Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0348

In-numru u l-poteri tal-kumitati permanenti Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar in-numru u l-poteri tal-kumitati permanenti

ĠU C 212E, 5.8.2010, p. 126–136 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/126


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
In-numru u l-poteri tal-kumitati permanenti

P6_TA(2009)0348

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar in-numru u l-poteri tal-kumitati permanenti

2010/C 212 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Konferenza tal-Presidenti

wara li kkunsidra l-Artikolu 174 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

1.

Iddeċieda li jwaqqaf il-Kumitati Permanenti li ġejjin:

I.

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

II.

Kumitat għall-Iżvilupp

III.

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

IV.

Kumitat għall-Baġits

V.

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

VI.

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

VII.

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

VIII.

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

IX.

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

X.

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

XI.

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

XII.

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

XIII.

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

XIV.

Kumitat għas-Sajd

XV.

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

XVI.

Kumitat għall-Affarijiet Legali

XVII.

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

XVIII.

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

XIX.

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

XX.

Kumitat għall-Petizzjonijiet

2.

Jiddeċiedi li jissostitwixxi l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu bit-test li ġej:

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
“ANNESS VI

Setgħat u responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti

I.     Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Kumitat responsabbli:

1.

għall-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u għall-politika Ewropea ta' sigurtà u ta' difiża (PESD). F'dan il-kuntest il-kumitat ikun assistit minn sottokumitat għas-sigurtà u d-difiża;

2.

għar-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet u entitajiet oħra ta' l-UE, man-Nazzjonijiet Uniti u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ma' assembleji interparlamentari għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu;

3.

għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi ma' pajjiżi terzi, b'mod partikulari pajjiżi li jinsabu fil-qrib ħafna ta' l-Unjoni, permezz ta' programmi importanti ta' koperazzjoni u assistenza jew permezz ta' ftehimiet internazzjonali bhal ftehimiet ta' assoċjazzjoni jew sħubija;

4.

għall-ftuħ, il-kontroll u l-konklużjoni ta' negozjati dwar l-adeżjoni ta' Stati Ewropej ma' l-Unjoni;

5.

għal kwistjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-promozzjoni ta' valuri demokratiċi f'pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest il-kumitat ikun assistit minn sottokumitat għad-drittijiet tal-bniedem. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli, membri ta' kumitati u entitajiet oħra li għandhom kompetenzi f'dan il-qasam għandhom jiġu mistiedna sabiex jattendu l-laqgħat tas-sottokumitat.

Il-kumitat jikkoordina x-xogħol tal-kumitati parlamentari konġunti u tal-kumitati parlamentari ta' koperazzjoni kif ukoll ix-xogħol tad-delegazzjonijiet interparlamentari u tad-delegazzjonijiet ad hoc u ta' missjonijiet inkarigati mill-kontoll elettorali li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tiegħu.

II.     Kumitat għall-Iżvilupp

Kumitat responsabbli:

1.

għall-promozzjoni, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-politika ta' l-iżvilupp u l-koperazzjoni ta' l-Unjoni, b'mod partikulari:

(a)

id-djalogu politiku mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kemm fuq livell bilaterali kif ukoll fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u fora interparlamentari rilevanti,

(b)

l-għajnuna għal u ftehimiet ta' koperazzjoni ma', pajjiżi li qed jiżviluppaw,

(ċ)

il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, ta' l-iggvernar kif xieraq u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

2.

għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Ftehim ta' sħubija ACP-UE u għar-relazzjonijiet ma' l-entitajiet rilevanti;

3.

għall-involviment tal-Parlament fil-missjonijiet ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet, fejn hu xieraq b'koperazzjoni ma' kumitati u delegazzjonijiet oħra rilevanti.

Il-kumitat jikkoordina x-xogħol tad-delegazzjonijiet interparlamentari u tad-delegazzjonijiet ad hoc li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

III.     Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Kumitat responsabbli:

għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni ta' l-Unjoni u mar-relazzjonijiet ekonomiċi esterni tagħha, b'mod partikulari:

1.

ir-relazzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u kummerċjali ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet reġjonali;

2.

il-miżuri ta' armonizzazzjoni teknika jew ta' standardizzazzjoni teknika f'oqsma koperti minn strumenti ta' dritt internazzjonali;

3.

ir-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u ma' organizzazzjonijiet li jippromwovu integrazzjoni ekonomika u kummerċjali fuq livell reġjonali barra mill-Unjoni;

4.

ir-relazzjonijiet ma' l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), inkluża d-dimensjoni parlamentari tagħha.

Il-kumitat jikkomunika mad-delegazzjonijiet interparlamentari u ad hoc li huma rilevanti dwar l-aspetti ekonomiċi u kummerċjali tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi.

IV.     Kumitat għall-Baġits

Kumitat responsabbli:

1.

għall-qafas finanzjarju plurijennali tad-dħul u l-infiq ta' l-Unjoni u għas-sistema tar-riżorsi ta' l-Unjoni stess;

2.

għall-prerogattivi baġitarji tal-Parlament, b'mod patikulari l-baġit ta' l-Unjoni u l-innegozjar u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet interistituzzjonali f'dan il-qasam;

3.

għall-estimi tal-Parlament skond il-proċedura stabbilita fir-Regoli;

4.

għall-baġit ta' entitajiet deċentralizzati;

5.

għall-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew għall-Investiment;

6.

biex jiddaħħal fil-baġit il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitat responsabbli għall-Ftehim ta' sħubija ACP-UE;

7.

għall-implikazzjonijiet finanzjarji ta' l-atti kollha tal-Unjoni u għall-kompatibiltà tagħhom mal-Qafas Finanzjarju plurijennali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitati rilevanti;

8.

għall-issorveljar u l-valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti minkejja l-Artikolu 72(1), trasferimenti ta' approprjazzjonijiet, proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' l-organigrammi, approprjazzjonijiet amministrattivi u opinjonijiet dwar proġetti relatati mal-bini li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji qawwija;

9.

għar-Regolament Finanzjarju, bl-esklużjoni ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-baġit.

V.     Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Kumitat responsabbli:

1.

għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni u tal-Fond għall-Iżvilupp Ewropew, u għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Parlament dwar il-kwittanza, inkluża l-proċedura għall-kwittanza interna, u għall-miżuri l-oħra li jakkumpanjaw jew li jimplimentaw dawn id-deċiżjonijiet;

2.

għall-għeluq, il-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet finanzjarji u tal-karti tal-bilanċ ta' l-Unjoni, ta' l-istituzzjonijiet tagħha u ta' l-entitajiet iffinanzjati minnha, inkluża d-deċiżjoni dwar liema approprjazzjonijiet għandhom jingħaddu ma' tas-sena ta' wara u s-saldu tal-bilanċi;

3.

għall-kontoll ta' l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew għall-Investiment;

4.

għall-monitoraġġ ta' l-effettività fl-infiq tat-tipi differenti ta' ffinanzjar tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni;

5.

għall-indagar dwar frodi u irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni, għall-miżuri li għandhom bħala skop il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn il-każijiet, u għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni b'mod ġenerali;

6.

għar-relazzjonijiet mal-Qorti ta' l-Awdituri, għall-ħatra tal-membri tagħha u għall-konsiderazzjoni tar-rapporti tagħha;

7.

għar-Regolament Finanzjarju għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-baġit.

VI.     Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Kumitat responsabbli:

1.

għall-politiki ekonomiċi u monetarji ta' l-Unjoni, għall-operat ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u għas-sistema monetarja u finanzjarja Ewropea (inklużi r-relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet rilevanti);

2.

għall-moviment ħieles tal-kapital u tal-pagamenti (pagamenti trans-fruntiera, żona ta' pagament uniku, bilanċ ta' pagamenti, moviment ta' kapital u politika ta' self u tislif, kontroll tal-moviment ta' kapital li ġej minn pajjiżi terzi, miżuri li għandhom bħala skop li jinkoraġġixxu l-esportazzjoni tal-kapital ta' l-Unjoni);

3.

għas-sistema internazzjonali monetarja u finanzjarja (inklużi r-relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet finanzjarji u monetarji);

4.

għar-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna Statali jew pubblika;

5.

għad-dispożizzjonijiet fiskali;

6.

għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta' servizzi, istituzzjonijiet u swieq finanzjarji, inkluż ir-rappurtaġġ finanzjarju, il-verifika, ir-regoli dwar il-kontabilità, it-tmexxija ta' kumpaniji u kwistjonijiet oħra marbuta mal-liġi dwar il-kumpaniji u li jikkonċernaw speċifikament is-servizzi finanzjarji.

VII.     Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Kumitat responsabbli:

1.

għall-politika ta' l-impjiegi u l-aspetti kollha tal-politika soċjali, bħalma huma l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali;

2.

għall-miżuri ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

3.

għall-Fond Soċjali Ewropew;

4.

għall-politika tat-taħriġ vokazzjonali, inklużi l-kwalifiki professjonali;

5.

għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tal-pensjonanti;

6.

għad-djalogu soċjali;

7.

għall-forom kollha ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol ħlief għad-diskriminazzjoni sesswali;

8.

għar-relazzjonijiet:

maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop),

mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol,

mal-Fondazzjoni Ewropea ghat-Taħriġ,

ma' l-Agenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;

kif ukoll għar-relazzjonijiet ma' entitajiet oħra rilevanti ta' l-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

VIII.     Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Kumitat responsabbli:

1.

għall-politika ambjentali u għall-miżuri ta' protezzjoni ta' l-ambjent, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw:

(a)

it-tniġġis ta' l-arja, tal-ħamrija u ta' l-ilma, l-immaniġġjar u r-riċiklaġġ ta' l-iskart, is-sustanzi u l-taħlitiet perikolużi, il-livelli tal-ħsejjes, il-bidla fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità,

(b)

l-iżvilupp sostenibbli,

(c)

il-miżuri u l-ftehimiet internazzjonali u reġjunali għall-protezzjoni ta' l-ambjent,

(d)

it-tiswija ta' ħsara ambjentali,

(e)

il-protezzjoni ċivili,

(f)

l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

(g)

l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi;

2.

għas-saħħa pubblika, b'mod partikulari:

(a)

il-programmi u l-miżuri speċifiċi fil-qasam tas-saħħa pubblika,

(b)

il-prodotti farmaċewtiċi u kożmetiċi,

(c)

l-aspetti tas-saħħa tat-terroriżmu bijoloġiku,

(d)

l-Aġenzija Ewropea għall-l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard;

3.

għall-kwistjonijiet ta' sikurezza ta' l-ikel, b'mod partikulari:

(a)

it-tikkettar u s-sikurezza tal-prodotti ta' l-ikel,

(b)

il-leġislazzjoni veterinarja dwar il-protezzjoni mir-riskji għas-saħħa tal-bniedem; il-kontrolli ta' saħħa pubblika fuq il-prodotti ta' l-ikel u fuq is-sistemi tal-produzzjoni ta' l-ikel,

(ċ)

l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel u l-Uffiċju Ewropew għall-Ikel u s-Servizzi Veterinarji.

IX.     Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Kumitat responsabbli:

1.

għall-politika industrijali ta' l-Unjoni u għall-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, inklużi l-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' l-intrapriżi żgħar u medji;

2.

għall-politika ta' l-Unjoni dwar ir-riċerka, inluż it-tixrid u l-esplojtazzjoni tar-riżultati tar-riċerka;

3.

għall-politika spazjali;

4.

għall-attivitajiet taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta u ta' l-Uffiċju Ċentrali għall-Kejl Nukleari, kif ukoll il-JET, l-ITER u proġetti oħra fl-istess qasam;

5.

għall-miżuri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika ta' l-enerġija b'mod ġenerali, għas-sigurtà tal-provista ta' l-enerġija u għall-effiċjenza ta' l-enerġija, inkluż it-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur ta' l-infrastruttura ta' l-enerġija;

6.

għat-Trattat Euratom u l-Aġenzija ta' Provista tal-Euratom; għas-sigurtà nukleari, għall-għeluq ta' l-istabbilimenti nukleari u għat-tneħħija ta' l-iskart fis-settur nukleari;

7.

għas-soċjetà ta' l-informazzjoni u għat-teknoloġija ta' l-informazzjoni, inkluż it-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur ta' l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.

X.     Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Kumitat responsabbli:

1.

għall-koordinazzjoni fuq livell tal-Unjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-suq intern u għall-Unjoni doganali, b'mod partikulari:

(a)

il-moviment ħieles tal-merkanzija, inkluża l-armonizzazzjoni ta' l-istandards tekniċi,

(b)

id-dritt li wieħed jiftaħ negozju jew jagħti servizz,

(c)

il-libertà ta' l-għoti ta' servizzi, ħlief fis-settur finanzjarju u fis-settur postali;

2.

għall-miżuri li għandhom bħala skop l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' affarijiet li jistgħu jkunu ta' xkiel għall-operat tas-suq intern;

3.

għall-promozzjoni u l-ħarsien ta' l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur, ħlief għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà ta' l-ikel, fil-kuntest tat-twaqqif tas-suq intern.

XI.     Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Kumitat responsabbli:

1.

għall-kswistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ta' politika komuni għat-trasport ferrovjarju, fuq it-toroq, f'passaġġi ta' l-ilma interni, bil-baħar u bl-ajru, b'mod partikulari:

(a)

għar-regoli komuni applikabbli għat-trasport fl-Unjoni Ewropea,

(b)

għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fil-qasam ta' l-infrastruttura tat-trasport,

(c)

għall-għoti ta' servizzi ta' trasport u għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fil-qasam tat-trasport,

(d)

għas-sigurtà tat-trasport,

(e)

għar-relazzjonijiet ma' entitajiet u organizzazzjonijiet internazzjonali tat-trasport;

2.

għas-servizzi postali;

3.

għat-turiżmu.

XII.     Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Kumitat responsabbli:

għall-politika reġjonali u ta' koeżjoni, b'mod partikulari:

(a)

il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond għall-Koeżjoni u l-istrumenti l-oħra tal-politika reġjonali ta' l-Unjoni,

(b)

il-valutazzjoni ta' l-effett ta' politiki oħra Ewropej fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali,

(ċ)

il-koordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali ta' l-Unjoni,

(d)

ir-reġjuni u l-gżejjer l-aktar imbiegħda, kif ukoll il-koperazzjoni trans-fruntiera u bejn ir-reġjuni,

(e)

ir-relazzjonijiet mal-Kumitat għar-Reġjuni, l-organizzazzjonijiet ta' koperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-awtoritajiet reġjonali.

XIII.     Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali

Kumitat responsabbli:

1.

għall-operat u l-iżvilupp tal-politika agrikola komuni;

2.

għall-iżvilupp rurali, inklużi l-attivitajiet ta' l-istrumenti finanzjarji rilevanti;

3.

għal-leġislazzjoni dwar:

(a)

kwistjonijiet veterinarji u li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti u ma' l-għalf kompost, kemm-il darba dawn il-miżuri ma jkunux intiżi sabiex titħares s-saħħa tal-bniedem,

(b)

it-trobbija u l-benesseri ta' l-annimali;

4.

għat-titjib fil-kwalità tal-prodotti agrikoli;

5.

għall-provvista ta' materja prima għall-agrikoltura;

6.

għall-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti;

7.

għall-foresti.

XIV.     Kumitat għas-Sajd

Kumitat responsabbli:

1.

għall-operat u l-iżvilupp tal-politika komuni tas-sajd u għall-amministrazzjoni tagħha;

2.

għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd;

3.

għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam tal-prodotti tas-sajd;

4.

għall-politika strutturali fis-setturi tas-sajd u l-akwakultura, inklużi l-istrumenti finanzjarji għall-għajnuna fis-sajd;

5.

għall-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd.

XV.     Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Kumitat responsabbli:

1.

għall-aspetti kulturali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari:

(a)

it-titjib fil-konoxxenza u fid-disseminazzjoni tal-kultura,

(b)

il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika,

(c)

il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali, l-iskambji kulturali u l-kreazzjoni artistika;

2.

għall-politika ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni, inkluż il-qasam ta' edukazzjoni ogħla fl-Ewropa, il-promozzjoni tas-sistema ta' skejjel Ewropej u t-tagħlim tul il-ħajja;

3.

għall-politika awdjoviżiva u l-aspetti kulturali u edukattivi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni;

4.

għall-politika dwar iż-żgħażagħ u l-iżvilupp ta' politika għall-isport u għall-attivitajiet rikreattivi;

5.

għall-politika ta' l-informazzjoni u tal-midja;

6.

għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni u għar-relazzjonijiet ma' l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet internazzjonali kkonċernati.

XVI.     Kumitat għall-Affarijiet Legali

Kumitat responsabbli:

1.

għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Liġi Ewropea, għall-qbil ta' l-atti ta' l-Unjoni Ewropea mal-leġislazzjoni primarja, b'mod partikulari l-għażla tal-bażi legali u r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

2.

għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali, għal dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea;

3.

għas-simplifikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikulari l-proposti leġislattivi għall-kodifikazzjoni uffiċjali tagħha;

4.

għall-ħarsien legali tad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Parlament, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Parlament f'kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

5.

għall-atti tal-Unjoni li jaffettwaw il-liġijiet ta' l-Istati Membri, b'mod partikulari fl-oqsma:

(a)

tal-liġi ċivili u kummerċjali,

(b)

tal-liġi dwar il-kumpaniji,

(ċ)

tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali,

(d)

tal-liġi proċedurali;

6.

għall-miżuri rigward il-koperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva fil-qasam ċivili;

7.

għar-responsabbiltà ambjentali u għas-sanzjonijiet applikabbli għal delitti kontra l-ambjent;

8.

għall-kwistjonijiet etiċi li għandhom x'jaqsmu ma' teknoloġiji ġodda, bl-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati mal-kumitati rilevanti;

9.

għall-Istatut tal-Membri u għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

10.

għall-privileġġi u l-immunitajiet, kif ukoll għall-verifika tal-kredenzjali tal-Membri;

11.

għall-organizzazzjoni u għall-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

12.

għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

XVII.     Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Kumitat responsabbli:

1.

għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini fit-territorju ta' l-Unjoni, tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluża l-protezzjoni tal-minoranzi, kif stipulat fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea;

2.

għall-miżuri meħtieġa fil-ġlieda kontra kull tip ta' diskriminazzjoni, ħlief id-diskrimazzjoni sesswali jew id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;

3.

għal-leġislazzjoni fl-oqsma tat-trasparenza u tal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iproċessar ta' informazzjoni personali;

4.

għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' żona ta' liberta', sigurtà u ġustizzja, b'mod partikulari:

(a)

miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-dħul u l-moviment tal-persuni, ma' l-asil u l-migrazzjoni,

(b)

miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri komuni,

(c)

miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni tal-pulizija u mal-koperazzjoni ġudizjarja fil-qasam kriminali;

5.

għall-Osservatorju Ewropew għad-Drogi u t-Tossikodipendenza u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Europol, l-Eurojust, iċ-Cepol u entitajiet u aġenziji oħra li joperaw fl-istess qasam;

6.

għad-determinazzjoni ta' riskju evidenti ta' ksur gravi, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.

XVIII.     Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Kumitat responsabbli:

1.

għall-aspetti istituzzjonali tal-proċess ta' intergrazzjoni Ewropea, b'mod partikulari fil-qafas tal-preparazzjoni u tal-ħidma tal-konvenzjonijiet u l-konferenzi intergovernattivi;

2.

għall-implimentazzjoni tat-Trattat tal-UE u għall-evalwazzjoni ta' l-operat tiegħu;

3.

għall-konsegwenzi istituzzjonali tan-negozjati tat-tkabbir ta' l-Unjoni;

4.

għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, inkluż l-eżami tal-ftehimiet interistituzzjonali skond l-Artikolu 127(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minħabba li jridu jiġu approvati mill-Parlament;

5.

għall-proċedura elettorali uniformi;

6.

għall-partiti politiċi fuq livell Ewropew, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bureau;

7.

għad-determinazzjoni ta' l-eżistenza ta' ksur gravi u persistenti, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri;

8.

għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura u l-proposti għal emendi għar-Regoli.

XIX.     Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Kumitat responsabbli:

1.

għad-definizzjoni, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa fl-Unjoni u għall-miżuri Komunitarji relatati;

2.

għall-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa f'pajjiżi terzi;

3.

għall-politika ta' opportunitajiet indaqs, inkluża l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol;

4.

għall-eliminazzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni sesswali;

5.

għall-implimentazzjoni u aktar żvilupp fil-qasam tal-gender mainstreaming fis-setturi kollha;

6.

għas-segwitu u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tan-nisa;

7.

għall-politika ta' informazzjoni dwar in-nisa.

XX.     Kumitat għall-Petizzjonijiet

Kumitat responsabbli:

1.

għall-petizzjonijiet;

2.

għar-relazzjonijiet ma' l-Ombudsman Ewropew.”

3.

Iddeċieda li din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tal-ewwel seduta plenarja tas-7 terminu parlamentari;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-Deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, biex ikunu infurmati.


Top