tal-istess grupp.

    Emenda 12

    Proposta għal direttiva

    Premessa 6a (ġdida)

     

    (6a)

    Il-bażi tat-taxxa wiesgħa, il-konsolidament u s-setgħat ta' diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tar-rati tat-taxxa korporattivi nazzjonali tagħhom jagħmlu l-BKKTK operazzjoni newtrali f'termini ta' taxxa.

    Emenda 13

    Proposta għal direttiva

    Premessa 6b (ġdida)

     

    (6b)

    Sakemm l-użu tal-BKKTK ikun qiegħed jaffettwa d-dħul mit-taxxa tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li, bi qbil mas-sistemi kostituzzjonali tagħhom u b'mod li jkun kumpatibbli ma' din id-Direttiva, jadottaw miżuri biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni.

    Emenda 14

    Proposta għal direttiva

    Premessa 8

    (8)

    Billi sistema bħal din hija mfassla prinċipalment biex taqdi l-ħtiġijiet tal-kumpaniji li joperaw b'mod transkonfinali, hija għandha tkun skema fakultattiva, li takkumpanja s-sistemi fiskali korporattivi nazzjonali eżistenti.

    (8)

    Billi din id-Direttiva hija mfassla prinċipalment għall-benefiċċju tal-kumpaniji li joperaw b'mod transkonfinali , mingħajr madankollu ma teskludi kumpaniji oħra, hija mfassla bħala sistema fakultattiva , li tippermetti l-kumpaniji kollha eliġibbli l-għażla li jkunu parti mis-sistema. Madankollu, kumpaniji Ewropej u s-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej, li huma definiti bħala kumpaniji transnazzjonali, huma kkunsidrati li għażlu li japplikaw is-sistema prevista b'din id-Direttiva minn sentejn wara d-data t' applikazzjoni. Il-kumpaniji kollha l-oħra li jikkwalifikaw fl-ambitu ta' din id-Direttiva, għajr l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/EC (1), għandhom ukoll japplikaw din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar minn ħames snin wara d-data t' applikazzjoni. Meta jevalwaw l-impatt tal-BKKTK, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk għandhiex ukoll issir obbligatorja għal tali intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

    Emenda 15

    Proposta għal direttiva

    Premessa 20

    (20)

    Is-sistema għandha tinkludi regola ġenerali kontra l-abbużi, supplimentata b’miżuri sabiex jiġu kkontrollati tipi speċifiċi ta’ prattiċi abbużivi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu limitazzjonijiet fuq it-tnaqqis tal-imgħax imħallas lil impriżi assoċjati residenti għal finijiet ta’ taxxa f’pajjiż ta’ taxxi baxxi barra l-Unjoni li ma jiskambjax informazzjoni mal-Istat Membru tal-kontribwent fuq il-bażi ta’ ftehim paragunabbli mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-tassazzjoni tal-primjums tal-assigurazzjoni u regoli dwar il-kumpaniji barranin ikkontrollati.

    (20)

    Is-sistema għandha tinkludi regola ġenerali effikaċi kontra l-abbużi, supplimentata b’miżuri sabiex jiġu kkontrollati tipi speċifiċi ta’ prattiċi abbużivi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu limitazzjonijiet fuq it-tnaqqis tal-imgħax imħallas lil impriżi assoċjati residenti għal finijiet ta’ taxxa f’pajjiż ta’ taxxi baxxi barra l-Unjoni li ma jiskambjax informazzjoni mal-Istat Membru tal-kontribwent fuq il-bażi ta’ ftehim paragunabbli mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-tassazzjoni tal-primjums tal-assigurazzjoni u regoli dwar il-kumpaniji barranin ikkontrollati. L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jintroduċu u jikkoordinaw miżuri addizzjonali bejniethom sabiex inaqqsu l-effetti negattivi tal-pajjiżi b'rata ta' taxxa baxxa barra mill-Unjoni u li ma jiskambjawx l-informazzjoni fiskali neċessarja.

    Emenda 16

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21

    (21)

    Il-formula għat-tqassim tal-bażi għat-taxxa konsolidata għandha tinkludi tliet fatturi mogħtija l-istess piż (ħaddiema, assi u bejgħ). Il-fattur tal-ħaddiema għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tas-salarji u n-numru ta’ impjegati (kull element jgħodd in-nofs). Il-fattur tal-assi għandu jikkonsisti mill-assi tanġibbli fissi kollha. L-assi intanġibbli u finanzjarji għandhom jiġu esklużi mill-formula minħabba n-natura mobbli tagħhom u r-riskji ta’ tidwir mas-sistema. L-użu ta’ dawn il-fatturi jagħti piż xieraq lill-interessi tal-Istat Membru tal-oriġini. Fl-aħħar nett, għandu jitqies il-bejgħ sabiex tkun assigurata parteċipazzjoni ġusta tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Dawn il-fatturi u piżijiet għandhom jassiguraw li l-profitti jiġu intaxxati fil-post fejn jinkisbu. B'eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali, fejn l-eżitu tat-tqassim ma jirrappreżentax b'mod ġust il-livell ta' attività tan-negozju, klawsola ta' salvagwardja tipprovdi għal metodu alternattiv.

    (21)

    Il-formula għat-tqassim tal-bażi għat-taxxa konsolidata għandha tinkludi tliet fatturi (ħaddiema, assi u bejgħ). Filwaqt li l-fatturi tax-xogħol u tal-assi għandu jkollhom piż ta’ 45 % kull wieħed, il-fattur tal-bejgħ għandu jkollu piż ta’ 10 %. Il-fattur tal-ħaddiema għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tas-salarji u n-numru ta’ impjegati (kull element jgħodd in-nofs). Il-fattur tal-assi għandu jikkonsisti mill-assi tanġibbli fissi kollha. L-assi intanġibbli u finanzjarji għandhom jiġu esklużi mill-formula minħabba n-natura mobbli tagħhom u r-riskji ta’ tidwir mas-sistema. L-użu ta’ dawn il-fatturi jagħti piż xieraq lill-interessi tal-Istat Membru tal-oriġini. Fl-aħħar nett, għandu jitqies il-bejgħsabiex tkun assigurata parteċipazzjoni ġusta tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Dawn il-fatturi u piżijiet għandhom jassiguraw li l-profitti jiġu intaxxati fil-post fejn jinkisbu. B'eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali, fejn l-eżitu tat-tqassim ma jirrappreżentax b'mod ġust il-livell ta' attività tan-negozju, klawsola ta' salvagwardja tipprovdi għal metodu alternattiv.

    Emenda 17

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21a (ġdida)

     

    (21a)

    Ir-regoli komuni dwar il-kalkolu ta-BKKTK ma għandhomx iwasslu għal spejjeż ammininstrattivi sproporzjonati għall-kumpaniji, sabiex tiġi evitata ħsara għall-kompetittività tagħhom.

    Emenda 18

    Proposta għal direttiva

    Premessa 23

    (23)

    Gruppi ta’ kumpaniji għandhom ikunu kapaċi jittrattaw ma’ amministrazzjoni fiskali waħda (‘awtorità fiskali prinċipali’), li għandha tkun dik tal-Istat Membru li fih tkun residenti l-kumpanija holding tal-grupp (‘kontribwent prinċipali’) għall-finijiet tat-taxxa. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi wkoll regoli proċedurali għall-amministrazzjoni tas-sistema. Hija għandha tipprovdi wkoll għal mekkaniżmu ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem. L-awditi għandhom jinbdew u jkunu kkoordinati mill-awtorità fiskali prinċipali iżda l-awtoritajiet ta’ kwalunkwe Stat Membru li fih ikun suġġett għat-taxxa membru tal-grupp jistgħu jitolbu li jinbeda awditu. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti jew stabbilit membru tal-grupp tista’ tisfida deċiżjoni tal-awtorità fiskali prinċipali fir-rigward tal-avviż ta’ għażla jew ta’ valutazzjoni emendata quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità fiskali prinċipali. Il-kwistjonijiet bejn il-kontribwenti u l-awtoritajiet fiskali għandhom jiġu ttrattati minn organu amministrattiv li jkun kompetenti biex jisma’ l-appelli fl-ewwel istanza skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità fiskali prinċipali.

    (23)

    Gruppi ta’ kumpaniji għandhom ikunu kapaċi jittrattaw ma’ amministrazzjoni fiskali waħda (‘awtorità fiskali prinċipali’), li għandha tkun awtorità tal-Istat Membru li fih tkun residenti l-kumpanija holding tal-grupp (‘kontribwent prinċipali’) għall-finijiet tat-taxxa. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi wkoll regoli proċedurali għall-amministrazzjoni tas-sistema. Hija għandha tipprovdi wkoll għal mekkaniżmu ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem. L-awditi għandhom jinbdew u jkunu kkoordinati mill-awtorità fiskali prinċipali iżda l-awtoritajiet ta’ kwalunkwe Stat Membru li fih ikun suġġett għat-taxxa membru tal-grupp jistgħu jitolbu li jinbeda awditu. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti jew stabbilit membru tal-grupp tista’ tisfida deċiżjoni tal-awtorità fiskali prinċipali fir-rigward tal-avviż ta’ għażla jew ta’ valutazzjoni emendata quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità fiskali prinċipali. Il-kwistjonijiet bejn il-kontribwenti u l-awtoritajiet fiskali għandhom jiġu ttrattati minn organu amministrattiv li jkun kompetenti biex jisma’ l-appelli fl-ewwel istanza skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità fiskali prinċipali.

    Emenda 19

    Proposta għal direttiva

    Premessa 23a (ġdida)

     

    (23a)

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi forum ġdid dwar il-BKKTK, simili għall-Forum Konġunt dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment (JTPF), li lilu l-kumpaniji u l-Istati Membri jkunu jistgħu jirreferu d-domandi u t-tilwim relatati mal-BKKTK. Dan il-forum għandu jkun jista' jagħti direzzjoni lill-kumpaniji u lill-Istati Membri.

    Emenda 20

    Proposta għal direttiva

    Premessa 27a (ġdida)

     

    (27a)

    Din id-Direttiva fiha approċċ radikalment ġdid għal komponent essenzjali ta' tassazzjoni korporattiva. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tmexxi analiżi bir-reqqa u valutazzjoni indipendenti hekk kif dan jista' jsir b'mod sinifikanti. Minħabba ċ-ċiklu inerenti għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tat-tassazzjoni korporattiva, l-ebda valutazzjoni serja ma tista' ssir matul l-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-analiżi u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tinkludi eżami tal-punti li ġejjin: il-karattru fakultattiv tal-BKKTK, ir-restrizzjoni tal-armonizzazzjoni tal-bażi tat-taxxa, il-formola għall-kalkolu tat-tqassim, u kunsiderazzjonijiet ta' prattiċità tar-regoli għall-SMEs flimkien mal-impatt fuq id-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri.

    Emenda 21

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6a (ġdid)

     

    Artikolu 6 a

    Kumpaniji Ewropej u Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej

    Minn … (2), Kumpaniji Ewropej u Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej eliġibbli, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Anness I, għandhom jiġu kkunsidrati bħala kumpaniji li għażlu li japplikaw din id-Direttiva.

    Emenda 22

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6b (ġdid)

     

    L-Artikolu 6b

    Applikazzjoni għal kumpaniji eliġibbli oħra

    Minn … (3), kumpaniji eliġibbli minbarra impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, għandhom japplikaw din id-Direttiva.

    Emenda 23

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 12 – paragrafu 1

    L-ispejjeż deduċibbli għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha tal-bejgħ u l-ispejjeż wara li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li jkun għamel il-kontribwent biex jikseb jew jassigura d-dħul, inklużi l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp u l-ispejjeż magħmula fil-kisba tal-ekwità jew id-dejn għall-finijiet tan-negozju.

    L-ispejjeż deduċibbli għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha tal-bejgħ u l-ispejjeż wara li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud deduċibbli li jkun għamel il-kontribwent biex jikseb jew jassigura d-dħul, inklużi l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp u l-ispejjeż magħmula fil-kisba tal-ekwità jew id-dejn għall-finijiet tan-negozju. L-ispejjeż rikorrenti relatati mal-ħarsien tal-ambjent u mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala spejjeż deduċibbli.

    Emenda 24

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt j

    (j)

    it-taxxi elenkati fl-Anness III, bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa imposti fuq il-prodotti tal-enerġija, l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, u t-tabakk immanifatturat.

    (j)

    it-taxxi elenkati fl-Anness III.

    Emenda 25

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt c

    (c)

    il-provvedimenti tekniċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva 91/674KEE għandhom ikunu deduċibbli, bl-eċċezzjoni tal-provvedimenti ta’ ugwalizzazzjoni. Stat Membru jista’ jipprovdi għat-tnaqqis tal-provvedimenti ta’ ugwalizzazzjoni . Fil-każ ta’ grupp, kwalunkwe tnaqqis bħal dan fil-provvedimenti ta’ ugwalizzazzjoni għandu jiġi applikat għas-sehem imqassam tal-membri tal-grupp residenti jew sitwati f’dak l-Istat Membru. L-ammonti mnaqqsa għandhom jiġu riveduti u aġġustati fit-tmiem ta’ kull sena fiskali. Meta tiġi kkalkulata l-bażi għat-taxxa fis-snin futuri, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti li jkunu diġà tnaqqsu.

    (c)

    il-provvedimenti tekniċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva 91/674/KEE għandhom ikunu deduċibbli, bl-eċċezzjoni tal-provvedimenti ta’ ugwalizzazzjoni. Stat Membru li, f’konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva 91/674/KEE, ikun introduċa r-rekwiżit fil-liġi kummerċjali ta' dispożizzjonijiet ta’ ekwalizzazzjoni għandu jipprovdi wkoll il-possibbiltà li tali dispożizzjonijiet jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa. Fil-każ ta’ grupp, kwalunkwe tnaqqis bħal dan fil-provvedimenti ta’ ugwalizzazzjoni għandu jiġi applikat għas-sehem imqassam tal-membri tal-grupp residenti jew sitwati f’dak l-Istat Membru. L-ammonti mnaqqsa għandhom jiġu riveduti u aġġustati fit-tmiem ta’ kull sena fiskali. Meta tiġi kkalkulata l-bażi għat-taxxa fis-snin futuri, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti li jkunu diġà tnaqqsu.

    Emenda 26

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 48

    Meta kontribwent ikun ġarrab telf qabel daħal fis-sistema prevista minn din id-Direttiva, li seta’ jiġi riportat skont il-liġi nazzjonali applikabbli iżda li jkun għadu ma ġiex paċut kontra l-profitti taxxabbli, dak it-telf jista’ jitnaqqas mill-bażi għat-taxxa safejn previst skont il-liġi nazzjonali.

    Meta kontribwent ikun ġarrab telf qabel daħal fis-sistema prevista minn din id-Direttiva, li seta’ jiġi riportat skont il-liġi nazzjonali applikabbli iżda li jkun għadu ma ġiex paċut kontra l-profitti taxxabbli, dak it-telf jista’ jitnaqqas mill-parti tal-bażi tat-taxxa ntaxxata fl-Istat Membru li fih kienet tapplika l-liġi nazzjonali applikabbli preċedenti safejn previst skont il-liġi nazzjonali.

    Emenda 27

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt a

    (a)

    taxxa fuq il-profitti, skont ir-reġim ġenerali f’dak il-pajjiż terz, b’rata statutorja ta’ taxxa korporattiva iżjed baxxa minn 40 % tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri;

    (a)

    taxxa fuq il-profitti, skont ir-reġim ġenerali f’dak il-pajjiż terz, b’rata statutorja ta’ taxxa korporattiva iżjed baxxa minn 70 % tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri;

    Emenda 28

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 80 – paragrafu 1

    It-tranżazzjonijiet artifiċjali li jsiru għall-iskop biss li tiġi evitata t-taxxa għandhom jiġu injorati fil-kalkolazzjoni tal-bażi għat-taxxa.

    It-tranżazzjonijiet artifiċjali li jsiru prinċipalment għall-iskop li tiġi evitata t-taxxa għandhom jiġu injorati fil-kalkolazzjoni tal-bażi għat-taxxa.

    Emenda 29

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt b

    (b)

    bir-reġim ġenerali fil-pajjiż terz, il-profitti jkunu taxxabbli b’rata tat-taxxa korporattiva statutorja iżjed baxxa minn 40 % tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri, jew l-entità tkun suġġetta għal reġim speċjali li jippermetti livell konsiderevolment aktar baxx ta’ tassazzjoni minn dak tar-reġim ġenerali;

    (b)

    bir-reġim ġenerali fil-pajjiż terz, il-profitti jkunu taxxabbli b’rata tat-taxxa korporattiva statutorja iżjed baxxa minn 70 % tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri, jew l-entità tkun suġġetta għal reġim speċjali li jippermetti livell konsiderevolment aktar baxx ta’ tassazzjoni minn dak tar-reġim ġenerali;

    Emenda 30

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 86 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    1.   Il-bażi għat-taxxa konsolidata għandha tinqasam bejn il-membri tal-grupp f’kull sena fiskali fuq il-bażi ta’ formula għat-tqassim. Sabiex tistabbilixxi s-sehem imqassam ta’ membru tal-grupp A, il-formula għandha tieħu l-forma li ġejja, billi tagħti piż indaqs lill-fatturi tal-bejgħ, tal-ħaddiema u tal-assi:

    1.   Il-bażi għat-taxxa konsolidata għandha tinqasam bejn il-membri tal-grupp f’kull sena fiskali fuq il-bażi ta’ formula għat-tqassim. Sabiex tistabbilixxi s-sehem imqassam ta’ membru tal-grupp A, il-formula għandha tieħu l-forma li ġejja, billi tkopri l-fatturi tal-bejgħ, tal-ħaddiema u tal-assi:

    Emenda 31

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 86 – paragrafu 1 – formola

    Formula

    Formula

    Emenda 32

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 110 – paragrafu 1a (ġdid)

     

    1a.     Il-Kummissjoni għandha tfassal format uniformi tad-dikjarazzjoni tat-taxxa b’kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri.

    Emenda 33

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 122 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    1.   L-awtorità fiskali prinċipali tista’ tibda u tikkoordina verifiki ta’ membri ta’ grupp. Tista’ tinbeda verifika wkoll fuq talba ta’ awtorità kompetenti.

    1.   L-awtorità fiskali prinċipali tista’ tibda u tikkoordina verifiki ta’ membri ta’ grupp. Tista’ tinbeda verifika wkoll fuq talba ta’ awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' residenza tal-membru tal-grupp fl-Istat Membru fejn ġie stabbilit il-membru tal-grupp.

    Emenda 34

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 123a (ġdid)

     

    Artikolu 123a

    Forum BKKTK:

    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi forum ġdid dwar il-BKKTK, li lilu l-kumpaniji u l-Istati Membri jkunu jistgħu jirreferu d-domandi u t-tilwim relatati mal-BKKTK. Dak il-forum għandu jkun jista' jagħti direzzjoni lill-kumpaniji u lill-Istati Membri

    Emenda 35

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 130

    Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni ta’ kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew ir-revoka tad-delegazzjoni tas-setgħat mill-Kunsill.

    Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni ta’ kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew ir-revoka tad-delegazzjoni tas-setgħat mill-Kunsill. Kwalunkwe valutazzjoni futura tal-istrument għandha tiġi komunikata lill-membri tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.

    Emenda 36

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 132 a (ġdid)

     

    Artikolu 132 a

    SMEs transkonfinali

    Sa … (4), il-Kummissjoni għandha tipprevedi strument li jippermetti lill-SMEs involuti f' attivitajiet transkonfinali li jagħżlu li jkunu parti minn skema tal-BKKTK fuq bażi volontarja.

    Emenda 37

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 133

    Il-Kummissjoni għandha, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari jinkludi analiżi tal-impatt tal-mekkaniżmu mwaqqaf fil-Kapitolu XVI ta' din id-Direttiva dwar id-distribuzzjoni tal-bażijiet tat-taxxa bejn l-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni għandha sa …  (5), teżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tagħha. Ir-rapport għandu jinkludi inter alia, analiżi , ibbażata fuq valutazzjoni indipendenti, ta'

     

    (a)

    l-impatt tal-mekkaniżmu mwaqqaf fil-Kapitolu XVI ta' din id-Direttiva dwar id-distribuzzjoni tal-bażijiet tat-taxxa bejn l-Istati Membri u l-impatt fuq d-dħul tagħhom mit-taxxa.

     

    (b)

    l-użu minn u l-prattikabbiltà ta' din id-Direttiva għall-SMEs;

     

    (c)

    il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li s-sistema ssir fakultattiva għal SMEs;

     

    (d)

    l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi ta' din id-Direttiva, inkluż l-impatt fuq l-operazzjonijiet globali ta' kumpaniji u fuq il-kompetittività tal-kumpaniji eliġibbli u mhux eliġibbli;

     

    (e)

    l-impatt fuq ġbir tat-taxxa ġusta u leali fl-Istati Membri;.

     

    (f)

    il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-introduzzjoni ta' rati tat-taxxa minimi.

     

    Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex temenda din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-2020. Sa … (6), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konsegwenzi potenzjali ta’ din id-Direttiva fis-suq intern u, b’mod partikolari, dwar id-distorsjonijiet potenzjali fil-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għall-arranġamenti stipulati f'din id-Direttiva u dawk li ma jissodisfawx il-kriterji għall-finijiet tal-konsolidament.

    Emenda 38

    Proposta għal direttiva

    Anness 3 – titolu 5 – entrata 4

    Versicherungsteuer

    imħassar


    (1)   ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

    (2)   L-ewwel jum tax-xahar wara sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    (3)   L-ewwel jum tax-xahar wara ħames snin wara d-data ta 'applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    (4)   ĠU: Jekk jogħġbok daħħal l-ewwel jum tax-xahar wara sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    (5)   L-ewwel jum tax-xahar wara ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

    (6)   L-ewwel jum tax-xahar wara sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


    Top