This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC1027(05)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
ĠU C 255, 27.10.2007, p. 58–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 255/58 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 255/21)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1) . Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
Applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 9 u l-Artikolu 17(2)
“CARNALENTEJANA”
Nru tal-KE: PT/PDO/117/0209/08.04.2002
DPO ( X ) IĠP ( )
Emenda/i rikjesta/i
Intestatura/i fl-ispeċifikazzjoni:
|
Isem il-prodott |
|
Isem |
|
Żona ġeografika |
|
Prova ta' l-oriġini |
|
Metodu ta' produzzjoni |
|
Rabta |
|
Tikkettar |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
Emenda/i:
1. Isem
Bil-għan li l-prodott tiegħu jiġi adattat skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, partikolarment għall-emendi li saru fuq il-livell ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-bovini ħfief (Deċiżjoni ministerjali Nru 363/2001 tad-9 ta' April), il-grupp ta' produtturi talab l-emendar ta' dan il-kapitolu, billi ġġustifika kif xieraq l-emendi mitluba.
Min-naħa l-oħra, minħabba t-tendenzi l-ġodda tas-suq u sabiex il-preżentazzjoni tal-prodott tiġi adattata għall-imġiba u għall-preferenzi tal-konsumaturi, il-grupp iddeċieda li jiddiversifika aktar il-preżentazzjoni kummerċjali tal-prodott. B'hekk, l-istess CARNALENTEJANA sejra tkun disponibbli wkoll f'forma ta' kapuljat, laħam mitħun, pulpetti, kubi, strixxi, eċċ., ippreżentati fi trejs jew ippakkjar ieħor xieraq, f'atmosfera kontrollata, fil-vakwu jew iffriżati skond proċess ta' ffriżar rapidu, li fih CARNALENTEJANA tirrappreżenta, talanqas, u skond l-istandards, 95 % tal-piż tal-prodott finali. Billi l-proċess tal-produzzjoni jsir kollu kemm hu fir-reġjun ta' l-oriġini, ikunu possibbli traċċabilità totali, monitoraġġ rigoruż ta' l-użu tad-Denominazzjoni Protetta ta' Oriġini, preżentazzjoni ġenwina u l-kwalità ta' dejjem tal-prodott mingħajr ma l-konsumatur ikun mqarraq jew l-aspettattivi tiegħu ma jintlaħqux. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-grupp talab lill-Istat Portugiż l-emendar tal-preżentazzjoni tal-prodott, bil-ġustifikazzjonijiet xierqa.
2. Żona ġeografika
Il-produtturi ta' ċerti muniċipalitajiet limitrofi taż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Carnalentejana” talbu lill-grupp ta' produtturi li jmexxu d-Denominazzjoni Protetta ta' Oriġini t-twessigħ ta' din iż-żona, billi qiesu li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jinkiseb il-prodott, partikolarment f'dak li huwa l-għalf, il-kura, id-densità tal-bhejjem, is-sistema tal-biedja, ir-razza assoċjata u t-tradizzjoni jiġu sodisfatti fil-muniċipalitajiet magħhom relatati. Din it-talba ġiet eżaminata mill-grupp ta' produtturi u dokumentata permezz tat-twettiq ta' eżami/studju ppreżentat lill-Istat Portugiż li qiesu bħala affidabbli.
Billi waqt li nħoloq il-fajl intuża esklussivament il-kriterju amministrativ għad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika ta' produzzjoni, illum qed jiġi nnutat li ċerti żoni kontigwi ma ġewx ikkunsidrati, u li dawn għandhom l-istess kundizzjonijiet edafoklimatiċi, l-istess tekniki ta' ġestjoni, l-istess densità tal-bhejjem u l-istess flora dominanti, l-istess razza, l-istess metodi agrikoli u l-istess sistema tal-biedja, u b'hekk jiġġeneraw prodott b'karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u sensorjali għal kollox identiċi għal dawk tal-“Carnalentejana”. B'hekk, il-produtturi kkonċernati, li attwalment mhumiex koperti, iġarrbu ħsara ekonomika konsiderevoli billi l-prodotti tagħhom mhumiex kummerċjalizzati taħt l-istess denominazzjoni bħal dawk tal-ġirien tagħhom.
3. Metodu ta' produzzjoni
L-emendi mitluba jinkludu l-possibilità li l-laħam jiġi ppreżentat, ippakkjat kif xieraq, f'atmosfera kontrollatata, fil-vakwu jew iffrizat skond proċess ta' ffrizar rapidu. Bil-għan li tiġi garantita l-ġenwinità u l-kwalità tal-prodott, jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi u jkunu possibbli l-monitoraġġ u t-traċċabilità totali tal-prodott u tal-proċess, mhux biss f'dak li huwa t-twelid, it-trobbija, it-tismin u l-qatla tal-bhejjem, iżda wkoll il-qtugħ tal-karkassi u l-operazzjonijiet kollha tal-qtugħ, ta' l-ipproċessar u ta' l-ippakkjar tal-laħam, għandhom isiru fiż-żona ġeografika delimitata. Madankollu, huwa permess li ċerti operazzjonijiet ta' pproċessar/ppakkjar isiru barra miż-żona ġeografika meta f'din ta' l-aħħar ma teżistix struttura ta' pproċessar li twieġeb għar-rekwiżiti tal-grupp fil-qasam ta' l-iġjene, tas-sikurezza alimentari u l-monitoraġġ ta' l-operazzjonijiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi, tissaħħaħ is-sistema tal-monitoraġġ, tkun garantita t-traċċabilità u stabbilit limitu ta' 500 km għat-trasport tal-laħam sabiex jiġi evitat kull telf mill-kwalità u jkun possibbli l-monitoraġġ.
4. Tikkettar
Il-grupp tal-produtturi talab l-emendar ta' dan il-kapitolu sabiex ikun konformi mal-preskrizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja l-ġdida fis-seħħ. Indipendentement mill-forma ta' preżentazzjoni kummerċjali u konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti mil-leġiżlazzjoni ġenerali, huwa obbligatorju li jintuża l-kliem “CARNALENTEJANA — DOP”, il-marka ta' ċertifikazzjoni, il-logo tal-CARNALENTEJANA u l-logo Komunitarju. Fil-każ li l-prodott jintuża bħala ingredjent ta' prodotti pproċessati, l-indikazzjoni: “Elaborado a partir de CARNALENTEJANA — DOP” hija awtorizzata sakemm ikunu sodisfatti ċerti rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni u monitoraġġ, u huwa espressament ipprojbit l-użu tal-kliem “CARNALENTEJANA — DOP” u tal-logo Komunitarju jew kwalunkwe kliem ieħor jew indikazzjoni qarrieqa li tislet benefiċċju mid-DPO.
SINTEŻI
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006
“CARNALENTEJANA”
Nru tal-KE: PT/PDO/117/0209/08.04.2002
DPO ( X ) IĠP ( )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
Isem: |
Instituto de Desenvolvimento Rural e Hidráulica |
||
Indirizz: |
|
||
Tel: |
(351) 21 844 22 00 |
||
Faks: |
(351) 21 844 22 02 |
||
Posta elettronika: |
idrha@idrha.min-agricultura.pt |
2. Grupp:
Isem: |
CARNALENTEJANA — Agrupamento de Produtores de Bovinos de Raça Alentejana, SA |
||
Indirizz: |
|
||
Tel: |
(351) 268 639480 |
||
Faks: |
(351) 268 622455 |
||
Posta elettronika: |
caalentejo@mail.telepac.pt |
||
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
Klassi 1.1: Laħam (u l-interjuri) frisk/i
4. Speċifikazzjoni:
(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem: “Carnalentejana”
4.2. Deskrizzjoni: Nofs karkassi, kwarti ta' karkassi, biċċiet ippakkjati fil-vakwu jew f'atmosfera kontrollata, kif ukoll il-preparazzjonijiet tagħhom, imkessħin jew iffriżati, li ġejjin minn bhejjem tar-razza Alentejana mniżżlin fir-Reġistru tat-Twelid tar-Razza Bovina Alentejana, bil-karatteristiċi li ġejjin:
Barra mill-forom ta' preżentazzjoni — karkassi, biċċiet sħaħ u slices, il-CARNALENTEJANA tista' tkun ippreżentata kummerċjalment f'forma ta' kapuljat, laħam mitħun, pulpetti, kubi, slices, eċċ. Dawn il-biċċiet huma ppreżentati fi trejs jew ippakkjar ieħor xieraq, f'atmosfera kontrollata, fil-vakwu jew iffriżati skond proċess ta' ffriżar rapidu, li fih CARNALENTEJANA tirrappreżenta, talanqas, u skond l-istandards, 95 % tal-piż tal-prodott finali. Fil-preparazzjonijiet li fihom tintuża l-CARNALENTEJANA bħala ingredjent, huwa permess li l-CARNALENTEJANA tkun l-unika tal-kategorija tal-laħam u tirrappreżenta, talanqas, 60 %, f'piż tal-prodott finali.
4.3. Żona ġeografika: Billi titqies id-distribuzzjoni ġeografika tal-boski tal-ballut u tar-razza bovina Alentejana, il-post fejn jinsabu l-azjendi agrikoli li b'konsegwenza ta' dan jistgħu jipprattikaw ir-reġim tat-trobbija u ta' kura meħtieġa, l-għarfien marbut mat-trobbija u mal-ġestjoni tal-bhejjem, ir-regoli legali għall-qatla, il-qtugħ u l-ksib tal-karkassi, tan-nofs karkassi, tal-biċċiet u l-prodotti pproċessati tal-laħam taċ-ċanga in ġenerali, ir-rekwiżiti ġenerali tal-monitoraġġ u t-traċċabilità imposti għal-laħam taċ-ċanga in ġenerali, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ u t-traċċabilità li l-produtturi tal-Carnalentejana imponew fuqhom infushom, il-ħtieġa li lill-konsumaturi tas-soltu tal-CARNALENTEJANA ma ssirilhomx ħsara, il-ħtieġa assoluta li tiġi ppruvata l-oriġini ġeografika u minn liema annimal ġejja kull biċċa jew kull imballaġġ u l-ħtieġa li l-konsumatur jkun provdut bi prodott ġenwin u affidabbli, iż-żona ġeografika tat-twelid, tat-trobbija u tat-tismin tal-bhejjem, tal-qatla, tal-ksib tal-karkassi, tan-nofs karkassi u l-kwarti tal-karkassi, tal-qtugħ u qtugħ fi slices biex jinkisbu biċċiet ftit jew wisq kbar, inkluż il-qtugħ irqiq, l-ipproċessar ta' ċerti biċċiet f'kapuljat u prodotti pproċessati u l-ippakkjar tal-biċċiet u tal-prodotti kkapuljati u pproċessati, huwa limitat naturalment għal:
il-muniċipalitajiet kollha tad-Distrett ta' Beja, Évora u Portalegre;
il-muniċipalitajiet ta' Alcácer do Sal, Alcochete, Grândola Montijo, Moita, Palmela, Setúbal, Santiago do Cacém u Sines, tad-Distrett ta' Setúbal;
il-muniċipalitajiet ta' Abrantes, Almeirim, Alpiarça, Benavente, Chamusca, Constância, Coruche, Golegã, Mação, Salvaterra de Magos, Santarém, Sardoal u Vila Nova da Barquinha, tad-Distrett ta' Santarém;
il-muniċipalitajiet ta' Castelo Branco, Idanha-a-Nova, Proença-a-Nova u Vila Velha de Ródão, tad-Distrett ta' Castelo Branco.
4.4. Prova ta' l-oriġini: Skond l-użu, ilhom jeżistu ħidmiet ta' għażla u titjib tar-razza mibdija fiż-żona għal aktar minn 40 sena, u jeżisti Reġistru tar-Razza u assoċjazzjoni ta' bdiewa li jrabbu l-bhejjem tar-razza Alentejana.
Il-laħam għandu jiġi biss mill-bhejjem tar-razza Alentejana mniżżlin fir-Reġistru tat-Twelid tar-Razza Bovina Alentejana, imwielda, imrobbija u li kibru fl-azjendi li jinsabu fiż-żona ġeografika definita u bil-karatteristiċi meħtieġa u mniżżla fil-grupp. Il-proċess kollu tal-produzzjoni, inklużi l-qatla, il-qtugħ, l-ipproċessar u l-ippakkjar, jistgħu jsiru biss mill-operaturi suġġetti għall-monitoraġġ ta' l-entità approvata għal dan il-għan. Il-monitoraġġ ikopri l-fażijiet kollha tal-proċess tal-produzzjoni, partikolarment it-twelid u t-tniżżil tal-bhejjem fir-Reġistru tat-Twelid, iżda wkoll l-ikel u l-ġestjoni, il-qtil, il-qtugħ, l-ipproċessar u l-ippakkjar. Hija implimentata sistema ta' traċċabilità totali li tippermetti li f'kull ħin issir il-konnessjoni bejn il-prodott u l-annimal li minnu ġej, permezz ta' l-użu ta' marki ta' ċertifikazzjoni numerati.
4.5. Metodu ta' produzzjoni: Il-laħam jiġi minn bhejjem tar-Razza Alentejana, imniżżla fir-Reġistru tat-Twelid u wild missirijiet u ommijiet imniżżla fir-Reġistru tar-Razza Bovina Alentejana, imrobbija skond biedja estensiva, b'densità tal-bhejjem anqas minn 1.4 LU/ha, konformi mal-prattiki tradizzjonali tar-reġjun. L-ommijiet ireddgħu l-għoġiela sa 6-9 xhur u l-ikel tagħhom jiġi gradwalment ikkomplementat bir-ragħi u ikel ikkonċentrat awtorizzat mill-grupp. Il-klassijiet ta' l-età għall-qatla huma ddefiniti u kklassifikati, kif ukoll ir-regoli rigward l-ikel u l-ġestjoni tal-bhejjem. Il-CARNALENTEJANA tista' tkun ippreżentata f'forom differenti numerati fl-ispeċifikazzjoni: karkassi, biċċiet sħaħ u biċċiet mqattgħin, ipproċessati sempliċi jew ippreparati, bil-ħaxix jew mingħajru, ippakkjat kif xieraq, f'atmosfera kontrollata, fil-vakwu jew iffriżat skond proċess ta' ffriżar rapidu. Bil-għan li tiġi garantita l-ġenwinità u l-kwalità tal-prodott, jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi u jkunu possibbli l-monitoraġġ u t-traċċabilità totali tal-prodott u tal-proċess, mhux biss f'dak li huwa t-twelid, it-trobbija, it-tismin u l-qatla tal-bhejjem, iżda wkoll il-qtugħ tal-karkassi u l-operazzjonijiet kollha tal-qtugħ, ta' l-ipproċessar u ta' l-ippakkjar tal-laħam, għandhom isiru fiż-żona ġeografika delimitata. Madankollu, huwa permess li ċerti operazzjonijiet ta' pproċessar/ppakkjar isiru barra miż-żona ġeografika meta f'din ta' l-aħħar ma teżistix struttura ta' pproċessar li twieġeb għar-rekwiżiti tal-grupp fil-qasam ta' l-iġjene, tas-sikurezza alimentari u l-monitoraġġ ta' l-operazzjonijiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi, tissaħħaħ is-sistema tal-monitoraġġ, tkun garantita t-traċċabilità u stabbilit limitu ta' 500 km għat-trasport tal-laħam sabiex jiġi evitat kull telf mill-kwalità u jkun possibbli l-monitoraġġ.
4.6. Rabta: Ir-Razza Alentejana hija preżenti f'azjendi agrikoli li jinsabu fir-reġjun ta' l-Alentejo u fil-madwar, b'kundizzjonijiet agroklimatiċi konsiderevolment Mediterranji, bi Sjuf sħan u niexfa u mergħat spontanji tipikament Mediterranji, li lil-laħam jagħtuh karatteristiċi organolettiċi differenzjati. Iċ-ċentri tal-produzzjoni fihom normalment merħliet ta' ftit tużżani baqar li jnisslu, imrobbija skond biedja estensiva, f'azjendi fejn it-trobbija ssir normalment flimkien mal-produzzjoni taċ-ċereali. Il-kumplimentarjetà ta' dawn iż-żewġ produzzjonijiet irriżultat kostanti matul iż-żmien. L-użu ta' tiben u qasab taċ-ċereali għall-bovini tar-razza Alentejana hija prattika normali u indispensabbbli għall-ġestjoni tal-bhejjem minn meta l-mergħat naturali jibdew isiru skarsi, jiġifieri matul il-perjodu bejn il-bidu tas-Sajf u x-Xitwa. Iż-żoni tar-ragħi jinsabu normalment fil-veġetazzjoni żgħira li tikber taħt is-siġar kbar tal-boski tal-ballut (Quercus ilex) u tal-ballut tas-sufra (Quercus suber), li l-ġandar tagħhom jippermettu l-preżenza ta' ħażna alimentari mill-Ħarifa, li hija ikel kumplimentari eċċellenti għall-ħaxix li għad għandu biss valur nutrittiv baxx f'dan iż-żmien tas-sena.
4.7. Organu ta' Spezzjoni:
Isem: |
CERTIALENTEJO — Certificação de Produtos Agrícolas, Lda |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel: |
(351) 26 676 95 64/5 |
|||
Faks: |
(351) 26 676 95 66 |
|||
Posta elettronika: |
geral@certialentejo.pt |
CERTIALENTEJO — Certificação de Produtos Agrícolas, L.DA, ġie approvat bħala organu li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-istandard 45011:2001.
4.8. Tikkettar: Barra mill-kliem obbligatorju għal-leġiżlazzjoni ġenerali, huwa obbligatorju l-użu ta':
il-kliem “CARNALENTEJANA — Denominação de Origem Protegida”
il-marka ta' ċertifikazzjoni li fuqha jkun hemm isem il-prodott, isem l-Organu ta' Spezzjoni u taċ-ċertifikazzjoni, u n-numru tas-serje li permezz tiegħu il-prodott ikun traċċabbli
il-logo tal-CARNALENTEJANA u l-logo Komunitarju tad-DPO, riprodotti hawn:
L-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-produttur jew tal-grupp li jmexxi fl-ebda każ ma jistgħu jiġu sostitwiti b'isem ta' entità oħra, anki jekk din ta' l-aħħar tassumi r-responsabilità tal-prodott jew tikkummerċjalizzah.
Mhuwiex permess li lid-denominazzjoni tal-bejgħ — Carnalentejana DOP — tiżdidilha xi indikazzjoni jew kliem ieħor, inklużi marki ta' distributuri jew oħrajn.
Il-prodotti ta' l-ikel li għall-produzzjoni tagħhom titntuża l-CARNALENTEJANA jistgħu jkunu kkummerċjalizzati f'imballaġġi li juru l-isem “Elaborado a partir de CARNALENTEJANA — DOP”, bil-kundizzjoni li:
il-Carnalentejana, iċċertifikata bħala tali, tikkostitwixxi l-komponent esklussiv tal-kategorija “laħam” fil-prodott finali, u
il-Carnalentejana, iċċertifikata bħala tali, tikkostitwixxi l-komponenti ewlieni fil-piż tal-prodott finali, u
min juża l-prodott b'din id-denominazzjoni protetta jkunu awtorizzati mill-grupp ta' produtturi li jmexxu.
L-istess grupp huwa responsabbli biex dawn l-utenti jitniżżlu f'reġistri speċifiċi li wara l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu monitorjati mill-organu ta' kontroll u ċertifikazzjoni dwar l-użu korrett tad-denominazzjoni protetta fit-tikkettar u l-kwantitajiet użati. F'dawn il-każijiet, huwa pprojbit l-użu tal-logo Komunitarju jew kwalunkwe logo jew kliem ieħor li jisiltu benefiċċju mid-DPO.
(2) Il-barrin żgħażagħ, l-erieħ, il-barrin u l-baqar b'karkassi kklassifikati bħala P jistgħu jkunu permessi f'każ li huma ddestinati għall-qtugħ