This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC1027(03)
Proposal for a Commission Regulation (EC) No …/… of […] amending Regulation (EC) No 773/2004, as regards the conduct of settlement procedures in cartel cases (Text with EEA relevance)
Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru …/.... ta' [...] li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, fir-rigward tal-mod kif jitmexxew il-proċedimenti ta' riżolviment f'każijiet ta' kartelli (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru …/.... ta' [...] li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, fir-rigward tal-mod kif jitmexxew il-proċedimenti ta' riżolviment f'każijiet ta' kartelli (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 255, 27.10.2007, p. 48–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Please be aware that this draft act does not constitute the final position of the institution.
27.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 255/48 |
PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru …/....
ta' [...]
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, fir-rigward tal-mod kif jitmexxew il-proċedimenti ta' riżolviment f'każijiet ta' kartelli
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/C 255/19)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament (2)
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv għall-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti,
BILLI:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar il-mod kif jitmexxew il-proċedimenti mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (3) jistabbilixxi regoli dwar il-mod kif jitmexxew il-proċedimenti mill-Kummissjoni u l-parteċipazzjoni fihom tal-partijiet ikkonċernati f'dawn il-proċeduri. |
(2) |
Il-partijiet għal dawn il-proċedimenti jistgħu jkunu lesti li jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom f'kartell u li b'hekk kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat u jirrikonoxxu wkoll ir-responsabbiltà għal din il-parteċipazzjoni, jekk jistgħu, b'mod raġonevoli, jantiċipaw is-sejbiet previsti tal-Kummissjoni fir-rigward il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur u l-livell tal-multi li potenzjalment jistgħu jeħlu u jaqblu ma' dawn is-sejbiet, jista' jkun hemm il-possibbiltà li l-Kummissjoni tiżvela ma' dawn il-partijiet, meta jkun xieraq, l-oġġezzjonijiet li jkun bi ħsiebha ġġib kontrihom fuq il-bażi ta' xhieda fil-fajl u l-multi li x'aktarx ikunu ser jeħlu. Żvelar bikri bħal dan għandu jippermetti lill-partijiet ikkonċernati li jressqu l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni jkun bi ħsiebha tressaq kontrihom kif ukoll dwar ir-responsabbiltà potenzjali tagħhom. |
(3) |
Meta l-Kummissjoni tapprova uffiċjalment is-sottomissjonijiet għar-riżolviment bil-miktub li jkunu għamlu fid-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tagħhom u, fit-tweġibiet li jkunu taw għalihom, il-partijiet jikkonfermaw li d-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tikkorrispondi għall-kontenut tas-sottomissjonijiet bil-miktub li jkunu għamlu, il-Kummissjoni għandha tipproċedi immedjatament bl-adozzjoni ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(4) |
Għandu għalhekk jiġi stabbilit proċediment ta' riżolviment sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmaniġġa l-każi relatati mal-kartelli aktar malajr billi tilħaq ftehim mal-partijiet. |
(5) |
L-esperjenza wriet li jekk, b'mod sistematiku, l-għoti ta' verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet jista' jkollu konsegwenzi negattivi fir-rigward ta' kemm il-partijiet għall-proċedimenti jkunu jridu jikkooperaw mal-Kummissjoni. Filwaqt li r-rikorrenti għandhom ikomplu jkunu assoċjati mill-qrib mal-proċedimenti u jiġu infurmati dwar in-natura u s-suġġett tal-proċediment bil-miktub u jkunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom dwarhom, għandha tkun il-Kummissjoni li tiddetermina kif informazzjoni bil-miktub bħal din għandha tingħata f'każ partikolari. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 hu emendat kif ġej:
1. |
Flok l-Artikolu 2, paragrafu 1, jidħol dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda proċedimenti bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni skond il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fi kwalunkwe ħin, imma mhux aktar tard mid-data li fiha toħroġ valutazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament, dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet jew talba biex il-partijiet jesprimu l-interess tagħhom biex jieħdu sehem f'diskussjonijiet dwar riżolviment jew id-data li fiha tiġi ppubblikata notifika skond l-Artikolu 27(4) ta' dak ir-Regolament, liema minn dawn tkun l-aktar waħda kmieni.” |
2. |
Fl-Artikolu 6, flok il-paragrafu 1 jidħol dan li ġej: “1. Meta l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet relatata ma' kwistjoni li dwarha tkun irċeviet ilment, għandha tinforma lir-rikorrent bil-miktub dwar in-natura u s-suġġett tal-proċediment u tistabbilixxi skadenza li, sa ma tagħlaq, ir-rikorrent ikun jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu bil-miktub. Il-Kummissjoni tista' wkoll tipprovdi lir-rikorrent b'kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet.” |
3. |
Fl-Artikolu 10, flok il-paragrafu 1 jidħol dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati dwar l-oġġezzjonijiet imqajma kontrihom. Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet għandha tkun innotifikata bil-miktub lil kull waħda mill-partijiet li jkunu tqajmu l-oġġezzjonijiet kontrihom.” |
4. |
Jidħol l-Artikolu 10a li ġej: “Artikolu 10a Proċedimenti ta' riżolviment f'każi ta' kartelli 1. Wara li jkun ingħata bidu għall-proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tista' tiffissa skadenza li fl-ambitu tagħha l-partijiet jkunu jistgħu jiddikjaraw bil-miktub li jinsabu mħejjija li jieħdu sehem f'diskussjonijiet dwar riżolviment bil-għan li possibbilment ikunu jistgħu jippreżentaw sottomissjonijiet għal riżolviment. Il-Kummissjoni mhux marbuta li tikkonsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslulha wara li jkun skada ż-żmien. Jekk żewġ partijiet jew aktar li jkunu japparjenu għall-istess impriża jiddikjaraw li jinsabu mħejjija li jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar riżolviment skond l-ewwel subparagrafu, dawn il-partijiet għandhom jaħtru rappreżentanti konġunti biex jipparteċipaw f'diskussjonijiet mal-Kummissjoni f'isimhom. 2. Il-Kummissjoni tista' tinforma lill-partijiet li huma mħejjija li jagħmlu sottomissjonijiet għar-riżolviment dwar:
Jekk id-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment jaslu sa stadju li fih l-informazzjoni msemmija hawn fuq tkun żvelata wara talba jew tkun saret disponibbli għall-partijiet b'xi mod ieħor, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi skadenza biex, sakemm tagħlaq, il-partijiet ikunu jistgħu jikkommettu ruħhom li jsegwu l-proċediment tar-riżolviment billi jagħmlu sottomissjonijiet għar-riżolviment bil-miktub li jkunu jirriflettu r-riżultati tad-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment u billi jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat kif ukoll ir-responsabbiltà tagħhom għal dan. Il-Kummissjoni mhux marbuta li tikkonsidra sottomissjonijiet bil-miktub li jaslulha wara li jkun skada ż-żmien. 3. Meta d-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet innotifikata lill-partijiet taderixxi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment, it-tweġiba bil-miktub għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet mingħand il-partijiet ikkonċernati għandha, sa skadenza stabbilita mill-Kummissjoni, tikkonferma li d-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet indirizzata lilhom tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment. Il-Kummissjoni tista' mbagħad tipproċedi immedjatament biex tadotta deċiżjoni sussegwenti skond l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv għall-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003.” |
5. |
Flok l-Artikolu 11(1), jidħol dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li jkunu d-destinatarji ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, l-opportunità li jsemmgħu leħinhom qabel ma jiġi kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003” |
6. |
Flok l-Artikolu 12 jidħol dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li jkunu d-destinatarji ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f-seduta verbali, jekk jitolbu li jkunu jridu dan fis-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub. 2. Madankollu, meta jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment bil-miktub, il-partijiet għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni li huma jeħtieġu biss l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f'seduta verbali, jekk id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma taderixxix mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub għar-riżolviment.” |
7. |
Fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu 1a li ġej: “1a. Wara li jingħata bidu għall-proċedimenti skond l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha tiżvela, meta jkun xieraq, ix-xhieda li ssostni l-oġġezzjonijiet previsti lill-partijiet li jkunu jridu jagħmlu sottomissjonijiet għal riżolviment sabiex tgħinhom jagħmlu dan. Fid-dawl ta' dan, meta jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment, il-partijiet għandhom jikkonfermaw lill-Kummissjoni li huma ser ikunu jeħtieġu biss aċċess għall-fajl wara l-wasla tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, jekk id-dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma taderixxix mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom bil-miktub għar-riżolviment.” |
8. |
Flok l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 17(3) jidħlu dan li ġej: “1. L-ifissar ta' l-iskadenzi previsti f'1. Meta tiffissa l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10a(1), l-Artikolu 10a(2), l-Artikolu 10a(3) u l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tikkonsidra kemm iż-żmien meħtieġ għat-tħejjija tas-sottomissjoni kif ukoll l-urġenza tal-każ.” “3. L-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 10a(1), l-Artikolu 10a(2) u l-Artikolu 16(3) għandhom mill-inqas ikunu ta' ġimgħa.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ f'[id-data].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, [...]
Għall-Kummissjoni,
Neelie KROES
Member of the Commission
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).
(2) ĠU C 255, 27.10.2007, p. 48.
(3) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).