Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AE1629

    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u 1-Informazzjoni f’dak li jirrigwardja l-perijodu effettiv” (COM(2010) 520 finali – 2010/0274 (COD)

    ĠU C 54, 19.2.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 54/35


    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u 1-Informazzjoni f’dak li jirrigwardja l-perijodu effettiv”

    (COM(2010) 520 finali – 2010/0274 (COD)

    (2011/C 54/10)

    Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, nhar id-19 u l-20 ta’ Ottubru 2010 rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:

    il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f’dak li jirrigwardja l-perijodu effettiv

    COM(2010) 520 finali – 2010/0274 (COD)

    Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-467 sessjoni plenarja tiegħu tat-8 u tad-9 ta’ Diċembru 2010 (seduta tat-8 ta’ Diċembru 2010), b’101 vot favur u vot wieħed (1) kontra, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

    Brussell, 8 ta’ Diċembru 2010.

    Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    Staffan NILSSON


    Top