This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0207(05)
Communication from the Minister for Economic Affairs of the Kingdom of the Netherlands on the basis of Article 3(2) of Directive 94/22/EC of the European Parliament and of the Council on the conditions for granting and using authorisations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
ĠU C 31, 7.2.2009, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/20 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
(2009/C 31/13)
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan qed javża li rċieva applikazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi.
Iż-żona koperta mill-applikazzjoni tinsab fil-provinċja tal-Brabant tat-Tramuntana u hija definita kif ġej:
(a) |
linja dritta mill-punt P għall-punt A li tasal sal-intersezzjoni ta' dik il-linja mal-linja stipulata f'nofs ix-xmara Amer, ħdejn il-punt B; |
(b) |
imbagħad il-linja li tifforma l-linja ċentrali tax-xmara Amer u wara dak il-Bergsche Maas mill-intersezzjoni msemmija bħala “(a)” sal-punt C, li jinsab fiċ-ċentru tal-Bergsche Maas; |
(c) |
imbagħad linji dritti bejn il-pari ta' punti C-D u D-E; |
(d) |
imbagħad linja dritta li tgħaddi mill-punt E għall-punt F sal-intersezzjoni mal-linja li tifforma l-linja f'nofs ix-xmara Amer, ħdejn il-punt F; |
(e) |
imbagħad linja li tifforma ċ-ċentru tal-Bergsche Maas mill-intersezzjoni msemmija f'“(d)” sal-punt fejn dik il-lija taqsam il-linja tal-koordinat x = 137100,00, ħdejn il-punt G; |
(f) |
imbagħad il-linja tal-konfini bejn il-provinċji ta' Gelderland u Brabant tat-Tramuntana mill-intesezzjoni msemmija f'“(e)” sal-intersezzjoni mal-linja mill-punt J sal-punt I, ħdejn il-punt H; |
(g) |
imbagħad linja dritta mill-intersezzjoni msemmija f'“(f)” sal-punt I; |
(h) |
imbagħad linja dritta mill-punt I sal-punt J sal-intersezzjoni mal-linja bejn il-punti bil-koordinati x = 164000,00, y = 421000,00 u x = 189000,00, y = 373000,00, ħdejn il-punt K; |
(i) |
imbagħad linja dritta mill-intersezzjoni msemmija f'“(h)” sal-intersezzjoni tal-linja dritta mill-punt N sal-punt M mal-linja bejn il-punti bil-koordinati x = 164000,00, y = 421000,00 u x = 189000,00, y = 373000,00, ħdejn il-punt L; |
(j) |
imbagħad linja dritta bejn l-intersezzjoni msemmija f'“(i)” u l-punt M; |
(k) |
imbagħad linji dritti bejn il-pari ta' punti M-N, N-O u O-P |
Il-koordinati tal-punti msemmija huma kif ġejjin:
Il-punt |
X |
Y |
A |
115338.00 |
413290.00 |
B |
115338.00 |
413678.55 |
C |
120700.00 |
414650.00 |
D |
120000.00 |
418500.00 |
E |
135000.00 |
418500.00 |
F |
136200.28 |
416299.48 |
G |
137100.00 |
416580.00 |
H |
153173.00 |
419368.00 |
I |
153329.00 |
419368.00 |
J |
162400.00 |
419368.00 |
K |
164850.00 |
419368.00 |
L |
187645.83 |
375600.00 |
M |
186939.00 |
375600.00 |
N |
151430.00 |
375600.00 |
O |
130074.00 |
390264.00 |
P |
115338.00 |
390264.00 |
Iż-żona definita bil-punti li ġejjin u l-linji dritti ta' bejniethom ma tifformax parti miż-żona deskritta hawn fuq:
Il-punt |
X |
Y |
1 |
130074.00 |
416300.00 |
2 |
130074.00 |
416300.00 |
3 |
130074.00 |
393000.00 |
4 |
130074.00 |
393000.00 |
Il-koordinati huma espressi skont is-sistema ta' triangulazzjoni nazzjonali (“RD”).
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-limiti, il-medda tkopri 2 026 km2.
B'referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (“Mijnbouwwet”) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (“Staatsblad”) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta' kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi fiż-żona definita bil-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:
De Minister van Economische Zaken |
ter attentie van J.C. De Groot, directeur Energiemarkt |
ALP A/562 |
Bezuidenhoutseweg 30 |
Postbus 20101 |
2500 EC Den Haag |
Nederland |
Applikazzjonijiet li jaslu wara tmiem dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.
Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.
Għal aktar informazzjoni ċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: (31-70) 379 77 62.