Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0422(03)

    Avviż ta' informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika – Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Kolombja u l-Perù

    ĠU C 103, 22.4.2010, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/20


    AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

    Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Kolombja u l-Perù

    2010/C 103/08

    Bħalissa qegħdin isiru n-negozjati għal Ftehim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha, il-Kolombja u l-Perù. F’dan il-kuntest, qed titqies il-protezzjoni, fl-Unjoni Ewropea, tal-ismijiet imniżżlin hawn taħt bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

    Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex toġġezzjona għat-tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata.

    Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-B1@ec.europa.eu

    Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-perjodu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk ikunu juru li l-isem li għalih qiegħda tiġi proposta l-protezzjoni jkun:

    (1)

    konfliġġenti mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk probabbilment ikun se jfixkel lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

    (2)

    kompletament jew parzjalment omonimu ma' isem li diġà huwa protett fl-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1) dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż; jew stipulat fi ftehimiet li l-Unjoni Ewropea kkonkludiet ma' wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

    —   Ir-Repubblika tal-Albanija: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE (3) tat-12 ta' Ġunju 2006 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u affarijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, ix-xorb alkoħoliku u l-inbejjed aromatizzati);

    —   Il-Bożnja u Ħerzegovina: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE (4) tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (il-Protokoll 7);

    —   Il-Kanada: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE (5) tat-30 ta' Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti;

    —   Ir-Repubblika taċ-Ċilì: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE (6) tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta’ Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, u b’mod partikulari l-Artikolu 90 li jistabbilixxi l-Ftehim dwar il-Kummerċ fix-Xorb Alkoħoliku u x-Xorb Aromatizzat;

    —   Il-Kroazja: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/918/KE (7) tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f'ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet [denominazzjonijiet] għall-ispirti u x-xorb aromatizzat;

    —   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE (8) tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f’ċerti nbejjed, ir-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet [denominazzjonijiet] għall-ispirti u xorb aromatizzat;

    —   Il-Messiku: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE (9) tas-27 ta' Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni [tad-denominazzjonijiet] ta' spirti alkoħoliċi;

    —   Il-Montenegro: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE (10) tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra;

    —   L-Afrika t'Isfel: id-Decizjoni tal-Kunsill 2002/52/KE (11) tal-21 ta' Jannar 2002 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel dwar kummerċ fi spirti;

    —   Iżvizzera: id-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (12) dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim [ta’ seba’ ftehimiet] mal-Konfederazzjoni Żvizzera, u b'mod partikulari l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-negozju tal-prodotti agrikoli – l-Anness 7;

    (3)

    fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilu jintuża, dan x’aktarx li se jfixkel lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

    (4)

    se jipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku jew ta’ trademark jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

    (5)

    se jitqies bħala ġeneriku, jekk dan jista' jirriżulta mid-dettalji mogħtija.

    Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati skont it-territorju tal-Unjoni Ewropea, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferu biss għat-territorju jew it-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea tiddependi fuq il-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati u fuq l-att legali sussegwenti.

    Dan l-avviż huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet mill-Kolombja u mill-Perù skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 kif xieraq.

    Lista ta' indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż, il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (13)

    Il-kategorija tal-prodotti

    L-isem kif irreġistrat fil-Kolombja

    Frott

    Cholupa del Huila


    Il-kategorija tal-prodotti

    L-isem kif irreġistrat fil-Perù

    Xorb spirituż

    Pisco

    Ħaxix

    Maíz Blanco Gigante Cusco

    Ħaxix

    Pallar de Ica


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

    (3)  ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1.

    (4)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

    (5)  ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1.

    (6)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1.

    (7)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 42.

    (8)  ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6.

    (9)  ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15.

    (10)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

    (11)  ĠU L 28, 30.1.2002, p. 112.

    (12)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

    (13)  Lista mogħtija mill-Awtoritajiet tal-Kolombja u tal-Perù fil-kuntest tan-negozjati li qegħdin isiru bħalissa.


    Top