Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0054

    Proposta għal emenda tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 “OCM uniku” * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (COM(2009)0539 – C7-0223/2009 – 2009/0152(CNS))

    ĠU C 265E, 30.9.2010, p. 69–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 265/69


    Il-Ħamis, 22 ta’ Ottubru 2009
    Proposta għal emenda tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 “OCM uniku” *

    P7_TA(2009)0054

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (COM(2009)0539 – C7-0223/2009 – 2009/0152(CNS))

    2010/C 265 E/32

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0539),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0223/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 142 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

    EMENDA

    Emenda 2

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3

    Regolament (KE) Nru 1234/2007

    Artikolu 186 – punt a

    (3)

    Fl-Artikolu 186, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    rigward il-prodotti tas-setturi taz-zokkor, ħops, ċanga u vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħla jew jaqa' b'mod sinifikanti;”

    (3)

    Fl-Artikolu 186, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    rigward il-prodotti tas-setturi taz-zokkor, ħops, ċanga u vitella, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħlew jew jaqgħu b'mod sinifikanti;”

    (aa)

    rigward il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħlew jew jaqgħu b’mod sinifikanti, matul il-perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew fl-1 ta’ April 2009 u fl-1 ta’ April 2010;.

    Emenda 8

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Artikolu 1, punt 3a) (ġdid)

    Regolament (KE) Nru 1234/2007

    Artikoli 188 – punt 2 a (ġdid)

     

    3a)

    Fl-Artikolu 188, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “2a)     Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat b’mod regolari mill-kummissjoni ta’ ħidma tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 195. Għaldaqstant, għandu jirċievi l-aġendi tal-laqgħat, l-abbozzi ta’ miżuri mressqa lill-Kumitat, kif ukoll ir-riżultat tal-votazzjonijiet, is-sommarji tar-rekords tal-laqgħat u l-listi tal-awtoritajiet u l-entitajiet li għalihom jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex jirrapreżentawhom. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat ukoll dwar kull miżura jew proposta dwar miżuri li għandhom jittieħdu li jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Kunsill.”


    Top