Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0037

    Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (verżjoni kodifikata) (COM(2009)0071 – C7-0206/2009 – 2006/0222(COD))

    ĠU C 265E, 30.9.2010, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 265/38


    It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru 2009
    Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (verżjoni kodifikata) ***I

    P7_TA(2009)0037

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (verżjoni kodifikata) (COM(2009)0071 – C7-0206/2009 – 2006/0222(COD))

    2010/C 265 E/16

    (Proċedura ta’ kodeċiżjoni: kodifikazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0071),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0206/2009),

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0033/2009),

    A.

    billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni


    (1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


    Top