Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX1027(05)

Opinjoni tar-rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-EFTA rigward abbozz ta' deċiżjoni preliminari dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat (Laqgħa tal- 11 ta' Settembru 2006 tal-Kumitat Konsultattiv tal-KE dwar prattiki ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti)

ĠU C 255, 27.10.2007, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/35


Opinjoni tar-rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-EFTA rigward abbozz ta' deċiżjoni preliminari dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat

(Laqgħa tal-11 ta' Settembru 2006 tal-Kumitat Konsultattiv tal-KE dwar prattiki ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti)

(2007/C 255/12)

1.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-prodott u ż-żona ġeografika affettwati mill-kartell fl-abbozz ta' Deċiżjoni.

2.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-infrazzjoni kienet tirreferi għal infrazzjoni unika u kontinwa, speċjalment fir-rigward tal-perjodu ta' wara l-ispezzjonijiet f'Marzu/April 2001.

4.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati.

5.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea rigward l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-klemenza u l-klassifikazzjoni tagħhom.

6.

Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel li jingħalqu l-proċedimenti kontra FNAS.

7.

Ir-rappreżentant ta' l-EFTA jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


Top