This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009AP0039
Collection network for accountancy data on agricultural holdings * European Parliament legislative resolution of 20 October 2009 on the proposal for a Council regulation setting up a network for the collection of accountancy data on the incomes and business operation of agricultural holdings in the European Community (codified version) (COM(2009)0125 – C7-0005/2009 – 2009/0040(CNS))
Netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) (COM(2009)0125 – C7-0005/2009 – 2009/0040(CNS))
Netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) (COM(2009)0125 – C7-0005/2009 – 2009/0040(CNS))
ĠU C 265E, 30.9.2010, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 265/40 |
It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru 2009
Netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) *
P7_TA(2009)0039
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) (COM(2009)0125 – C7-0005/2009 – 2009/0040(CNS))
2010/C 265 E/18
(Proċedura ta’ konsultazzjoni - kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0125),
wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0005/2009),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1)
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0031/2009),
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |