Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0248

L-adeżjoni ta’ l-Istati Membri jidħlu għall-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit- 22 ta’ Novembru 1928 *** Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-Istati Membri jidħlu fil-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit- 22 ta’ Novembru 1928 u supplimentata mill-Protokolli tal- 10 ta’ Mejju 1948 , is- 16 ta’ Novembru 1966 , it- 30 ta’ Novembru 1972 u l-Emenda tal- 24 ta’ Ġunju 1982 u l-Emenda tal- 31 ta’ Mejju 1988 (08100/2010 – C7-0105/2010 – 2010/0015(NLE))

ĠU C 351E, 2.12.2011, p. 139–139 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 351/139


It-Tlieta 6 ta’ Lulju 2010
L-adeżjoni ta’ l-Istati Membri jidħlu għall-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit-22 ta’ Novembru 1928 ***

P7_TA(2010)0248

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-Istati Membri jidħlu fil-Konvenzjoni relatata mal-esibizzjonijiet internazzjonali li ġiet iffirmata f’Pariġi fit-22 ta’ Novembru 1928 u supplimentata mill-Protokolli tal-10 ta’ Mejju 1948, is-16 ta’ Novembru 1966, it-30 ta’ Novembru 1972 u l-Emenda tal-24 ta’ Ġunju 1982 u l-Emenda tal-31 ta’ Mejju 1988 (08100/2010 – C7-0105/2010 – 2010/0015(NLE))

2011/C 351 E/23

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08100/2010),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0105/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0201/2010),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


Top