EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42016X1723

Ir-Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl [2016/1723]

ĠU L 265, 30.9.2016, p. 125–242 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1723/oj

30.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/125


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl [2016/1723]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 06 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 8 ta' Ottubru 2016

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Speċifikazzjonijiet individwali

7.

Il-modifiki għal u l-estensjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura jew tal-installazzjoni ta' apparati tagħha għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3

Eżempji ta' superfiċji, assi u ċentri ta' referenza tal-fanali, u ta' angoli tal-viżibilità ġeometrika

4

Il-viżibilità ta' fanal aħmar fuq quddiem u l-viżibilità ta' fanal abjad fuq wara

5

L-istati tat-tagħbija li għandhom jitqiesu biex jiġu ddeterminati l-varjazzjonijiet fl-orjentazzjoni vertikali tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx

6

Kejl tal-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija

7

Indikazzjoni tal-inklinazzjoni 'l isfel tal-punt ta' waqfien tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx imsemmi fil-paragrafu 6.2.6.1.1 u l-inklinazzjoni 'l isfel tal-punt ta' waqfien tal-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem imsemmi fil-paragrafu 6.3.6.1.2 ta' dan ir-Regolament

8

Il-kontrolli tal-apparati ta' livellar tal-fanali ta' quddiem imsemmija fil-paragrafu 6.2.6.2.2 ta' dan ir-Regolament

9

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

10

Riżervat

11

Il-viżibilità tal-immarkar kospikwu fuq wara, fuq quddiem u mal-ġenb tal-vettura

12

Dawra ta' test

13

Kundizzjonijiet ta' swiċċjar awtomatiku tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx

14

Żona ta' osservazzjoni lejn is-superfiċe apparenti tal-fanali tal-immanuvrar u tal-fanali ta' korteżija

15

Sistema gonjo(foto) metrika użata għall-kejl fotometriku, kif definit fil-paragrafu 2.34 ta' dan ir-Regolament

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategoriji M, N u għat-trejlers tagħhom (kategorija O) (1) fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

2.1.   “Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tan-numru u l-mod ta' installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.2.   “Tip ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl” tfisser vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali msemmija fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.4.

Dawn li ġejjin ukoll jitqiesu li mhumiex “vetturi ta' tip differenti”: vetturi li huma differenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.4, iżda mhux b'tali mod li jimplika bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjoni u fil-viżibilità ġeometrika tal-fanali u fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx previsti għat-tip ta' vettura kkonċernat, u vetturi li fuqhom jiġu armati jew ma jkunx hemm fanali fakultattivi:

2.2.1.

Id-dimensjoni u l-forma esterna tal-vettura;

2.2.2.

In-numru u l-pożizzjoni tal-apparati;

2.2.3.

Is-sistema ta' livellar tal-fanali ta' quddiem;

2.2.4.

Is-sistema tas-sospensjoni.

2.3.   “Pjan trasversali” tfisser pjan vertikali perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.4.   “Vettura mhux mgħobbija” tfisser vettura mingħajr sewwieq, ekwipaġġ, passiġġiera u tagħbija, iżda bi provvista sħiħa ta' fjuwil, bi stepni u bl-għodod li jinġarru normalment.

2.5.   “Vettura mgħobbija” tfisser vettura mgħobbija sal-massa massima teknikament permissibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, li għandu wkoll jiffissa d-distribuzzjoni ta' din il-massa bejn il-fusien skont il-metodu deskritt fl-Anness 5.

2.6.   “Apparat” tfisser element jew assemblaġġ ta' elementi li jintuża biex titwettaq funzjoni waħda jew aktar.

2.6.1.   “Funzjoni tat-tidwil” tfisser id-dawl li jarmi apparat sabiex idawwal it-triq u l-oġġetti fid-direzzjoni tal-moviment tal-vettura.

2.6.2.   “Funzjoni tas-sinjalar bid-dawl” tfisser id-dawl mormi jew rifless minn apparat sabiex jagħti lill-utenti l-oħra tat-triq informazzjoni viżwali dwar il-preżenza, l-identifikazzjoni u/jew il-bidla fil-moviment tal-vettura.

2.7.   “Fanal” tfisser apparat maħsub biex idawwal it-triq jew biex jitfa' sinjal bid-dawl lil utenti oħra tat-triq. Bl-istess mod, il-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara u r-retrorifletturi għandhom jitqiesu bħala fanali wkoll għall-fini ta' dan ir-Regolament, pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara li jitfgħu d-dawl u s-sistema tat-tidwil tal-bieba tas-servizz skont id-dispożizzjonjiet tar-Regolament Nru 107 dwar il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 mhumiex meqjusa bħala fanali;

2.7.1.   Sors tad-dawl

2.7.1.1.   “Sors tad-dawl” tfisser element wieħed jew aktar maħsub sabiex jipproduċi radjazzjoni viżibbli, li jista' jiġi assemblat b'kisi trasparenti wieħed jew aktar u b'bażi għal konnessjoni mekkanika u elettrika.

2.7.1.1.1.   “Sors tad-dawl sostitwibbli” tfisser sors tad-dawl li huwa maħsub biex jiddaħħal fi u jitneħħa mill-ħowlder tal-apparat tiegħu mingħajr għodda.

2.7.1.1.2.   “Sors tad-dawl mhux sostitwibbli” tfisser sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit l-apparat li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl.

(a)

Fil-każ ta' modulu ta' sors tad-dawl: sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit il-modulu tas-sors tad-dawl li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

(b)

Fil-każ ta' sistemi adattivi tat-tidwil ta' quddiem (AFS): sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi tiġi sostitwita l-unità tat-tidwil li magħha huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

2.7.1.1.3.   “Modulu ta' sors tad-dawl” tfisser parti ottika ta' apparat li hija speċifika għal dak l-apparat. Din ikun fiha sors tad-dawl mhux sostitwibbli wieħed jew aktar u jista' jkollha, b'mod fakultattiv, ħowlder wieħed jew aktar għal sorsi tad-dawl sostitwibbli approvati.

2.7.1.1.4.   “Sors tad-dawl bil-filament” (bozza bil-filament) tfisser sors tad-dawl fejn l-element għar-radjazzjoni viżibbli jkun filament imsaħħan wieħed jew aktar li jipproduċi radjazzjoni termali.

2.7.1.1.5.   “Sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass” tfisser sors tad-dawl fejn l-element għar-radjazzjoni viżibbli jkun ark ta' disċarġ li jipproduċi elettroluminixxenza/fluworexxenza;

2.7.1.1.6.   “Sors tad-dawl b'dijodu li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl fejn l-element maħsub sabiex jipproduċi radjazzjoni viżibbli jkun konnessjoni ta' stat solidu waħda jew aktar li jipproduċi luminexxenza/fluworexxenza permezz ta' injezzjoni.

2.7.1.1.7.   “Modulu LED” tfisser modulu ta' sors tad-dawl li bħala sorsi tad-dawl fih biss LEDs madankollu jista' jkollu, b'mod fakultattiv, ħowlder wieħed jew aktar għal sorsi tad-dawl sostitwibbli approvati.

2.7.1.2.   “Apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl” tfisser komponent wieħed jew aktar bejn il-provvista u s-sors tad-dawl, kemm jekk ikun integrat mas-sors tad-dawl jew mal-fanal konness kif ukoll jekk ma jkunx, għall-kontroll tal-vultaġġ u/jew tal-kurrent elettriku tas-sors tad-dawl.

2.7.1.2.1.   “Ballast” tfisser apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl bejn il-provvista u s-sors tad-dawl, kemm jekk ikun integrat mas-sors tad-dawl jew mal-fanal konness kif ukoll jekk ma jkunx, biex jistabbilizza l-kurrent elettriku ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.

2.7.1.2.2.   “Skattatur (ignitor)” tfisser apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl biex jistartja l-ark ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.

2.7.1.3.   “Kontroll tal-intensità varjabbli” tfisser l-apparat li awtomatikament jikkontrolla l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' wara li jipproduċu intensitajiet tal-luminożità varjabbli sabiex tkun żgurata l-perċezzjoni invarjabbli tas-sinjali tagħhom il-kontroll tal-intensità varjabbli huwa parti mill-fanal, jew parti mill-vettura, jew ikun maqsum bejn l-imsemmija fanal u l-vettura.

2.7.2.   “Fanali ekwivalenti” tfisser fanali li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura; fanali ta' din ix-xorta jista' jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk installati fuq il-vettura meta tiġi approvata sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.7.3.   “Fanali indipendenti” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2), sorsi tad-dawl separati u l-qafas tal-fanali separati.

2.7.4.   “Fanali raggruppati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2) u sorsi tad-dawl separati, iżda l-qafas tal-fanal komuni.

2.7.5.   “Fanali kkombinati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2) u sorsi tad-dawl separati, iżda sors tad-dawl komuni u qafas tal-fanal komuni.

2.7.6.   “Fanali inkorporati reċiprokament” tfisser apparati li jkollhom sorsi tad-dawl separati jew sors tad-dawl wieħed li jaħdmu f'kundizzjonijiet differenti (pereżempju, differenzi ottiċi, mekkaniċi, elettriċi), superfiċji apparenti totalment jew parzjalment komuni fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza (2) u qafas tal-fanal komuni (3).

2.7.7.   “Fanal b'funzjoni waħda” tfisser parti minn apparat li twettaq funzjoni tat-tidwil jew funzjoni tas-sinjalar bid-dawl waħda.

2.7.8.   “Fanal li jista' jinħeba” tfisser fanal li jista' jinħeba parzjalment jew kompletament meta ma jkunx qed jintuża. Dan ir-riżultat jista' jinkiseb permezz ta' għata li jitneħħa, bl-ispostament tal-fanal jew bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor it-terminu “li jista' jinġibed 'il ġewwa” jintuża b'mod aktar partikolari biex jiddiskrivi fanal li jista' jinħeba, li l-ispostament tiegħu jippermetti li jiddaħħal fl-istruttura tal-vettura.

2.7.9.   “Fanal ta' quddiem b'raġġ tas-sewqan (raġġ ewlieni)” tfisser il-fanal li jintuża sabiex idawwal it-triq tul distanza twila quddiem il-vettura.

2.7.10.   “Fanal ta' quddiem b'raġġ tal-passaġġ (raġġ baxx)” tfisser fanal li jintuża sabiex idawwal it-triq quddiem il-vettura mingħajr ma jgħammex jew jikkawża skonfort lis-sewwieqa li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew utenti oħra tat-triq.

2.7.10.1.   “Raġġ tal-passaġġ ewlieni (raġġ baxx ewlieni)” tfisser ir-raġġ baxx prodott mingħajr il-kontribut tal-apparat li jarmi r-raġġi infra-ħomor (IR) u/jew sorsi tad-dawl addizzjonali għat-tidwil għal-liwi.

2.7.11.   “Fanal li jindika d-direzzjoni” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika lill-utenti tat-triq, li s-sewwieq biħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

Il-fanal jew fanali li jindika/w id-direzzjoni jistgħu jintużaw ukoll skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 97 jew tar-Regolament Nru 116.

2.7.12.   “Fanal tal-waqfien” tfisser fanal li jintuża biex jindika lill-utenti l-oħra tat-triq li jinsabu fuq wara tal-vettura li l-moviment lonġitudinali tal-vettura jkun qed jitnaqqas apposta.

2.7.13.   “Apparat li jdawwal il-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara” tfisser apparat li jintuża biex idawwal l-ispazju maħsub għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara; dan l-apparat jista' jkun magħmul minn diversi komponenti ottiċi.

2.7.14.   “Fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza u l-wisa' tal-vettura meta wieħed jaraha minn quddiem.

2.7.15.   “Fanal tal-pożizzjoni ta' wara” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza u l-wisa' tal-vettura meta wieħed jaraha minn wara.

2.7.16.   “Retroriflettur” tfisser apparat li jintuża biex jindika l-preżenza ta' vettura permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn l-elementi li ġejjin ma jitqiesux bħala retrorifletturi:

2.7.16.1.   Pjanċi tan-numri retroriflettenti;

2.7.16.2.   Is-sinjali retroriflettenti msemmija fl-ADR (il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali bit-triq ta' merkanzija perikoluża);

2.7.16.3.   Pjanċi u sinjali retroriflettenti oħra li jistgħu jintużaw biex tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali għall-użu rigward ċerti kategoriji ta' vetturi jew ċerti metodi ta' tħaddim;

2.7.16.4.   Materjali retroriflettenti approvati bħala ta' Klassi D jew E jew F skont ir-Regolament Nru 104 tan-NU u li jintużaw għal finijiet oħra skont ir-rekwiżiti nazzjonali.

2.7.17.   “Immarkar kospikwu” tfisser apparat maħsub biex iżid kemm il-vettura tolqot l-għajn (kospikwità), meta wieħed jaraha mill-ġenb jew minn wara (jew, fil-każ tat-trejlers, minn quddiem ukoll), permezz tar-rifless tad-dawl li jkun ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors;

2.7.17.1.   “Immarkar tal-kontorn” tfisser immarkar kospikwu maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali u vertikali (it-tul, il-wisa' u l-għoli) ta' vettura.

2.7.17.1.1.   “Immarkar tal-kontorn sħiħ” tfisser immarkar tal-kontorn li jindika l-kontorn tal-vettura permezz ta' linja kontinwa.

2.7.17.1.2.   “Immarkar tal-kontorn parzjali” tfisser immarkar tal-kontorn li jindika d-dimensjoni orizzontali tal-vettura permezz ta' linja kontinwa, u d-dimensjoni vertikali billi jiġu mmarkati l-irkejjen ta' fuq.

2.7.17.2.   “Immarkar lineari” tfisser immarkar kospikwu maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali (it-tul u l-wisa') ta' vettura permezz ta' linja kontinwa.

2.7.18.   “Sinjal ta' twissija ta'periklu” tfisser it-tħaddim fl-istess ħin tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha ta' vettura biex juru li l-vettura hija ta' periklu speċjali temporanju għall-utenti l-oħra tat-triq.

2.7.19.   “Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem” tfisser fanal li jintuża biex itejjeb l-illuminazzjoni tat-triq quddiem il-vettura f'każ ta' ċpar jew kwalunkwe kundizzjoni simili ta' viżibilità mnaqqsa.

2.7.20.   “Fanal għaċ-ċpar ta' wara” tfisser fanal li jintuża biex il-vettura ssir aktar viżibbli minn wara meta ċ-ċpar ikun sfiq.

2.7.21.   “Fanal tar-reverse” tfisser il-fanal li jintuża biex idawwal it-triq fuq wara tal-vettura u biex javża utenti oħra tat-triq li l-vettura tkun qed tirriversja jew tkun ser tirriversja.

2.7.22.   “Fanal tal-parking” tfisser fanal li jintuża biex jiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta' vettura wieqfa f'żona mibnija f'ċirkostanzi bħal dawn, dan jisostitwixxi l-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara.

2.7.23.   “Fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf” tfisser il-fanal imwaħħal qrib it-tarf estrem ta' barra u mill-aktar qrib possibbli tal-parti ta' fuq tal-vettura u maħsub biex jindika b'mod ċar il-wisa' totali tal-vettura. Dan il-fanal huwa maħsub, għal ċertu vetturi u trejlers, biex jikkumplimenta l-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara tal-vettura billi jiġbed attenzjoni partikolari għall-parti integrali tagħha.

2.7.24.   “Fanal li jimmarka l-ġnub” tfisser fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha mill-ġenb.

2.7.25.   “Fanal tas-sewqan binhar” tfisser fanal li jħares f'direzzjoni 'l quddiem li jintuża biex jagħmel il-vettura viżibbli b'mod aktar faċli waqt is-sewqan binhar.

2.7.26.   “Fanal għall-kantunieri” tfisser fanal li jintuża biex tkun ipprovduta illuminazzjoni supplementari tal-parti tat-triq li tinsab qrib ir-rokna ta' quddiem tal-vettura fuq il-ġenb 'il fejn ser iddur il-vettura.

2.7.27.   “Fluss tal-luminożità oġġettiv” tfisser:

(a)

Fil-każ ta' sors tad-dawl:

Il-valur tal-fluss tal-luminożità oġġettiv, tolleranzi mhux inklużi, kif indikat fl-iskeda tad-dejta rilevanti tar-Regolament dwar is-sorsi tad-dawl applikabbli li s-sors tad-dawl ikun ġie approvat skontu;

(b)

Fil-każ ta' modulu LED:

Il-valur tal-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-ispeċifikazzjoni teknika sottomessa mal-modulu LED għall-approvazzjoni tal-fanal li l-modulu LED hija parti minnu;

2.7.28.   “Sistema adattiva tat-tidwil ta' quddiem” (jew “AFS”) tfisser apparat għat-tidwil approvat għat-tip skont ir-Regolament Nru 123, li jipprovdi raġġi b'karatteristiċi differenti biex iseħħ adattament awtomatiku għal kundizzjonijiet varjabbli tal-użu tar-raġġ baxx (raġġ tal-passaġġ) u, jekk ikun applikabbli, tar-raġġ ewlieni (ir-raġġ tas-sewqan).

2.7.28.1.   “Unità tat-tidwil” tfisser komponent li jarmi d-dawl iddisinjat biex jipprovdi jew jikkontribwixxi għal funzjoni(jiet) tat-tidwil ta' quddiem waħda jew aktar ipprovduta/i mill-AFS.

2.7.28.2.   “Unità ta' installazzjoni” tfisser kisi (qafas tal-fanal) li fih unità tat-tidwil waħda jew aktar.

2.7.28.3.   “Modalità tat-tidwil” jew “modalità” tfisser l-istat ta' funzjoni tat-tidwil ta' quddiem ipprovdut mill-AFS, kif speċifikat mill-manifattur u maħsub biex jiġi adattat għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-vettura u tal-ambjent.

2.7.28.4.   “Kontroll tas-sistema” tfisser dik il-parti jew dawk il-partijiet tal-AFS li tirċievi/jirċievu s-sinjali ta' kontroll tal-AFS mill-vettura u li tikkontrolla t-tħaddim tal-unitajiet tat-tidwil awtomatikament.

2.7.28.5.   “Sinjal ta' kontroll tal-AFS” (V, E, W, T) tfisser l-input lill-AFS skont il-paragrafu 6.22.7.4 ta' dan ir-Regolament.

2.7.28.6.   “Stat newtrali” tfisser l-istat tal-AFS meta tiġi prodotta modalità definita tar-raġġ tal-passaġġ (“raġġ tal-passaġġ bażiku”) tal-klassi C jew tar-raġġ ewlieni fil-kundizzjoni ta' attivazzjoni massima, jekk ikun hemm, u ma japplika l-ebda sinjal ta' kontroll ta' l-AFS.

2.7.28.7.   “Raġġ ewlieni adattiv” tfisser raġġ ewlieni tal-AFS li jadatta d-disinn tar-raġġ tiegħu għall-preżenza ta' vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta u ta' vetturi misjuqa quddiemu sabiex titjieb il-viżibilità fit-tul għas-sewwieq mingħajr ma jikkawża l-ebda skonfort, distrazzjoni jew dija lill-utenti l-oħra tat-triq.

2.7.29.   “Fanal tal-korteżija esterjuri” tfisser fanal li jintuża biex jipprovdi dawl supplimentari bħala għajnuna fid-dħul u l-ħruġ tas-sewwieq u l-passiġġier mill-vettura jew biex titgħabba l-vettura;

2.7.30.   “Sistema ta' fanali interdipendenti” tfisser assemblaġġ ta' żewġ jew tliet fanali interdipendenti li jaqdu l-istess funzjoni.

2.7.30.1.   “Fanal interdipendenti mmarkat ‘Y’” tfisser apparat li jaħdem bħala parti mis-sistema ta' fanali interdipendenti il-fanali interdipendenti jaħdmu flimkien meta jiġu attivati, ikollhom superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza u qafas tal-fanali separati, u jistgħu jkollhom sors(i) ta' dawl differenti.

2.7.31.   “Fanal tal-immanuvrar” tfisser fanal li jintuża biex jipprovdi dawl supplimentari fuq il-ġenb tal-vettura, li jkun ta' għajnuna waqt manuvri bil-mod.

2.7.32.   “Fanali mmarkati ‘D’” tfisser fanali indipendenti, approvati bħala apparati separati b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw b'mod indipendenti jew f'assemblaġġ ta' żewġ fanali li jitqiesu bħala “fanal singolu”.

2.8.   “Superfiċe li jitfa' d-dawl” ta' “apparat għat-tidwil”, “apparat għas-sinjalar bid-dawl” jew retroriflettur tfisser is-superfiċe kif iddikjarat fid-disinn inkluż mat-talba għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-apparat, ara l-Anness 3 (ara eż il-Partijiet 1 u 4).

Dan għandu jiġi ddikjarat skont waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra tkun ikkuksjata (textured), is-superfiċe li jitfa' d-dawl iddikjarat għandu jkun kompletament jew parzjalment is-superfiċe esterjuri tal-lenti ta' barra;

(b)

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra ma tkunx textured, il-lenti ta' barra tista' ma tiġix meqjusa u s-superfiċe li jitfa' d-dawl għandu jiġi ddikjarat fid-disinn, ara l-Anness 3. (ara eż il-Parti 5).

2.8.1.   “Lenti ta' barra textured” jew “Żona tal-lenti ta' barra textured” tfisser il-lenti ta' barra kollha jew parti minnha, iddisinjata biex timmodifika jew tinfluwenza l-propagazzjoni tad-dawl mis-sors(i) tad-dawl, b'tali mod li r-raġġi tad-dawl jiġu ddevjati sew mid-direzzjoni oriġinali tagħhom.

2.9.   “Superfiċe li jdawwal” (ara l-Anness 3);

2.9.1.   “Superfiċe li jdawwal ta' apparat tat-tidwil” (paragrafi 2.7.9, 2.7.10, 2.7.19, 2.7.21 u 2.7.26) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fetħa kollha tar-riflettur, jew fil-każ tal-fanali ta' quddiem b'riflettur ellissojdali tal-“lenti ta' projezzjoni”, fuq pjan trasversali jekk l-apparat tat-tidwil ma jkollu l-ebda riflettur, għandha tiġi applikata d-definizzjoni tal-paragrafu 2.9.2 jekk is-superfiċe li jitfa' d-dawl tal-fanal jestendi fuq parti biss mill-fetħa kollha tar-riflettur, titqies biss il-projezzjoni ta' dik il-parti.

Fil-każ ta'fanal ta' quddiem b'raġġ baxx, is-superfiċe li jdawwal ikun limitat bit-traċċa apparenti tal-punt ta' waqfien għal fuq il-lenti jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu aġġustabbli bejniethom, għandu jintuża l-aġġustament medju.

Fil-każ ta' installazzjoni ta' AFS: meta funzjoni tat-tidwil tiġi prodotta minn żewġ unitajiet tat-tidwil jew aktar li jitħaddmu fl-istess ħin fuq naħa partikolari tal-vettura, is-superfiċji individwali li jdawlu, meħuda kollettivament, jikkostitwixxu s-superfiċe li jdawwal li għandu jitqies (pereżempu, fil-figura tal-paragrafu 6.22.4 ta' hawn taħt, is-superfiċji individwali li jdawlu tal-unitajiet tat-tidwil 8, 9 u 11, meqjusa kollettivament flimkien mal-pożizzjoni rispettiva tagħhom, jikkostitwixxu s-superfiċe li jdawwal li għandu jitqies għan-naħa tal-lemin tal-vettura).

2.9.2.   “Superfiċe li jdawwal ta' apparat għas-sinjaljar bid-dawl li mhux retroriflettur” (paragrafi 2.7.11 sa 2.7.15, 2.7.18, 2.7.20 u 2.7.22 sa 2.7.25) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fanal fi pjan perpendikulari mal-assi ta' referenza tiegħu u f'kuntatt mas-superfiċe li jitfa' d-dawl esterjuri tal-fanal, b'din il-projezzjoni tkun delimitata mit-truf tal-iskrins li jinsabu f'dan il-pjan, b'kull wieħed jippermetti biss 98 fil-mija tal-intensità tal-luminożità totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza.

Biex ikunu ddeterminati l-limiti ta' isfel, ta' fuq u dawk laterali tas-superfiċe li jdawwal, għandhom jintużaw biss skrins bi truf orizzontali jew vertikali sabiex jiġu vverifikati d-distanza sat-truf estremi tal-vettura u l-għoli 'l fuq mill-art.

Għal applikazzjonijiet oħra tas-superfiċe li jdawwal, eż id-distanza bejn żewġ fanali jew funzjonijiet, għandha tintuża l-forma tal-periferija ta' dan is-superfiċe li jdawwal. L-iskrins għandhom jibqgħu paralleli, iżda jkunu jistgħu jintużaw orjentazzjonijiet oħra wkoll.

Fil-każ ta' apparat għas-sinjalar bid-dawl, li s-superfiċe li jdawwal tiegħu jagħlaq jew totalment jew parzjalment is-superfiċe li jdawwal ta' funzjoni oħra jew jagħlaq superfiċe mhux imdawwal, is-superfiċe li jdawwal jista' jitqies bħala superfiċe li jitfa' d-dawl huwa stess.(ara eż. l-Anness 3, il-Partijiet 2, 3, 5 u 6).

2.9.3.   “Superfiċe li jdawwal ta' retro-riflettur” (paragrafu 2.7.16) tfisser, kif iddikjarat mill-applikant waqt il-proċedura ta' approvazzjoni tal-komponenti għar-retrorifletturi, il-projezzjoni ortogonali ta' retroriflettur fi pjan perpendikulari mal-assi ta' referenza tiegħu u delimitat mill-pjani ta' biswit il-partijiet iddikjarati l-aktar 'il barra tas-sistema ottika tar-retrorifletturi u parallela ma' dak l-assi għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-truf ta' isfel, ta' fuq u dawk laterali tal-apparat, għandhom jitqiesu biss il-pjani orizzontali u vertikali.

2.10.   Is-“superfiċe apparenti” għal direzzjoni ta' osservazzjoni definita tfisser, fuq it-talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq, il-projezzjoni ortogonali ta':

 

Jew il-limitu tas-superfiċe li jdawwal ipprojettat fuq is-superfiċe esterjuri tal-lenti;

 

jew is-superfiċe li jitfa' d-dawl;

 

Fil-każ ta' apparat għas-sinjalar bid-dawl li jipproduċi intensitajiet tal-luminożità varjabbli biss, għandu jitqies is-superfiċe apparenti tiegħu li jista' jkun varjabbli kif speċifikat fil-paragrafu 2.7.1.3, fil-kundizzjonijiet kollha permessi mill-kontroll tal-intensità varjabbli, jekk ikun applikabbli.

Fi pjan perpendikulari mad-direzzjoni ta' osservazzjoni u tanġenzjali għall-aktar punt esterjuri tal-lenti. Eżempji differenti tal-applikazzjoni tas-superfiċe apparenti jistgħu jinstabu fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

2.11.   “Assi ta' referenza” tfisser l-assi karatteristiku tal-fanal iddeterminat mill-manifattur (tal-fanal) biex jintuża bħala d-direzzjoni ta' referenza (H = 0°, V = 0°) għal angoli ta' kamp għall-kejl fotometriku u biex jiġi installat il-fanal fuq il-vettura;

2.12.   “Ċentru ta' referenza” tfisser l-intersezzjoni tal-assi ta' referenza mas-superfiċe esterjuri li jitfa' d-dawl; dan jiġi speċifikat mill-manifattur tal-fanal.

2.13.   “Angoli ta' viżibilità ġeometrika” tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp tal-angolu solidu minimu li fih is-superfiċe apparenti tal-fanal ikun viżibbli. Dak il-kamp tal-angolu solidu jiġi ddeterminat mis-segmenti tal-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta' referenza tal-fanal u l-ekwatur ikun parallel mal-art. Dawn is-segmenti jiġu ddeterminati fir-rigward tal-assi ta' referenza. L-angoli orizzontali β jikkorrispondu għal-lonġitudini u l-angoli vertikali α għal-latitudni.

2.14.   “Tarf estrem ta' barra” fuq kull naħa tal-vettura, tfisser il-pjan parrallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmiss it-tarf laterali ta' barra tagħha, mingħajr ma titqies il-projezzjoni:

2.14.1.

Tat-tajers qrib il-punt ta' kuntatt tagħhom mal-art, u tal-konnessjonjiet għall-gauges tal-pressjoni tat-tajers;

2.14.2.

Ta' kwalunkwe apparat kontra ż-żliq immuntat fuq ir-roti;

2.14.3.

Ta' apparati għall-viżjoni indiretta;

2.14.4.

Ta' fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġnub, ta' fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, ta' fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara, ta' fanali tal-parking, ta' retrorifletturi u ta' fanali li jimmarkaw il-ġnub.

2.14.5.

Ta' siġilli tad-dwana mwaħħla mal-vettura, u ta' apparati biex ikunu żgurati u protetti siġilli ta' din ix-xorta.

2.14.6.

Ta' sistemi tat-tidwil tal-bieba tas-servizz fuq il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 kif speċifikat fil-paragrafu 2.7.

2.15.   “Dimensjonijiet totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali ddefiniti fil-paragrafu 2.14 ta' hawn fuq.

2.15.1.   “Wisa' totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali ddefiniti fil-paragrafu 2.14 ta' hawn fuq.

2.15.2.   “Tul totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmissu t-tarf ta' barra tagħha fuq quddiem u wara, irrispettivament mill-projezzjoni:

(a)

Ta' apparati għall-viżjoni indiretta;

(b)

Ta' fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf;

(c)

Ta' apparati tal-agganċ, fil-każ ta' vetturi motorizzati.

Għal trejlers fit-“tul totali” u fi kwalunkwe kejl fit-tul, iż-żbarra tal-irmonk għandha tiġi inkluża, ħlief meta tkun speċifikament eskluża.

2.16.   “Fanali singoli u multipli”

2.16.1.   “Fanal singolu” tfisser:

(a)

Apparat jew parti minn apparat li jkollu funzjoni waħda ta' tidwil jew ta' sinjalar bid-dawl, sors tad-dawl wieħed jew aktar u superfiċe apparenti wieħed fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza, li jista' jkun superfiċe kontinwu jew magħmul minn żewġ partijiet distinti jew aktar; jew

(b)

Kwalunkwe assemblaġġ ta' żewġ fanali mmarkati “D”, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni; jew

(c)

Kwalunkwe assemblaġġ ta' żewġ retrorifletturi indipendenti, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkunu ġew approvati separatament; jew

(d)

Kwalunkwe sistema ta' fanali interdipendenti magħmula minn żewġ jew tliet fanali interdipendenti mmarkati “Y” approvati flimkien u li jaqdu l-istess funzjoni.

2.16.2.   “Żewġ fanali” jew “numru biż-żewġ ta' fanali” fil-forma ta' faxxa jew strixxa, tfisser żewġ fanali b'superfiċe jitfa' d-dawl wieħed, sakemm din il-faxxa jew strixxa titqiegħed b'mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.17.   “Distanza bejn żewġ fanali” li jiffaċċjaw fl-istess direzzjoni tfisser l-iqsar distanza bejn iż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza meta d-distanza bejn il-fanali tissodisfa b'mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma hemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti tas-superfiċji apparenti.

2.18.   “Indikatur ta' funzjonament” tfisser sinjal viżwali jew tas-smigħ (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat ikun inxtegħel u qed jaħdem sew jew le.

2.19.   “Indikatur b'ċirkwit magħluq” tfisser sinjal viżwali (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat inxtegħel, imma li ma jindikax jekk hux qed jaħdem sew jew le.

2.20.   “Fanal fakultattiv” tfisser fanal, li l-installazzjoni tiegħu titħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

2.21.   “Art” tfisser is-superfiċe li fuqu tinsab wieqfa l-vettura, li għandu jkun sostanzjalment orizzontali.

2.22.   “Komponenti li jiċċaqilqu” tal-vettura tfisser dawk il-panils tal-karozzerija jew partijiet oħra tal-vettura li l-pożizzjoni(jiet) tagħhom tista'/jistgħu titbiddel/jitbiddlu billi jiġu inklinati, jiddawru jew jiġu mżerżqa mingħajr ma jintużaw għodod ma jinkludux kabini tas-sewwieqa tat-trakkijiet li jistgħu jiġu inklinati.

2.23.   “Pożizzjoni normali ta' użu ta' komponent li jiċċaqlaq” tfisser il-pożizzjoni(jiet) ta' komponent li jiċċaqlaq speċifikata/i mill-manifattur tal-vettura għall-kundizzjoni ta' użu normali u għall-kundizzjoni tal-parking tal-vettura.

2.24.   “Kundizzjoni ta'użu normali ta' vettura” tfisser:

2.24.1.

Għal vettura motorizzata, meta l-vettura tkun lesta biex tiċċaqlaq bil-magna ta' propulsjoni tagħha qed taħdem u bil-komponenti li jiċċaqilqu tagħha fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23;

2.24.2.

U għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma' vettura motorizzata li tiġbed fil-kundizzjonijiet kif previst fil-paragrafu 2.24.1 u bil-komponenti li jiċċaqilqu tiegħu jkunu f'pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23.

2.25.   “Kundizzjoni tal-parking ta' vettura” tfisser:

2.25.1

Għal vettura motorizzata, meta l-vettura tkun wieqfa u l-manga ta' propulsjoni tagħha ma tkunx qed taħdem u l-komponenti li jiċċaqilqu tagħha jkunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23;

2.25.2.

U għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma' vettura motorizzata li tiġbed fil-kundizzjoni kif deskritt fil-paragrafu 2.25.1 u bil-komponenti li jiċċaqilqu tiegħu jkunu f'pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.23.

2.26.   “Tidwil għal-liwi” tfisser funzjoni ta' tidwil biex tipprovdi dawl aħjar fil-liwi.

2.27.   “Par” tfisser is-sett ta' fanali tal-istess funzjoni fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura.

2.27.1.   “Par imqabbel” tfisser is-sett ta' fanali tal-istess funzjoni fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, li, bħala par, jikkonforma mar-rekwiżiti fotometriċi.

2.28.   “Sinjal ta' waqfien ta' emerġenza” tfisser sinjal li jindika lill-utenti l-oħra tat-triq fuq wara tal-vettura li ġiet applikata forza ta' bbrejkjar qawwija lill-vettura relattivament għall-kundizzjonijiet prevalenti tat-triq.

2.29.   Il-kulur tad-dawl mormi minn apparat

2.29.1.   “Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (4) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

W12

limitu lejn l-aħdar

y = 0,150 + 0,640 x

W23

limitu lejn l-aħdar safrani

y = 0,440

W34

limitu lejn l-isfar

x = 0,500

W45

limitu lejn il-vjola fl-aħmar

y = 0,382

W56

limitu lejn il-vjola

y = 0,050 + 0,750 x

W61

limitu lejn il-blu

x = 0,310

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,310

0,348

W2

0,453

0,440

W3

0,500

0,440

W4

0,500

0,382

W5

0,443

0,382

W6

0,310

0,283

2.29.2.   “Isfar selettiv” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (5) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

SY12

limitu lejn l-aħdar

y = 1,290 x – 0,100

SY23

il-lokus spettrali

 

SY34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,138 + 0,580 x

SY45

limitu lejn l-abjad fl-isfar

y = 0,440

SY51

limitu lejn l-abjad

y = 0,940 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

SY1

0,454

0,486

SY2

0,480

0,519

SY3

0,545

0,454

SY4

0,521

0,440

SY5

0,500

0,440

2.29.3.   “Ambra” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (5) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

A12

limitu lejn l-aħdar

y = x – 0,120

A23

il-lokus spettrali

 

A34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,390

A41

limitu lejn l-abjad

y = 0,790 – 0,670 x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

A1

0,545

0,425

A2

0,560

0,440

A3

0,609

0,390

A4

0,597

0,390

2.29.4.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (5) tad-dawl mormi li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

R12

limitu lejn l-isfar

y = 0,335

R23

il-lokus spettrali

 

R34

il-linja vjola

(l-estensjoni lineari tagħha fil-firxa ta' kuluri vjola bejn l-estremitajiet ħomor u blu tal-lokus spettrali).

R41

limitu lejn il-vjola:

y = 0,980 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,645

0,335

R2

0,665

0,335

R3

0,735

0,265

R4

0,721

0,259

2.30.   Il-Kulur Billejl tad-dawl retrorifless minn apparat eskluż it-tajers retroriflessivi skont ir-Regolament Nru 88

2.30.1.   “Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (6) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

W12

limitu lejn il-blu:

y = 0,843 – 1,182 x

W23

limitu lejn il-vjola

y = 0,489 x + 0,146

W34

limitu lejn l-isfar

y = 0,968 – 1,010 x

W41

limitu lejn l-aħdar

y = 1,442 x – 0,136

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,373

0,402

W2

0,417

0,350

W3

0,548

0,414

W4

0,450

0,513

2.30.2.   “Isfar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (6) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

Y12

limitu lejn l-aħdar

y = x – 0,040

Y23

il-lokus spettrali

 

Y34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,200 x + 0,268

Y41

limitu lejn l-abjad

y = 0,970 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

Y1

0,505

0,465

Y2

0,520

0,480

Y3

0,610

0,390

Y4

0,585

0,385

2.30.3.   “Ambra” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (7) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

A12

limitu lejn l-aħdar

y = 1,417 x – 0,347

A23

il-lokus spettrali

 

A34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,390

A41

limitu lejn l-abjad

y = 0,790 – 0,670 x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

A1

0,545

0,425

A2

0,557

0,442

A3

0,609

0,390

A4

0,597

0,390

2.30.4.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (7) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

R12

limitu lejn l-isfar

y = 0,335

R23

il-lokus spettrali

 

R34

il-linja vjola

 

R41

limitu lejn il-vjola

y = 0,978 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,643

0,335

R2

0,665

0,335

R3

0,735

0,265

R4

0,720

0,258

2.31.   Il-Kulur Binhar tad-dawl rifless minn apparat

2.31.1.   “Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (7) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

W12

limitu lejn il-vjola

y = x – 0,030

W23

limitu lejn l-isfar

y = 0,740 – x

W34

limitu lejn l-aħdar

y = x + 0,050

W41

limitu lejn il-blu

y = 0,570 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,300

0,270

W2

0,385

0,355

W3

0,345

0,395

W4

0,260

0,310

2.31.2.   “Isfar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (8) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

Y12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,534 x + 0,163

Y23

limitu lejn l-abjad

y = 0,910 – x

Y34

limitu lejn l-aħdar

y = 1,342 x – 0,090

Y41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

Y1

0,545

0,454

Y2

0,487

0,423

Y3

0,427

0,483

Y4

0,465

0,534

2.31.3.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (8) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

R12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,346 – 0,053 x

R23

limitu lejn il-vjola

y = 0,910 – x

R34

limitu lejn l-isfar

y = 0,350

R41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,690

0,310

R2

0,595

0,315

R3

0,560

0,350

R4

0,650

0,350

2.32.   Il-Kulur Binhar tal-apparat fluworexxenti

2.32.1.   “Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (9) tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żona ta' kromatiċìtà definita mil-limiti:

FR12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,346 – 0,053 x

FR23

limitu lejn il-vjola

y = 0,910 – x

FR34

limitu lejn l-isfar

y = 0,315 + 0,047 x

FR41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

FR1

0,690

0,310

FR2

0,595

0,315

FR3

0,569

0,341

FR4

0,655

0,345

2.33.   “Sinjal tat-twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara (RECAS)” tfisser sinjal awtomatiku mogħti mill-vettura ta' quddiem lill-vettura ta' warajha. Dan is-sinjal iwissi lill-vettura ta' wara li jeħtieġ tieħu azzjoni b'urġenza biex ma jkunx hemm ħabta.

2.34.   “Sistema gonjo(foto)metrika (jekk mhux speċifikat mod ieħor f'xi Regolament partikolari)” tfisser sistema użata għall-kejl fotometriku speċifikat permezz tal-koordinati angolari fi gradi fuq sfera b'assi polari vertikali skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 70, Vienna 1987, jiġifieri li tikkorrispondi għal sistema gonjo(foto)metrika b'assi orizzontali (“ta' elevazzjoni”) fiss mal-art u assi ieħor, mobbli (“ta' rotazzjoni”) u perpendikolari mal-assi fiss (ara l-Anness 14 ta' dan ir-Regolament). Nota: Il-pubblikazzjoni tas-CIE msemmija hawn fuq tispeċifika proċedura għall-korrezzjoni tal-koordinati angolari fil-każ fejn tintuża sistema gonjo(foto)metrika alternattiva.

2.35.   “Pjan H” tfisser il-pjan orizzontali li fih ikun hemm iċ-ċentru ta' referenza tal-fanal.

2.36.   “Attivazzjoni sekwenzjali” tfisser konnessjoni elettrika fejn is-sorsi tad-dawl individwali ta' fanal ikunu wajers li jiġu attivati f'sekwenza predeterminata.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tagħha għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq.

3.2.   Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti u partikolaritajiet li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura rigward il-punti msemmija fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.4 ta' hawn fuq, flimkien mar-restrizzjonjiet dwar it-tagħbija, b'mod partikolari t-tagħbija massima permissibbli fil-bagoll;

3.2.2.

Lista tal-apparati preskritti mill-manifattur għall-assemblaġġ tat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl il-lista tista' tinkludi diversi tipi ta' apparat għal kull operazzjoni. Kull tip għandu jiġi identifikat b'mod xieraq (komponent, marka tal-approvazzjoni tat-tip, isem il-manifattur, eċċ.), u minbarra dan, għal kull funzjoni, il-lista tista' tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”;

3.2.3.

Disinn ta' kif inhu mqassam l-apparat għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl kollu, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura;

3.2.4.

Jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi verifikata l-konformità tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, disinn/disinji ta' kif inhu mfassal kull fanal individwali fejn jintwera s-superfiċe li jdawwal kif definit fil-paragrafu 2.9, is-superfiċe li jitfa' d-dawl kif definit fil-pargrafu 2.8, l-assi ta' referenza kif definit fil-paragrafu 2.11 u ċ-ċentru ta' referenza kif definit fil-paragrafu 2.12. Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara (paragrafu 2.7.13);

3.2.5.

L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-metodu li jintuża għad-definizzjoni tas-superfiċe apparenti (ara l-paragrafu 2.10).

3.2.6.

Meta titwaħħal AFS fuq il-vettura, l-applikant għandu jippreżenta deskrizzjoni dettaljata li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

3.2.6.1.

Il-funzjonijiet u l-modalitajiet tat-tidwil li għalihom ġiet approvata l-AFS;

3.2.6.2.

Is-sinjali ta' kontroll tal-AFS relatati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom kif definiti skont l-Anness 10 tar-Regolament Nru 123;

3.2.6.3.

Id-dispożizzjonijiet li jiġu applikati biex il-funzjonijiet u l-modalitajiet tat-tidwil ta' quddiem jiġu adattati awtomatikament skont il-paragrafu 6.22.7.4 ta' dan ir-Regolament;

3.2.6.4.

Struzzjonijiet speċjali, jekk ikun hemm, għall-ispezzjoni tas-sorsi tad-dawl u għall-osservazzjoni viżwali tar-raġġ;

3.2.6.5.

Id-dokumenti skont il-paragrafu 6.22.9.2 ta' dan ir-Regolament;

3.2.6.6.

Il-fanali li jkunu raggruppati jew ikkombinati ma' jew inkorporati reċiprokament fl-AFS;

3.2.6.7.

L-unitajiet tat-tidwil li huma ddisinjati sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.22.5 ta' dan ir-Regolament.

3.2.7.

Għal vetturi tal-kategoriji M u N, deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku għall-apparati indikati fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10, 2.7.12, 2.7.14 u 2.7.15 ta' hawn fuq, inkluż, jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar provvista speċjali tal-elettriku/apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl jew kontroll tal-intensità varjabbli.

3.3.   Vettura mhux mgħobbija mgħammra b'sett komplut ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, kif preskritt fil-paragrafu 3.2.2 ta' hawn fuq, li tkun rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.4.   Id-dokument provdut fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament għandu jiġi mehmuż mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward tal-apparati kollha speċifikati fil-lista, l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura għandha tingħata.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 06 li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 06) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta' vettura jew lill-istess tip ta' vettura ppreżentata b'apparat li mhux speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.2.2 ta' hawn fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta' dan ir-Regolament.

4.3.   Notifika tal-approvazzjoni jew ta' estensjoni jew ta' rifjut ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip/parti ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn (kospikwu) u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (10);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti l-eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b'tali mod li f'kundizzjonijiet normali ta' użu, kif definiti fil-paragrafi 2.24, 2.24.1 u 2.24.2, u minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li jistgħu jkunu soġġetti għaliha, iżommu l-karatteristiċi previsti f'dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-fanali jiġu aġġustati ħażin b'mod involontarju.

5.2.   Il-fanali li jdawlu deskritti fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10 u 2.7.19, għandhom jiġu installati b'tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom ikun jista' jitwettaq faċilment.

5.2.1.   Fil-każ ta' fanali ta' quddiem mgħammra b'mezzi li jipprevjenu l-iskonfort lil utenti oħra tat-triq f'pajjiż fejn it-traffiku jgħaddi fuq in-naħa tat-triq opposta għal dak tal-pajjiż li għalih ġie ddisinjat il-fanal ta' quddiem, dawn il-miżuri għandhom jinkisbu awtomatikament jew mill-utent tal-vettura bil-vettura pparkjata mingħajr il-bżonn ta' għodod speċjali (minbarra dawk ipprovduti mal-vettura (11)) għandhom jingħataw struzzjonijiet dettaljati mill-manifattur tal-vettura mal-vettura.

5.3.   Għall-apparati kollha għas-sinjalar bid-dawl, inklużi dawk immuntati fuq il-panils tal-ġenb, l-assi ta' referenza tal-fanal meta mwaħħal fuq il-vettura għandu jkun parallel mal-pjan tal-irfid tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, għandu jkun perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retrorifletturi tal-ġenb u tal-fanali li jimmarkaw il-ġnub u parallel ma' dak il-pjan fil-każ tal-apparati għas-sinjalar l-oħra kollha f'kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta' ± 3°. Barra minn hekk, għandha tinżamm il-konformità ma' kwalunkwe struzzjoni speċifika rigward l-installazzjoni kif stabbilita mill-manifattur.

5.4.   Fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-fanali għandhom jiġu verifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta tkun fuq superfiċe ċatt u orizzontali fil-kundizzjoni definita fil-paragrafi 2.24, 2.24.1 u 2.24.2 u, fil-każ fejn tiġi installata AFS, bis-sistema fl-istat newtrali tagħha.

5.5.   Fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi, il-fanali li jikkostitwixxu par għandhom:

5.5.1.

Jitwaħħlu fuq il-vettura b'mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali (dan il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq il-forma ġeometrika esterjuri tal-fanal u mhux fuq it-tarf tas-superfiċe li jdawwal imsemmi fil-paragrafu 2.9);

5.5.2.

Ikunu simmetriċi bejniethom fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali; dan ir-rekwiżit mhux validu fir-rigward tal-istruttura interjuri tal-fanal;

5.5.3.

Jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi u jkollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi. Dan ma għandux japplika f'każ ta' par imqabbel ta' fanali għaċ-ċpar ta' quddiem tal-Klassi F3.

5.5.4.

Ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.

5.6.   Fuq vetturi li l-forma esterna tagħhom tkun assimmetrika, ir-rekwiżiti ta' hawn fuq għandhom jiġu ssodisfati safejn ikun possibbli.

5.7   Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jew fanali singoli

5.7.1.   Il-fanali jistgħu jkunu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament wieħed mal-ieħor sakemm ir-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kulur, tal-pożizzjoni, tal-orjentazzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u tal-konnessjonijiet elettriċi kif ukoll rekwiżiti oħra, jekk ikun hemm, jiġu ssodisfati.

5.7.1.1.   Ir-rekwiżiti fotometriċi u kolorimetriċi ta' fanal għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjonijiet l-oħra kollha li dan il-fanal ikun raggruppat, ikkombinat jew reċiprokament inkorporat magħhom ikunu MITFIJA.

Madankollu, meta fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem jew ta' wara jkun inkorporat reċiprokament ma' funzjoni waħda oħra jew iktar li tista' tiġi attivata flimkien miegħu, ir-rekwiżiti dwar il-kulur ta' kull waħda minn dawn il-funzjonijiet l-oħra għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjoni(jiet) inkorporata(i) reċiprokament u l-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem jew ta' wara jkunu MIXGĦULA.

5.7.1.2.   Il-fanali tal-waqfien u l-fanali li jindikaw id-direzzjoni ma jistgħux ikunu inkorporati reċiprokament.

5.7.1.3.   Meta fanali tal-waqfien u fanali li jindikaw id-direzzjoni jiġu raggruppati, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.7.1.3.1.

Kwalunkwe linja dritta orizzontali jew vertikali li tgħaddi mill-projezzjonjiet tas-superfiċji apparenti ta' dawn il-funzjonijiet fuq pjan perpendikulari mal-assi ta' referenza, ma għandhiex taqsam aktar minn żewġ linji ta' demarkazzjoni li jisseparaw żoni biswit xulxin ta' kulur differenti;

5.7.1.3.2.

Ma għandux ikun hemm soprapożizzjoni tas-superfiċji apparenti tagħhom fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza, abbażi taż-żoni delimitati mill-kontorn tas-superfiċji tagħhom li jitfgħu d-dawl.

5.7.2.   Fanali singoli

5.7.2.1.   Il-fanali singoli kif definiti fil-paragrafu 2.16.1(a), magħmula minn żewġ partijiet jew aktar distinti, għandhom jiġu installati b'tali mod li:

(a)

Jew l-erja totali tal-projezzjoni tal-partijiet distinti fuq pjan tanġenzjali mas-superfiċe esterjuri tal-lenti ta' barra u perpendikulari mal-assi ta' referenza tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjoni msemmija; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti ta' partijiet distinti biswit xulxin/tanġenzjali ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b'mod perpendikulari mal-assi ta' referenza.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw fil-każ ta' retroriflettur singolu.

5.7.2.2.   Fanali singoli kif definiti fil-paragrafu 2.16.1(b) jew (c), magħmula minn żewġ fanali mmarkati “D” jew żewġ retrorifletturi indipendenti, għandhom jiġu installati b'tali mod li:

(a)

Jew il-projezzjoni tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza taż-żewġ fanali jew retrorifletturi tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tal-imsemmija superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ta' żewġ fanali jew żewġ retrorifletturi indipendenti ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b'mod perpendikulari mal-assi ta' referenza.

5.7.2.3.   Fanali singoli kif definiti fil-paragrafu 2.16.1(d) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.7.2.1.

Meta żewġ fanali jew iktar u/jew żewġ superfiċji apparenti separati jew aktar ikunu inklużi fl-istess qafas tal-fanal u/jew ikollhom lenti ta' barra komuni, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala sistema ta' fanali interdipendenti.

Madankollu, fanal li jkollu forma ta' faxxa jew strixxa jista' jkun parti minn sistema ta' fanali interdipendenti.

5.7.2.4.   Żewġ fanali jew numru biż-żewġ ta' fanali li jkollhom forma ta' faxxa jew strixxa għandhom jitqiegħdu b'mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, u jestendu fuq iż-żewġ naħat sa mill-inqas 0,4 m mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura, u ma jkunux itwal minn 0,8 m; id-dawl ta' dan is-superfiċe għandu jkun provdut minn tal-anqas żewġ sorsi tad-dawl li jkunu kemm jista' jkun viċin it-truf tiegħu; is-superfiċe li jitfa' d-dawl jista' jkun magħmul minn numru ta' elementi mpoġġija maġenb xulxin bil-kundizzjoni li dawn is-superfiċji individwali li jitfgħu d-dawl, meta jiġu projettati fuq pjan trasversali, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.7.2.1.

5.8.   L-għoli massimu 'l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt u l-għoli minimu mill-aktar punt baxx tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza.

Meta l-għoli (massimu u minimu) 'il fuq mill-art jissodisfa b'mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma jkunx hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta' ebda superfiċe.

5.8.1.   Sabiex jiċċekknu l-angoli ta' viżibilità ġeometrika, il-pożizzjoni tal-fanal rigward l-għoli 'l fuq mill-art, għandha titkejjel mill-pjan H.

5.8.2.   Fil-każ ta' fanal ta' quddiem b'raġġ baxx, l-għoli minimu 'l fuq mill-art jitkejjel mill-aktar punt baxx tal-ħruġ effettiv tas-sistema ottika (eż. riflettur, lenti, lenti ta' projezzjoni) indipendentement mill-użu tiegħu.

5.8.3.   Il-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa', tiġi ddeterminata mit-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li jkun l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura b'referenza għall-wisa' totali, u mit-truf ta' ġewwa tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza b'referenza għad-distanza bejn il-fanali.

Meta l-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa', tissodisfa b'mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma jkunx hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta' ebda superfiċe.

5.9.   Fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi, matul il-perjodu ta' attivazzjoni tal-fanal, il-karatteristiċi fotometriċi (eż. l-intensità, il-kulur, is-superfiċe apparenti, eċċ.) tal-fanal ma għandhomx jiġu varjati apposta.

5.9.1.   Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni, is-sinjal ta' twissija ta' periklu mill-vettura, il-fanali ambra li jimmarkaw il-ġnub li jkunu konformi mal-paragrafu 6.18.7 ta' hawn taħt, u s-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandhom ikunu fanali li jteptpu.

5.9.2.   Il-karatteristiċi fotometriċi ta' kwalunkwe fanal jistgħu jvarjaw:

(a)

Skont id-dawl ambjentali;

(b)

B'konsegwenza tal-attivazzjoni ta' fanali oħra; jew

(c)

Meta l-fanali jkunu qed jintużaw biex jipprovdu funzjoni tat-tidwil oħra;

sakemm kwalunkwe varjazzjoni fil-karatteristiċi fotometriċi tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi għall-fanal ikkonċernat.

5.9.3.   Il-karatteristiċi fotometriċi ta' fanal li jindika d-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a jew 2b jistgħu jiġu varjati waqt it-teptip permezz ta' attivazzjoni sekwenzjali ta' sorsi tad-dawl kif speċifikat fil-paragrafu 5.6 tar-Regolament Nru 6.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 2a u 2b jiġu operati bħala sinjal ta' waqfien ta' emerġenza skont il-paragrafu 6.23.1 ta' dan ir-Regolament.

5.10.   Il-fanal ma għandu jitfa l-ebda dawl aħmar f'direzzjoni 'l quddiem li jista' jagħti lok għal konfużjoni, kif definit fil-paragrafu 2.7, u ma għandu jitfa l-ebda dawl abjad f'direzzjoni lura li jista' jagħti lok għal konfużjoni, kif definit fil-paragrafu 2.7. L-apparati tat-tidwil imwaħħla għat-tidwil interjuri tal-vettura ma għandhomx jitqiesu f'każ ta' dubju, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat kif ġej:

5.10.1.

Għall-viżibilità tad-dawl aħmar lejn il-parti ta' quddiem ta' vettura, bl-eċċezzjoni tal-fanal aħmar li jimmarka l-ġnub fuq wara nett, għal osservatur li jkun fiż-Żona 1 indikata fl-Anness 4 l-ebda superfiċe apparenti ta' fanal aħmar ma għandu jkun direttament viżibbli;

5.10.2.

Għall-viżibilità ta' dawl abjad lejn il-parti ta' wara tal-vettura, bl-eċċezzjoni tal-fanali tar-reverse u l-immarkar kospikwu abjad imwaħħal fuq il-vettura, għal osservatur li jkun fiż-Żona 2 fi pjan trasversali li jkun 25 m wara l-vettura (ara l-Anness 4), l-ebda superfiċe apparenti ta' fanal abjad ma għandu jkun direttament viżibbli;

5.10.3.

Fil-pjani rispettivi tagħhom, iż-żoni 1 u 2 esplorati minn għajn l-osservatur huma limitati:

5.10.3.1.

Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 2.2 m'il fuq mill-art;

5.10.3.2.

Fil-wisa', minn żewġ pjani vertikali li, 'il quddiem u lura rispettivament jiffurmaw angolu ta' 15° 'il barra mill-pjan mejdan lonġitudinali tal-vettura, jgħaddu mill-punt jew mill-punti ta' kuntatt ta' pjani vertikali paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita l-wisa' totali tal-vettura; jekk ikun hemm diversi punti ta' kuntatt, l-aktar punt 'il quddiem għandu jikkorrispondi mal-pjan ta' quddiem u l-aktar punt lura mal-pjan ta' wara.

5.11.   Il-konnessjonjiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanali ta' pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara, il-fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, jekk hemm, il-fanali li jimmarkaw il-ġnub, jekk hemm, u l-fanal tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara jistgħu jiġu MIXGĦULA u MITFIJA fl-istess ħin biss.

5.11.1.   Din il-kundizzjoni ma tapplikax:

5.11.1.1.

Meta l-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara jkunu MIXGĦULA, kif ukoll il-fanali li jimmarkaw il-ġnub meta kkombinati jew inkorporati reċiprokament mal-fanali imsemmija, bħala fanali tal-parking; jew

5.11.1.2.

Meta l-fanali li jimmarkaw il-ġnub iteptpu fl-istess ħin bħall-fanali li jindikaw id-direzzjoni; jew

5.11.1.3.

Meta s-sistema tas-sinjalar bid-dawl tkun taħdem skont il-paragrafu 6.2.7.6.2.

5.11.2.   Għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem meta l-funzjoni tagħhom tkun sostitwita skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.12.1 ta' hawn taħt.

5.11.3.   Fil-każ ta' sistema ta' fanali interdipendenti, is-sorsi tad-dawl kollha għandhom JIXGĦELU u JINTFEW fl-istess ħin.

5.12.   Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx u l-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem ma jkunux jistgħu jinxtegħlu ħlief jekk il-fanali msemmija fil-paragrafu 5.11 ma jinxtegħlux ukoll. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika, madanakollu, għall-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jew b'raġġ baxx meta t-twissijiet ta' luminożità tagħhom jingħataw permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra tal-fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni jew permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx jew permezz tat-tidwil alternat f'intervalli qosra tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx.

5.12.1.   Il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u/jew il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u/jew il-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem jistgħu jissostitwixxu l-funzjoni tal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem, sakemm:

5.12.1.1.

Il-konnessjonijiet elettriċi tagħhom ikunu tali li f'każ ta' ħsara ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-apparati tat-tidwil, il-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem jiġu riattivati awtomatikament; kif ukoll

5.12.1.2.

Il-fanal/funzjoni ta' sostituzzjoni tkun tissodisfa, għall-fanal tal-pożizzjoni rispettiv, ir-rekwiżiti dwar:

(a)

Il-viżibilità ġeometrika preskritta għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem fil-paragrafu 6.9.5; u

(b)

Il-valuri fotometriċi minimi skont l-angoli tad-distribuzzjoni tad-dawl; u

5.12.1.3.

Evidenza xierqa li turi l-konformità mar-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 5.12.1.2 ta' hawn fuq tingħata fir-rapporti tat-test tal-fanal ta' sostituzzjoni.

5.13.   Indikatur

Meta dan ir-Regolament jipprovdi għal indikatur b'ċirkwit magħluq, dan jista' jiġi sostitwit minn indikatur “ta' funzjonament”.

5.14.   Fanali li jistgħu jinħbew

5.14.1.   Il-ħabi tal-fanali għandu jkun ipprojbit, ħlief għall-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni, għall-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u għall-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem, li jistgħu jinħbew meta ma jkunux qed jintużaw.

5.14.2.   Fil-każ ta' kwalunkwe ħsara li taffettwa l-ħidma tal-apparat(i) moħbi(ja), il-fanali għandhom jibqgħu fil-pożizzjoni tal-użu, jekk ikunu diġà qed jintużaw, jew għandhom ikunu jistgħu jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu mingħajr l-għajnuna ta' għodda.

5.14.3.   Għandu jkun possibbli li l-fanali jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu u li jinxtegħlu permezz ta' kontroll wieħed, mingħajr ma tkun eskluża l-possibbiltà li jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu mingħajr ma jinxtegħlu madanakollu, fil-każ ta' fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx raggruppati, il-kontroll imsemmi hawn fuq huwa meħtieġ biss għall-attivazzjoni tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx.

5.14.4.   Ma għandux ikun possibbli, li b'mod deliberat, mis-sit tas-sewwieq, jitwaqqaf il-moviment tal-fanali mixgħula qabel ma jilħqu l-pożizzjoni tal-użu jekk ikun hemm periklu li l-moviment tal-fanali jgħammex għajnejn l-utenti l-oħra tat-triq, dawn il-fanali jistgħu jixegħlu biss meta jkunu fil-pożizzjoni tal-użu tagħhom.

5.14.5.   Meta l-apparat ta' ħabi jkollu temperatura ta'bejn – 30 °C u + 50 °C, il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu jistgħu jilħqu l-pożizzjoni tal-użu fi tliet sekondi mit-tħaddim inizjali tal-kontroll.

5.15.   Il-kuluri tad-dawl mormi mill-fanali (12) huma dawn li ġejjin:

Fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni:

Abjad

Fanal ta' quddiem b'raġġ baxx:

Abjad

Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem:

Abjad jew isfar selettiv

Fanal tar-reverse:

Abjad

Fanal li jindika d-direzzjoni:

Ambra

Sinjal ta' twissija ta' periklu:

Ambra

Fanal tal-waqfien:

Aħmar

Sinjal ta' waqfien ta' emerġenza:

Ambra jew aħmar

Sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara:

Ambra

Fanal tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara:

Abjad

Fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem:

Abjad

Fanal tal-pożizzjoni ta' wara:

Aħmar

Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem:

Abjad jew isfar selettiv

Fanal għaċ-ċpar ta' wara:

Aħmar

Fanali tal-parking:

Abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara, ambra jekk inkorporat reċiprokament fil-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġnub jew fil-fanali li jimmarkaw il-ġnub.

Fanal li jimmarka l-ġnub:

Ambra; madanakollu l-fanal li jimmarka l-ġnub fuq wara nett jista' jkun aħmar jekk ikun raggruppat jew ikkombinat jew inkorporat reċiprokament mal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara, mal-fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf ta' wara, mal-fanal għaċ-ċpar ta' wara, mal-fanal tal-waqfien jew ikun raggruppat jew ikollu parti mis-superfiċe li jitfa' d-dawl komuni mar-retroriflettur ta' wara.

Fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf:

Abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara

Fanal tas-sewqan binhar:

Abjad

Retroriflettur ta' wara, mhux trijangulari:

Aħmar

Retroriflettur ta' wara, trijangulari:

Aħmar

Retroriflettur ta' quddiem, mhux trijangulari:

Identiku għal dawl inċidentali (13)

Retroriflettur tal-ġnub, mhux trijangulari:

Ambra; madanakollu r-retrorifletur tal-ġnub fuq wara nett jista' jkun aħmar jekk ikun raggruppat jew ikollu parti mis-superfiċe li jitfa' d-dawl komuni mal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara, mal-fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf ta' wara, mal-fanal għaċ-ċpar ta' wara, mal-fanal tal-waqfien, mal-fanal aħmar li jimmarka l-ġnub fuq wara nett jew mar-retroriflettur ta' wara, mhux trijangulari.

Fanal għall-kantunieri:

Abjad

Immarkar kospikwu:

Abjad fuq quddiem;

Abjad jew isfar fuq il-ġenb;

Aħmar jew isfar fuq wara (14).

Sistemi adattivi tat-tidwil ta' quddiem (AFS):

Abjad

Fanal tal-korteżija esterjuri:

Abjad

Fanal tal-immanuvrar:

Abjad

5.16.   Numru ta' fanali

5.16.1.   In-numru ta' fanali mmuntati fuq il-vettura għandu jkun daqs in-numru indikat fl-ispeċifikazzjonijiet individwali ta' dan ir-Regolament.

5.17.   Kwalunkwe fanal jista' jiġi installat fuq komponenti li jiċċaqilqu sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 5.18, 5.19 u 5.20 jiġu ssodisfati.

5.18.   Il-fanali ta' pożizzjoni ta' wara, l-indikaturi tad-direzzjoni ta' wara u r-retrorifletturi ta' wara, trijangulari kif ukoll mhux trijangulari, jistgħu jiġu installati fuq komponenti li jiċċaqilqu biss:

5.18.1.

Jekk fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu, il-fanali fuq il-komponenti li jiċċaqilqu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal dawk il-fanali.

5.18.2.

Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.18 jinkisbu b'assemblaġġ ta' żewġ fanali immarkati “D” (ara l-paragrafu 2.16.1.), wieħed mill-fanali biss ikun meħtieġ jissodisfa r-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk fotometriċi għal dawk il-fanali fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu.

jew

5.18.3.

Fil-każ li jitwaħħlu u jiġu attivati fanali addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk fotometriċi kollha applikabbli għall-fanali installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.18.4.

Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.18 jinkisbu b'sistema ta' fanali interdipendenti, tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ li s-sistema sħiħa ta' fanali interdipendenti tiġi mmuntata fuq il-komponent(i) li jiċċaqlaq, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.18.1 għandhom jiġu ssodisfati madankollu, jistgħu jiġu attivati fanali addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha applikabbli għall-fanali installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq, jew

(b)

Fil-każ li s-sistema ta' fanali interdipendenti tkun mgħammra parzjalment fuq il-komponent fiss u parzjalment fuq komponent li jiċċaqlaq, ħlief għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni, il-fanal(i) interdipendenti speċifikati mill-Applikant waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-apparat għandu/għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika 'l barra u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal dawk il-fanali, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu.

Ir-rekwiżit(i) tal-viżibilità ġeometrika 'l ġewwa għandu/għandhom jitqies(u) li hu(ma) ssodisfat(i) jekk dan/dawn il-fanali interdipendenti jkun(u) għadu/għadhom konformi mal-valuri preskritti fil-kamp tad-distribuzzjoni tad-dawl għall-approvazzjoni tal-apparat, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu.

Għal fanali li jindikaw id-direzzjoni, il-fanal(i) interdipendenti speċifikati mill-Applikant waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-apparat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu. Dan ma japplikax fejn, sabiex jiġi żgurat l-angolu tal-viżibilità ġeometrika kollu, jiġu attivati fanali addizzjonali meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-fanali addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni u dawk fotometriċi u kolorimetriċi kollha applikabbli għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.19.   Meta l-komponenti li jiċċaqilqu jkunu f'pożizzjoni li mhix “pożizzjoni normali ta' użu”, l-apparati installati fuqhom ma għandhomx jikkawżaw skonfort żejjed lill-utenti tat-triq.

5.20.   Meta fuq komponent li jiċċaqlaq jiġi installat fanal u l-komponent li jiċċaqlaq ikun fil-“pożizzjoni(jiet) normali ta' użu”, il-fanal għandu dejjem jirritorna għall-pożizzjoni(jiet) speċifikata/i mill-manifattur skont dan ir-Regolament fil-każ ta' fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u fanali għaċ-ċpar ta' quddiem, dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk, meta l-komponenti li jiċċaqilqu jiġu mċaqilqa u rritornati għall-pożizzjoni normali għal 10 darbiet, l-ebda valur tal-inklinazzjoni angolari ta' dawn il-fanali, relattiv għall-appoġġ tiegħu, imkejjel wara kull operazzjoni tal-komponent li jiċċaqlaq, ma jvarja b'aktar minn 0,15 fil-mija mill-medja tal-10 valuri mkejla jekk dan il-valur jinqabeż, kull valur ta' limitu speċifikat fil-paragrafu 6.2.6.1.1 imbagħad għandu jiġi immodifikat b'dan l-ammont ta' eċċess sabiex titnaqqas il-firxa tal-inklinazzjonijiet permessa għall-kontroll tal-vettura skont l-Anness 6.

5.21.   Is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara, tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' quddiem u ta' wara u tar-retrorifletturi ma għandux ikun mgħotti b'aktar minn 50 fil-mija minn kwalunkwe komponent li jiċċaqlaq, kemm jekk ikollu apparat għat-tidwil bis-sinjalar bid-dawl kif ukoll jekk le, fi kwalunkwe pożizzjoni fissa differenti mill-“pożizzjoni normali ta' użu”.

Pożizzjoni fissa ta' komponent li jiċċaqlaq tfisser il-pożizzjoni(jiet) stabbli jew wieqfa tal-komponent li jiċċaqlaq speċifikata/i mill-manifattur tal-vettura, kemm jekk illokjata kif ukoll jekk le.

Jekk ir-rekwiżit ta' hawn fuq mhux prattikabbli:

5.21.1.

Fanali addizzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għall-fanali indikati hawn fuq għandhom jiġu attivati meta s-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ta' dawn il-fanali jkun moħbi b'aktar minn 50 fil-mija mill-komponent li jiċċaqlaq; jew

5.21.2.

Għandha ssir rimarka fil-formola ta' komunikazzjoni (punt 10.1 tal-Anness 1) sabiex tinforma lill-Amministrazzjonijiet l-oħra li jista' jkun li aktar minn 50 fil-mija tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza qed jiġi moħbi mill-komponenti li jiċċaqilqu; u

Għandha sssir notifika fil-vettura sabiex tinforma lill-utent li f'ċerta/i pożizzjoni(jiet) tal-komponenti li jiċċaqilqu, għandu jwissi lill-utenti l-oħra tat-triq bil-preżenza tal-vettura fit-triq; pereżempju, permezz ta' trijangolu ta' twissija jew apparati oħra skont ir-rekwiżiti nazzjonali għall-użu fit-triq.

5.21.3.

Il-paragrafu 5.21.2 ma japplikax għar-retrorifletturi.

5.22.   Bl-eċċezzjoni tar-retrorifletturi, fanal, anki jekk ikollu marka tal-approvazzjoni, ma jitqiesx bħala preżenti jekk ma jkunx jista' jitħaddem bis-sempliċi installazzjoni ta' sors tad-dawl u/jew fjus.

5.23.   Il-fanali approvati b'sors(i) tad-dawl skont ir-Regolament Nru 37, ħlief meta dawn is-sorsi tad-dawl jintużaw bħala sors(i) tad-dawl mhux sostitwibbli kif definit fil-paragrafu 2.7.1.1.2 ta' dan ir-Regolament, għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura b'tali mod li s-sors tad-dawl ikun jista' jiġi sostitwit b'mod korrett mingħajr il-bżonn ta' għajnuna esperta u mingħajr ma jintużaw għodod speċjali, ħlief dawk provduti mal-vettura mill-manifattur il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi mal-vettura deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura għas-sostituzzjoni.

5.23.1.   Fil-każ meta l-modulu ta' sors tad-dawl jinkludi ħowlder għal sors tad-dawl sostitwibbli approvat skont ir-Regolament Nru 37, dan is-sors tad-dawl għandu jiġi sostitwit kif meħtieġ fil-paragrafu 5.23 ta' hawn fuq.

5.24.   Hija permessa kwalunkwe sostituzzjoni temporanja ta' sikurezza tal-funzjoni tas-sinjalar bid-dawl ta' fanal takl-pożizzjoni ta' wara, sakemm il-funzjoni ta' sostituzzjoni f'każ ta' ħsara tkun simili fil-kulur, fl-intensità ewlenija u fil-pożizzjoni għall-funzjoni li tkun waqfet taħdem u sakemm l-apparat ta' sostituzzjoni jibqa' operattiv fil-funzjoni ta' sikurezza oriġinali tiegħu. Waqt is-sostituzzjoni, sinjalatur fuq id-daxxbord (paragrafu 2.18 ta' dan ir-Regolament) għandu jindika li saret sostituzzjoni temporanja u li hemm ħtieġa għal tiswija.

5.25.   Meta tiġi installata AFS, din għandha titqies bħala ekwivalenti għal par fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u, jekk tipprovdi funzjoni(jiet) ta' raġġ ewlieni, għandha titqies bħala ekwivalenti għal par fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni.

5.26.   Huma permessi fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' wara, fanali tal-pożizzjoni ta' wara, fanali tal-waqfien (ħlief fanali tal-waqfien tal-kategorija S4) u fanali għaċ-ċpar ta' wara b'kontroll tal-intensità tal-luminożità varjabbli, li jirreaġixxu fl-istess ħin għal mill-inqas waħda mill-influwenzi esterni li ġejjin: tidwil ambjentali, ċpar, silġ, ilma, sprej, sħab ta' trab, kontaminzzjoni tas-superfiċe li jitfa' d-dawl, sakemm matul it-tranżizzjonijiet ta' varjazzjoni kollha jinżamm ir-rapport tal-intensitajiet preskritta tagħhom matul tranżizzjoni ma għandha tiġi osservata l-ebda varjazzjoni f'daqqa fl-intensità il-fanali tal-waqfien tal-kategorija S4 jistgħu jipproduċu intensità tal-luminożità varjabbli indipendenti mill-fanali l-oħra jista' jkun possibbli li s-sewwieq jissettja l-funzjonijiet ta' hawn fuq għal intensitajiet tal-luminożità li jikkorrispondu għall-kategorija stabbli tagħhom u jirritornahom għall-kategorija varjabbli awtomatika tagħhom.

5.27.   Għal vetturi tal-kategoriji M u N, l-applikant għandu juri lis-Servizz Tekniku responsabbli għall-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip li l-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku għall-apparati indikati fil-paragrafi 2.7.9, 2.7.10, 2.7.12, 2.7.14 u 2.7.15 ta' hawn fuq, meta s-sistema elettrika tal-vettura tkun f'kundizzjoni ta' tħaddim b'vultaġġ kostanti, rappreżentattiv għall-kategorija rilevanti ta' vettura motorizzata kif speċifikat mill-applikant, huma konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

5.27.1.

Il-vultaġġ ipprovdut fit-terminali tal-apparati li, skont id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom, ikunu ġew ittestjati bl-applikazzjoni ta' provvista speċjali tal-elettriku/apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl, jew f'modalità tat-tħaddim sekondarja jew f'vultaġġ mitlub mill-applikant, ma għandux ikun ogħla mill-vultaġġ peċifikat għall-apparati jew funzjonijiet rilevanti kif ikunu ġew approvati.

5.27.2.

Fil-każijiet kollha ta' kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku mhux koperti mill-paragrafu 5.27.1, il-vultaġġ fit-terminali tal-apparat(i) jew il-funzjoni(jiet) ma għandux ikun ogħla minn 6,75 V (Sistemi 6 Volt-Systems), 13,5 V (12 Volt-Systems) jew 28 V (24 Volt-Systems) b'iktar minn 3 fil-mija il-mezzi ta' kontroll tal-vultaġġ massimu fit-terminali tal-apparat jistgħu, għall-konvenjenza, ikunu fl-apparat innifsu.

5.27.3.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.27.1 u 5.27.2 ma għandhomx japplikaw għal apparati li jinkludu apparat elettroniku ta' kontroll tas-sors tad-dawl jew kontroll tal-intensità varjabbli li jkun parti mill-apparat.

5.27.4.

Mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni għandu jiġi mehmuż rapport li jiddeskrivi l-metodi użati biex jintwerew il-konformità u r-riżultati miksuba.

5.28.   Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-viżibilità ġeometrika

5.28.1.   Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċe apparenti tal-fanal osservat mill-infinità madankollu, l-ostakli ma jitqisux, jekk ikunu diġà ġew ippreżentati meta l-fanal ikun kiseb l-approvazzjoni tat-tip.

5.28.2.   Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-fanal, id-direzzjoni ta' osservazzjoni għandha tiġi spostjata b'mod parallel sabiex tinkiseb l-istess preċiżjoni.

5.28.3.   Jekk, meta l-fanal jiġi installat, kwalunkwe parti mis-superfiċe apparenti tal-fanal tkun moħbija minn xi parti oħra tal-vettura, għandhom jiġu ppreżentati provi li l-parti tal-fanal li mhix moħbija mill-ostakli għadha konformi mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal-apparat.

5.28.4.   Meta l-angolu vertikali tal-viżibilità ġeometrika taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° (fanal f'għoli ta' inqas minn 750 mm 'il fuq mill-art imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), il-kamp fotometriku tal-kejl tal-unità ottika installata jista' jitnaqqas għal 5° taħt l-orizzontali.

5.28.5.   Fil-każ ta' sistema ta' fanali interdipendenti, ir-rekwiżiti tal-viżibilità ġeometrika għandhom jiġu ssodisfati meta l-fanali interdipendenti jitħaddmu flimkien.

5.29.   Il-moduli LED ma għandhomx għalfejn ikunu sostitwibbli, jekk ikun iddikjarat hekk fl-iskeda ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

6.1.   Fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni (Regolamenti Nri 98 u 112)

6.1.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati ipprojbita fuq it-trejlers.

6.1.2.   Numru

Tnejn jew erbgħa, bit-tip approvat skont ir-Regolamenti Nri 98 jew 112, ħlief għal fanali ta' quddiem tal-Klassi A.

Għall-vetturi tal-kategorija N3: Jistgħu jiġu installati żewġ fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni addizzjonali.

Meta vettura tkun mgħammra b'erba' fanali ta' quddiem li jistgħu jinħbew, l-installazzjoni ta' żewġ fanali ta' quddiem addizzjonali għandha tiġi awtorizzata biss għall-fini ta' sinjalar bid-dawl, li jsir permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12 ta' hawn fuq) binhar.

6.1.3.   Arranġament

L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.   Pożizzjoni

6.1.4.1.   Fil-wisa': L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.2.   Fl-għoli: L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.3.   Fit-tul: Fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament mill-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.1.5.   Viżibilità ġeometrika

Il-viżibilità tas-superfiċe li jdawwal, inkluża il-viżibilità ta' żoni tiegħu li ma jidhrux imdawla fid-direzzjoni tal-osservazzjoni meqjusa, għandha tiġi żgurata fi ħdan spazju diverġenti definit minn linji ġeneranti li jsegwu l-kontorn tas-superfiċe li jdawwal u li jiffurmaw angolu ta' mhux inqas minn 5° mal-assi ta' referenza tal-fanal ta' quddiem. L-oriġini tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika hija l-perimetru tal-projezzjoni tas-superfiċe li jdawwal fuq pjan trasversali tanġenzjali għall-parti ta' quddiem nett tal-lenti tal-fanal ta' quddiem.

6.1.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem.

Mhux iktar minn fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni wieħed fuq kull ġenb tal-vettura ma jista' jdur biex jipproduċi t-tidwil għal-liwi.

6.1.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.1.7.1.   Ħlief meta jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f'intervalli qosra, il-fanali ta' quddiem b'r-raġġ ewlieni jistgħu jkunu MIXGĦULA, biss meta s-swiċċ ewlieni tad-dwal ikun fil-pożizzjoni MIXGĦULA jew f'pożizzjoni AWTOMATIKA u jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni awtomatika tar-raġġ baxx f'dan il-każ, il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni għandhom jintfew awtomatikament meta l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni awtomatika tar-raġġ baxx ma jibqgħux jeżistu.

6.1.7.2.   Il-kontroll tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jista' jkun awtomatiku għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tagħhom, fejn is-sinjali tal-kontroll jiġu prodotti minn ta' sistema ta' sensors li tkun kapaċi tidentifika u tirreaġixxi għall-inputs li ġejjin:

(a)

Kundizzjonijiet tat-tidwil ambjentali;

(b)

Id-dawl mormi mill-apparati għat-tidwil ta' quddiem u l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' quddiem ta' vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta;

(c)

Id-dawl mormi mill-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' wara ta' vetturi misjuqa quddiem il-vettura.

Funzjonijiet ta' sensors addizzjonali li jtejbu l-prestazzjoni huma permessi.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “vetturi” tfisser vetturi tal-kategoriji L, M, N, O u T, kif ukoll roti (bicycles), bħal vetturi li jkunu mgħammra b'retrorifletturi, b'apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, li jkunu MIXGĦULA.

6.1.7.3.   Dejjem għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jiġu MIXGĦULA u MITFIJA manwalment u li l-kontroll awtomatiku tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jiġi MITFI manwalment.

Barra minn hekk, it-TIFI, tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u tal-kontroll awtomatiku tagħhom, għandu jkun possibbli permezz ta' operazzjoni manwali sempliċi u immedjata; mhux permess l-użu ta' sub-menus.

6.1.7.4.   Il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jistgħu jinxtegħlu jew fl-istess ħin jew f'pari f'każ li jiġu installati ż-żewġ fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni addizzjonali, kif inhu permess skont il-paragrafu 6.1.2 għall-vetturi tal-kategorija N3 biss, ma jistgħux jinxtegħlu aktar minn żewġ pari fl-istess ħin għall-bidla mir-raġġ baxx għar-raġġ ewlieni, għandu jinxtegħel mill-inqas par wieħed ta' fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni għall-bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, il-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni kollha għandhom jintfew fl-istess ħin.

6.1.7.5.   Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin.

6.1.7.6.   Meta jitwaħħlu erba' fanali ta' quddiem li jistgħu jinħbew, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom għandha tipprevjeni t-tħaddim fl-istess ħin ta' kwalunkwe fanal ta' quddiem addizzjonali mwaħħal, jekk dan ikun maħsub biex jipprovdi sinjali bid-dawl permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra (paragrafu 5.12) binhar.

6.1.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa obbligatorju.

6.1.8.1.   Jekk il-kontroll tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jkun awtomatiku kif deskritt fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq, għandha tingħata indikazzjoni lis-sewwieq li kontroll awtomatiku tal-funzjoni tar-raġġ ewlieni ġie attivat. Din l-informazzjoni għandha tibqa' tidher sakemm it-tħaddim awtomatiku jibqa' attivat.

6.1.9.   Rekwiżiti oħra

6.1.9.1.   L-intensità aggregata massima tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin ma għandhiex teċċedi 430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta' referenza ta' 100.

6.1.9.2.   Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddu flimkien il-marki ta' referenza individwali li huma indikati fuq id-diversi fanali ta' quddiem il-marka ta' referenza “10” għandha tingħata lil kull fanal ta' quddiem immarkat “R” jew “CR”.

6.1.9.3.   Attivazzjoni u diżattivazzjoni awtomatika tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni:

6.1.9.3.1.

Is-sistema tas-sensors użata għall-kontroll awtomatiku tal-attivazzjoni u diżattivazzjoni tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni, kif deskritt fil-paragrafu 6.1.7.1, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.9.3.1.1.

Il-limiti tal-erjas minimi li fihom is-sensor huwa kapaċi jindividwa d-dawl mormi minn vetturi oħra definiti fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq huma definiti bl-angoli indikati hawn taħt.

6.1.9.3.1.1.1.

Angoli orizzontali: 15° fuq ix-xellug u 15° fuq il-lemin.

Angoli vertikali:

Angolu 'l fuq

L-għoli tas-sensor (id-distanza taċentru tal-apertura tas-sensor 'il fuq mill-art)

Inqas minn 2 m

Bejn 1,5 u 2,5 m

Aktar minn 2.0 m

Angolu 'l isfel

Bejn 2° u 5°

Dawn l-angoli jiġu mkejla miċ-ċentru tal-apertura tas-sensor relattivament ma' linja dritta orizzontali li tgħaddi miċ-ċentru tiegħu u parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.9.3.1.2.

Is-sistema tas-sensors għandha tkun kapaċi tindividwa, fuq triq dritta u livell:

(a)

Vettura motorizzata li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta f'distanza ta' mill-inqas 400 m;

(b)

Vettura motorizzata jew kombinazzjoni ta' vettura-trejlers misjuqa quddiem il-vettura f'distanza ta' mill-inqas 100 m;

(c)

Rota li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta f'distanza ta' mill-inqas 75 m, li t-tidwil tagħha jiġi rappreżentat permezz ta' fanal abjad b'intensità tal-luminożità ta' 150 cd b'erja ta' dawl mormi ta' 10 cm2 ± 3 cm2 u għoli 'l fuq mill-art ta' 0,8 m.

Sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-punti (a) u (b) ta' hawn fuq, il-vettura motorizzata li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta u l-vettura motorizzata (jew kombinazzjoni ta' vettura-trejler) misjuqa quddiem il-vettura għandu jkollhom il-fanali tal-pożizzjoni (jekk applikabbli) u l-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx MIXGĦULA.

6.1.9.3.2.

Il-qlib minn raġġ ewlieni għal raġġ baxx u viċi versa skont il-kundizzjonijiet indikati fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq jista' jitwettaq awtomatikament u ma għandu jikkawża l-ebda skonfort, distrazzjoni jew dija.

6.1.9.3.3.

Il-prestazzjoni ġenerali tal-kontroll awtomatiku għandha tiġi verifikata permezz ta':

6.1.9.3.3.1.

Mezzi ta' simulazzjoni jew mezzi oħra ta' verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, kif provduti mill-applikant.

6.1.9.3.3.2.

Dawra ta' test skont il-paragrafu 1 tal-Anness 12 il-prestazzjoni tal-kontroll awtomatiku għandha tiġi dokumentata u verifikata mad-deskrizzjoni tal-applikant. Kwalunkwe ħsara ovvja għandha tiġi kontestata (eż moviment jew ċaqliq angolari eċċessiv).

6.1.9.3.4.

Il-kontroll tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jista' jkun tali li l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jiġu MIXGĦULA awtomatikament biss meta:

(a)

Ebda vetturi, kif imsemmi fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq, ma jiġu individwati fl-erjas u d-distanzi skont il-paragrafi 6.1.9.3.1.1 u 6.1.9.3.1.2; u

(b)

Il-livelli ta' tidwil ambjentali individwati huma kif preskritt fil-paragrafu 6.1.9.3.5 ta' hawn taħt.

6.1.9.3.5.

Fil-każ meta l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jiġu MIXGĦULA awtomatikament, dawn għandhom jiġu MITFIJA awtomatikament meta vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew vetturi misjuqa quddiem il-vettura, kif imsemmi fil-paragrafu 6.1.7.1 ta' hawn fuq, jiġu individwati fl-erjas u d-distanzi skont il-paragrafi 6.1.9.3.1.1 u 6.1.9.3.1.2.

Barra minn hekk, dawn għandhom jiġu MITFIJA awtomatikament meta t-tidwil prodott mill-kundizzjonijiet ta' tidwil ambjentali jkun aktar minn 7 000 lx.

Il-konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tintwera mill-applikant, permezz ta' simulazzjoni jew mezzi oħra ta' verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jekk ikun meħtieġ, it-tidwil għandu jitkejjel fuq superfiċe orizzontali, b'sensor ikkoreġut bil-cosine fuq l-istess għoli bħall-pożizzjoni li fiha jkun installat is-sensor fuq il-vettura. Dan jista' jintwera mill-manifattur permezz ta' dokumentazzjoni suffiċjenti jew ta' mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.2.   Fanal ta' quddiem b'raġġ baxx (Regolamenti Nri 98 u 112)

6.2.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati ipprojbita fuq it-trejlers.

6.2.2.   Numru

Tnejn, bit-tip approvat skont ir-Regolamenti Nri 98 jew 112, ħlief għal fanali ta' quddiem tal-Klassi A.

6.2.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.2.4.   Pożizzjoni

6.2.4.1.   Fil-wisa': it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li jkun l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

It-truf ta' ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza għandhom ikunu mhux inqas minn 600 mm 'il bogħod minn xulxin madankollu, dan ma japplikax għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1; għall-kategoriji l-oħra kollha tal-vetturi motorizzati fejn il-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.2.4.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 500 mm u mhux aktar minn 1 200 mm 'il fuq mil-art għall-vetturi (off-road) tal-kategorija N3G (15), l-għoli massimu jista' jiġi miżjud għal 1 500 mm.

6.2.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl mormi ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament mill-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.2.5.   Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.13:

 

α = 15° 'il fuq u 10° 'l isfel,

 

ß = 45° 'il barra u 10° 'il ġewwa.

Il-preżenza ta' partizzjonijiet jew oġġetti oħra ta' tagħmir qrib il-fanal ta' quddiem ma għandhiex Tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skonfort lill-utenti l-oħra tat-triq.

6.2.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem

6.2.6.1.   Orjentazzjoni vertikali

6.2.6.1.1.   L-inklinazzjoni inizjali 'l isfel tal-punt ta' waqfien tar-raġġ baxx li għandha tkun isettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b'persuna waħda fis-sit tas-sewwieq, għandha tiġi speċfikata mill-manifattur bi preċiżjoni ta' 0,1 fil-mija u għandha tkun indikata b'mod li jista' jinqara u ma tkunx tista' titħassar fuq kull vettura qrib jew tal-fanal ta' quddiem jew tal-pjanċa tal-manifattur, permezz tas-simbolu muri fl-Anness 7.

Il-valur ta' din l-inklinazzjoni 'l isfel indikata għandu jiġi definit skont il-paragrafu 6.2.6.1.2.

6.2.6.1.2.   Jiddependi mill-għoli tal-immuntar f'metri (h) tat-tarf ta' isfel tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx, imkejjel fuq il-vetturi mhux mgħobbija, l-inklinazzjoni vertikali tal-punt ta' waqfien tar-raġġ baxx, fil-kundizzjonijiet statiċi kollha tal-Anness 5, għandha tibqa' bejn il-limiti li ġejjin u l-orjentazzjoni inizjali għandu jkollha l-valuri li ġejjin:

h < 0,8

Limiti:

bejn – 0,5 fil-mija u – 2,5 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali:

bejn – 1,0 fil-mija u – 1,5 fil-mija

0,8 < h < 1,0

Limiti:

bejn – 0,5 fil-mija u – 2,5 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali:

bejn – 1,0 fil-mija u – 1,5 fil-mija

Jew, fid-diskrezzjoni tal-manifattur,

Limiti:

bejn – 1,0 fil-mija u – 3,0 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali:

bejn – 1,5 fil-mija u – 2,0 fil-mija

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, f'dan il-każ, għandha tinkludi informazzjoni dwar liema miż-żewġ alternattivi għandha tintuża.

h > 1,0

Limiti:

bejn – 1,0 fil-mija u – 3,0 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali:

bejn – 1,5 fil-mija u – 2,0 fil-mija

Fid-dijagramma ta' hawn taħt jidher sommarju tal-limiti u l-valuri tal-orjentazzjoni inizjali indikati hawn fuq.

Għall-vetturi (off-road) tal-kategorija N3G meta l-għoli tal-fanali ta' quddiem ikun aktar minn 1 200 mm, il-limiti għall-inklinazzjoni vertikali tal-punt ta' waqfien għandhom ikunu bejn: – 1,5 fil-mija u – 3,5 fil-mija.

L-orjentazzjoni inizjali għandha tiġi ssettjata bejn: – 2 fil-mija u – 2,5 fil-mija.

Image

6.2.6.2.   Apparat ta' livellar tal-fanali ta' quddiem

6.2.6.2.1.   Fil-każ fejn ikun meħtieġ apparat ta' livellar tal-fanali ta' quddiem biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.6.1.1 u 6.2.6.1.2, l-apparat għandu jkun awtomatiku.

6.2.6.2.2.   Madanakollu, apparati li jiġu aġġustati manwalment, jew kontinwament jew mhux kontinwament, għandhom ikunu permessi, sakemm ikollhom pożizzjoni ta' waqfien li fiha l-fanali jkunu jistgħu jiġu rritornati għall-inklinazzjoni inizjali definita fil-paragrafu 6.2.6.1.1 permezz tal-viti ta' aġġustament tas-soltu jew ta' mezzi simili.

Dawn l-apparati, li jkunu aġġustabbli manwalment, għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu mis-sit tas-sewwieq.

L-apparati kontinwament aġġustabbli għandu jkollhom marki ta' referenza li jindikaw il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jeħtieġu aġġustament tar-raġġ baxx.

In-numru ta' pożizzjonijiet fuq apparati li mhumiex kontinwament aġġustabbli jrid ikun tali li jiżgura konformità mal-firxa ta' valuri provduti fil-paragrafu 6.2.6.1.2 fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija definiti fl-Anness 5.

Anke għal dawn l-apparati, il-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-Anness 5 li jeħtieġu aġġustament tar-raġġ baxx għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar qrib il-kontroll tal-apparat (l-Anness 8).

6.2.6.2.3.   Fil-każ ta' ħsara tal-apparati deskritti fil-paragrafi 6.2.6.2.1 u 6.2.6.2.2, ir-raġġ baxx ma għandux ikun f'pożizzjoni fejn l-inklinazzjoni tiegħu 'l isfel tkun inqas minn kemm kienet meta seħħet il-ħsara tal-apparat.

6.2.6.3.   Proċedura tal-kejl

6.2.6.3.1.   Wara l-aġġustament tal-inklinazzjoni inizjali, l-inklinazzjoni vertikali tar-raġġ baxx, espressa f'perċentwal, għandha titkejjel f'kundizzjonijiet statiċi fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha definiti fl-Anness 5.

6.2.6.3.2.   Il-kejl tal-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija għandu jitwettaq skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness 6.

6.2.6.4.   Orjentazzjoni orizzontali

L-orjentazzjoni orizzontali tal-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx jew taż-żewġ fanali ta' quddiem b'raġġ baxx tista' tiġi varjata biex tipproduċi tidwil għal-liwi, sakemm jekk jiġu spostjati r-raġġ sħiħ jew l-angolu tal-linja tal-punt ta' waqfien, l-angolu tal-linja tal-punt ta' waqfien ma għandux jaqsam il-linja tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura f'distanzi mill-parti ta' quddiem tal-vettura li huma akbar minn 100 darba l-għoli tal-immuntar tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx rispettivi.

6.2.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.2.7.1.   Il-kontroll għall-qlib għal raġġ baxx għandu jitfi l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni kollha fl-istess ħin.

6.2.7.2.   Ir-raġġ baxx jista' jibqa' mixgħul fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin.

6.2.7.3.   Fil-każ ta' fanali ta' quddiem b'raġġ baxx skont ir-Regolament Nru 98, is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jibqgħu mixgħula waqt it-tħaddim tar-raġġ ewlieni.

6.2.7.4.   Sors tad-dawl addizzjonali wieħed jew modulu LED wieħed jew aktar, li jkun(u) ġewwa l-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx jew f'fanal (ħlief il-fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni) raggruppat jew inkorporat reċiprokament mal-fanali ta'quddiem b'raġġ baxx rispettivi, jistgħu jiġu attivati biex jipproduċu tidwil għal-liwi, sakemm ir-raġġ orizzontali tal-kurvatura tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura jkun 500 m jew inqas. Dan jista' jintwera mill-manifattur permezz ta' kalkolu jew ta' mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.2.7.5.   Il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx jistgħu jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA awtomatikament madanakollu, għandu dejjem ikun possibbli li dawn il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA manwalment.

6.2.7.6.   Jekk il-fanali tas-sewqan binhar ikunu preżenti u jaħdmu skont il-paragrafu 6.19, jew

6.2.7.6.1.

Il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx għandhom jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA awtomatikament skont ma jkunu l-kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali (eż.jiġu MIXGĦULA f'kundizzjonijiet ta' sewqan bil-lejl, f'mini, eċċ.) skont ir-rekwiżiti tal-Anness 13; jew

6.2.7.6.2.

Il-fanali tas-sewqan binhar jaħdmu flimkien mal-fanali elenkati fil-paragrafu 5.11 fejn, bħala rekwiżit minimu, mill-inqas il-fanali tal-pożizzjoni ta' wara għandhom ikunu attivati; jew

6.2.7.6.3.

Jingħataw mezzi distintivi biex jinfurmaw lis-sewwieq li l-fanali ta' quddiem, il-fanali tal-pożizzjoni u, jekk ikun il-każ, il-fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf u l-fanali li jimmarkaw il-ġnub ikunu mixgħulin. Dawn il-mezzi huma:

6.2.7.6.3.1.

Żewġ livelli differenti b'mod distint ta' intensità fit-tidwil tal-panil tal-istrumenti jkunu pprovduti bil-lejl u binhar, biex jindikaw lis-sewwieq li l-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx għandhom jiġu MIXGĦULA; jew

6.2.7.6.3.2.

Indikaturi mhux mixgħulin u identifikazzjoni tal-kontrolli manwali li huma meħtieġa mir-Regolament Nru 121 għandhom li jiġu mixgħulin meta jiġu attivati l-fanali ta' quddiem; jew

6.2.7.6.3.3.

Indikatur viżwali, akustiku jew it-tnejn, għandu jiġi attivat biss f'kundizzjonijiet ta' tidwil ambjentali mnaqqas kif definit fl-Anness 13 biex jinforma lis-sewwieq li l-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx għandhom jiġu MIXGĦULA. Ladarba l-indikatur jiġi attivat,dan għandu jintefa biss meta l-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx ikunu ġew mixgħulin jew l-apparat li jixgħel u/jew jitfi l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) ikun f'pożizzjoni li tagħmilha impossibbli li l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) taħdem.

6.2.7.7.   Bla ħsara għall-paragrafu 6.2.7.6.1, il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx jistgħu jiġu MIXGĦULA u MITFIJA awtomatikament, skont ma jkunu fatturi oħra bħall-ħin u l-kundizzjonijiet ambjentali (eż, il-ħin tal-ġurnata, fejn tkun tinsab il-vettura, ix-xita, iċ-ċpar, eċċ).

6.2.8.   Indikatur

6.2.8.1.   L-indikatur huwa fakultattiv

6.2.8.2.   Indikatur viżwali, kemm jekk iteptep jew le, huwa obbligatorju:

(a)

Fil-każ fejn jiġi spostjat ir-raġġ sħiħ jew l-angolu tal-linja tal-punt ta' waqfien biex jiġi prodott tidwil għal-liwi; jew

(b)

Jekk jintuża modulu LED wieħed jew aktar biex jiġi prodott ir-raġġ baxx ewlieni, ħlief meta dawn ikunu konnessi b'mod tali li jekk ikun hemm ħsara fi kwalunkwe modulu LED wieħed, din tikkawża li jieqaf it-tidwil minnhom kollha.

Dan għandu jiġi attivat:

(a)

Fil-każ li l-ispostament tal-angolu tal-linja tal-punt ta' waqfien ma jsirx sew; jew

(b)

Fi-każ ta' ħsara ta' wieħed mill-moduli LED li jipproduċu r-raġġ ta' dawl baxx ewlieni, ħlief meta dawn ikunu konnessi b'mod tali li jekk ikun hemm ħsara fi kwalunkwe modulu LED wieħed, din tikkawża li jieqaf it-tidwil minnhom kollha.

Dan għandu jibqa' attivat sakemm iddum il-ħsara jista' jitħassar temporanjament, iżda għandu jiġi ripetut kull meta l-apparat li jistartja u jwaqqaf il-magna jiġu mixgħul u mitfi.

6.2.9.   Rekwiżiti oħra

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5.2 ma għandhomx japplikaw għall-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx.

Il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx b'sors tad-dawl jew b'modulu/i LED li jipproduċi/u r-raġġ baxx ewlieni u li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv totali ta' aktar minn 2 000 lumens għandhom jiġu installati biss flimkien mal-installazzjoni ta' apparat(i) għat-tindif tal-fanali ta' quddiem skont ir-Regolament Nru 45 (16).

Fir-rigward tal-inklinazzjoni vertikali, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.6.2.2 ta' hawn fuq ma għandhomx jiġu applikati għall-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx b'sors tad-dawl jew b'modulu/i LED li jipproduċi/u r-raġġ baxx ewlieni u li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' aktar minn 2 000 lumens.

Fil-każ ta' bozoz bil-filament, li għalihom hemm speċifikat aktar minn vultaġġ tat-test wieħed, jiġi applikat il-fluss tal-luminożità oġġettiv li jipproduċi r-raġġ baxx ewlieni, kif indikat fil-formola ta' komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

Fil-każ ta' fanali ta' quddiem b'raġġ baxx mgħammra b'sors tad-dawl approvat, il-fluss tal-luminożità oġġettiv applikabbli huwa l-valur fil-vultaġġ tat-test rilevanti kif indikat fl-iskeda tad-dejta rilevanti tar-Regolament, li skontu jkun ġie approvat is-sors tad-dawl applikat, mingħajr ma jitqiesu t-tolleranzi għall-fluss tal-luminożità oġġettiv speċifikati f'din l-iskeda tad-dejta.

Fanali ta' quddiem b'raġġ baxx approvati skont ir-Regolamenti Nri 98 u 112 biss jistgħu jintużaw biex jipproduċu t-tidwil għal-liwi.

Jekk it-tidwil għal-liwi jiġi prodott permezz ta' spostament orizzontali tar-raġġ sħiħ jew tal-angolu tal-linja tal-punt ta' waqfien, dan għandu jiġi attivat biss jekk il-vettura tkun miexja 'l quddiem; dan ma għandux japplika jekk it-tidwil għal-liwi jkun prodott għal tidwira fuq il-lemin fi traffiku fuq il-lemin (tidwira fuq ix-xellug fi traffiku fuq ix-xellug).

6.3.   Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem (Regolament Nru 19)

6.3.1.   Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati ipprojbita fuq it-trejlers.

6.3.2.   Numru

Tnejn; konformi mar-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 03 u serje ta' emendi sussegwenti għar-Regolament Nru 19.

6.3.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.3.4.   Pożizzjoni

6.3.4.1.   Fil-wisa': il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

6.3.4.2.   Fl-għoli:

Minimu

:

Mhux inqas minn 250 mm 'l fuq mill-art.

Massimu

:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: mhux aktar minn 800 mm 'l fuq mill-art.

Għall-kategoriji l-oħra kollha, ħlief għall-vetturi N3G (off-road) (17): mhux aktar minn 1 200 mm 'l fuq mill-art.

Għall-vetturi tal-kategorija N3G: l-għoli massimu jista' jiġi miżjud sa 1 500 mm.

L-ebda punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ma għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx.

6.3.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq jew direttament, jew indirettament mill-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.3.5.   Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.13:

 

α = 5° 'il fuq u 'l isfel,

 

ß = 45° 'il barra u 10° 'il ġewwa.

Il-preżenza ta' partizzjonijiet jew oġġetti oħra ta' tagħmir qrib il-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem ma għandhiex tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skonfort lill-utenti l-oħra tat-triq (18).

6.3.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem.

6.3.6.1.   Orjentazzjoni vertikali

6.3.6.1.1.   Fil-każ tal-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem tal-klassi “B”, l-inklinazzjoni vertikali tal-punt ta' waqfien li għandha tiġi ssettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b'persuna waħda fis-sit tas-sewwieq għandha tkun ta' -1,5 fil-mija jew inqas (19).

6.3.6.1.2.   Fil-każ tal-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem tal-klassi “F3”:

6.3.6.1.2.1.

Meta l-fluss tal-luminożità oġġettiv totali tas-sors tad-dawl ma jkunx aktar minn 2 000 lumen:

6.3.6.1.2.1.1.

L-inklinazzjoni vertikali tal-punt ta' waqfien li għandha tiġi ssettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b'persuna waħda fis-sit tas-sewwieq għandha tkun ta' 1,0 fil-mija jew inqas.

6.3.6.1.2.2.

Meta l-fluss tal-luminożità oġġettiv totali tas-sors tad-dawl ikun aktar minn 2 000 lumen:

6.3.6.1.2.2.1.

Skont ma jkun l-għoli tal-immuntar f'metri (h) tat-tarf ta' isfel tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem, imkejjel fuq il-vetturi mhux mgħobbija, l-inklinazzjoni vertikali tal-punt ta' waqfien, fil-kundizzjonijiet statiċi kollha tal-Anness 5, għandha tibqa' awtomatikament bejn il-valuri li ġejjin:

h ≤ 0,8

Limiti:

bejn – 1,0 fil-mija u – 3,0 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali:

bejn – 1,5 fil-mija u – 2,0 fil-mija

h > 0,8

Limiti:

bejn – 1,5 fil-mija u – 3,5 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali:

bejn – 2,0 fil-mija u – 2,5 fil-mija

6.3.6.1.2.2.2.

L-inklinazzjoni inizjali 'l isfel tal-punt ta' waqfien li għandha tiġi ssettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b'persuna waħda fis-sit tas-sewwieq għandha tiġi speċifikata mill-manifattur bi preċiżjoni ta' punt deċimali wieħed u għandha tiġi indikata b'mod li jista' jinqara u ma tkunx tista' titħassar fuq kull vettura, qrib jew tal-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem jew tal-pjanċa tal-manifattur jew flimkien mal-indikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.2.6.1.1 permezz tas-simbolu muri fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament il-valur ta' din l-inklinazzjoni'l isfel indikata għandu jiġi definit skont il-paragrafu 6.3.6.1.2.2.

6.3.6.2.   L-apparat ta' livellar tal-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem

6.3.6.2.1.   Meta apparat ta' livellar jiġi mmuntat fuq fanal għaċ-ċpar ta' quddiem, indipendenti jew raggruppat ma' funzjonijiet oħra tat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl ta' quddiem, dan għandu jkun tali li l-inklinazzjoni vertikali tiegħu, fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija statika tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament, għandha tibqa' bejn il-limiti preskritti fil-paragrafu 6.3.6.1.2.2.1.

6.3.6.2.2.   Fil-każ meta l-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem tal-kategorija “F3” ikun parti mill-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx jew Ikun parti minn sistema tal-AFS, waqt li jintuża r-raġġ għaċ-ċpar ta' quddiem bħala parti mir-raġġ baxx għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.6.

F'dan il-każ, il-limiti ta' livellar definiti fil-paragrafu 6.2.6 jistgħu jiġu applikati anki meta dan il-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem jintuża bħala tali.

6.3.6.2.3.   L-apparat ta' livellar jista' jintuża wkoll biex jadatta awtomatikament l-inklinazzjoni tar-raġġ għaċ-ċpar ta' quddiem skont ma jkunu l-kundizzjonijiet ambjentali prevalenti, sakemm ma jinqabżux il-limiti għall-inklinazzjoni 'l isfel speċifikati fil-paragrafu 6.3.6.1.2.2.1.

6.3.6.2.4.   Fil-każ ta' ħsara fl-apparat ta' livellar, ir-raġġ għaċ-ċpar ta' quddiem ma għandux jassumi pożizzjoni fejn il-punt ta' waqfien ikun inqas inklinat milli kien fil-ħin meta saret il-ħsara fl-apparat.

6.3.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Għandu jkun possibbli li l-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem JINXTEGĦLU u JINTFEW indipendentement mill-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni, mill-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx jew minn kwalunkwe kombinazzjoni ta' fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx, sakemm ma:

(a)

Il-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem ma jintużawx bħala parti minn funzjoni oħra tat-tidwil f'AFS; madankollu, li il-funzjoni JINXTEGĦLU l-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem għandu jkollha l-prijorità fuq il-funzjoni li għaliha l-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem jagħmlu parti minnha, jew

(b)

Il-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem ma jistgħux jinxtegħlu fl-istess ħin ma' xi fanal ieħor li miegħu jkunu inkorporati reċiprokament kif indikat permezz tas-simbolu rilevanti (“/”) skont il-paragrafu 10.1 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 19.

6.3.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa obbligatorju. Dawl ta' twissija li ma jteptepx indipendenti.

6.3.9.   Rekwiżiti oħra

Fil-każ fejn fil-formola ta' komunikazzjoni tal-punt 10.9 tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 19 ikun hemm indikazzjoni pożittiva, l-allinjament u l-intensitajiet luminiżi tar-raġġ għaċ-ċpar ta' quddiem tal-klassi “F3” jistgħu jiġu adattati awtomatikament skont il-kundizzjonijiet ambjentali prevalenti. Kwalunkwe varjazzjoni fl-intensitajiet tal-luminożità jew fl-allinjament għandha titwettaq awtomatikament, u b'tali mod li ma jiġi kkawżat l-ebda skonfort, la lis-sewwieq u lanqas lill-utenti l-oħra tat-triq.

6.4.   Fanal tar-reverse (Regolament Nru 23)

6.4.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati u fuq it-trejlers tal-kategoriji O2, O3 u O4 fakultattiva fuq it-trejlers tal-kategorija O1.

6.4.2.   Numru

6.4.2.1.   Fuq il-vetturi motorizzati tal-kategorija M1 u fuq il-vetturi l-oħra kollha b'tul ta' mhux aktar minn 6 000 mm, apparat wieħed huwa obbligatorju u t-tieni apparat huwa fakultattiv.

6.4.2.2.   Żewġ apparati obbligatorji u żewġ apparati fakultattivi fuq il-vetturi kollha b'tul ta' aktar minn 6 000 mm, ħlief għall-vetturi tal-kategorija M1.

6.4.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.4.4.   Pożizzjoni

6.4.4.1.   Fil-wisa': l-ebda rekwiżit speċjali.

6.4.4.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux aktar minn 1 200 mm 'il fuq mil-art.

6.4.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura

Madankollu, jekk jiġu installati, iż-żewġ apparati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 6.4.2.2 għandhom jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.4.5.2 u 6.4.6.2 ta' hawn taħt.

6.4.5.   Viżibilità ġeometrika

6.4.5.1.   Apparati installati fuq wara tal-vettura:

Definita mill-angoli α u β, kif speċifikat fil-paragrafu 2.13:

 

α = 15° 'il fuq u 5° 'l isfel,

 

β = 45° fuq il-lemin u fuq ix-xellug jekk ikun hemm apparat wieħed biss,

 

β 45° 'il barra u 30° 'il ġewwa jekk ikun hemm tnejn.

6.4.5.2.   Iż-żewġ apparati fakultattivi li jissemmew fil-paragrafu 6.4.2.2, jekk jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura:

Il-viżibilità ġeometrika titqies bħala żgurata jekk l-assi ta' referenza tal-apparat rispettiv ikun dirett 'il barra b'angolu β ta' mhux aktar minn 15° relattivament għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. L-orjentazzjoni vertikali taż-żewġ apparati fakultattivi tista' tiġi diretta 'l isfel.

6.4.6.   Orjentazzjoni

6.4.6.1.   Lura

6.4.6.2.   Barra minn hekk, jekk iż-żewġ apparati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 6.4.2.2 jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura, d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.5.2 ta' hawn fuq għandhom jiġu applikati.

6.4.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.4.7.1.   Għandhom ikunu tali li l-fanal jista' jixgħel biss jekk il-ger tar-reverse jiġi ingaġġjat u jekk l-apparat li jikkontrolla meta tistartja u tintefa' l-magna jkun f'tali pożizzjoni li l-magna tkun tista' titħaddem il-fanal ma għandux jinxtegħel jew jibqa' mixgħul jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet ta' hawn fuq ma tkunx issodisfata.

6.4.7.2.   Barra minn hekk, il-konnessjonijiet elettriċi taż-żewġ apparati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 6.4.2.2 għandhom ikunu tali li dawn l-apparati ma jistgħux idawlu ħlief meta l-fanali msemmija fil-paragrafu 5.11 jkunu mixgħula.

L-apparati li jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura, jistgħu jinxtegħlu għal manuvri bil-mod waqt li l-karozza tkun miexja 'l quddiem sa veloċità massima ta' 10 km/h, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-apparati għandhom jiġu attivati u diżattivati manwalment permezz ta' swiċċ separat;

(b)

Jekk jiġu attivati b'dan il-mod, jistgħu jibqgħu mdawla wara li l-ger tar-reverse ma jibqax ingaġġjat;

(c)

Għandhom jintfew awtomatikament jekk il-veloċità 'l quddiem tal-vettura tkun aktar minn 10 km/h, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ separat; f'dan il-każ, għandhom jibqgħu mitfija sakemm jerġgħu jinxtegħlu apposta.

6.4.8.   Indikatur

L-indikatur huwa fakultattiv.

6.4.9.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.5.   Fanal li jindika d-direzzjoni (Regolament Nru 6)

6.5.1.   Preżenza (ara l-figura ta' hawn taħt)

Obbligatorja it-tipi ta' fanali li jindikaw id-direzzjoni jaqgħu f'kategoriji (1, 1a, 1b, 2a, 2b, 5 u 6) li l-assemblaġġ tagħhom fuq vettura waħda jikkostitwixxi arranġament (“A” u “B”).

L-arranġament “A” għandu japplika għall-vetturi motorizzati kollha.

L-arranġament “B” għandu japplika għat-trejlers biss.

6.5.2.   Numru

Skont l-arranġament.

6.5.3.   L-arranġamenti (ara l-figura ta' hawn taħt)

A: Żewġ fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' quddiem tal-kategoriji li ġejjin:

 

1 jew 1a jew 1b,

Jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ta' dan il-fanal u dak tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx u/jew tal-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem, jekk ikun hemm wieħed, tkun ta' mill-inqas 40 mm;

 

1a jew 1b,

Jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ta' dan il-fanal u dik tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx u/jew tal-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem, jekk ikun hemm wieħed, tkun aktar minn 20 mm u inqas minn 40 mm;

 

1b,

Jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ta' dan il-fanal u dik tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx u/jew tal-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem, jekk ikun hemm wieħed, tkun 20 mm jew inqas;

Żewġ fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' wara (kategorija 2a jew 2b);

żewġ fanali fakultattivi (kategorija 2a jew 2b) fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji M2, M3, N2, N3.

Żewġ fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 5 jew 6 (rekwiżiti minimi):

 

5

Għall-vetturi tal-kategorija M1 kollha;

Għall-vetturi tal-kategoriji N1, M2 u M3 b'tul ta' mhux aktar minn 6 metri.

 

6

Għall-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 kollha;

Għall-vetturi tal-kategoriji N1, M2 u M3 b'tul ta' aktar minn 6 metri.

Fil-każijiet kollha huwa permess li l-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 5 jiġu sostitwiti b'fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 6.

Meta jitwaħħlu fanali li jikkombinaw il-funzjonijiet ta' fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' quddiem (kategoriji 1, 1a, 1b) u fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb (kategorija 5 jew 6), jistgħu jitwaħħlu żewġ fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb addizzjonali (kategorija 5 jew 6) biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-viżibilità tal-paragrafu 6.5.5.

B: żewġ fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' wara (kategorija 2a jew 2b);

Żewġ fanali fakultattivi (kategorija 2a jew 2b) fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji O2, O3 u O4.

Massimu ta' tliet apparati fakultattivi tal-kategorija 5 jew apparat wieħed fakultattiv tal-kategorija 6 kull naħa fuq vetturi tat-tip O2 itwal minn 9 m

Meta titwaħħal AFS, id-distanza li għandha titqies għall-għażla tal-kategorija hija d-distanza bejn il-fanal li jindika d-direzzjoni ta' quddiem u l-eqreb unità tat-tidwil fl-eqreb pożizzjoni tagħha li tikkontribwixxi għal jew twettaq modalità ta' raġġ tal-passaġġ.

6.5.3.1.   Barra minn hekk, għall-vetturi tal-kategoriji:

(a)

M2, M3, N2, u N3 itwal minn 6 m u sa mhux aktar minn 9 m fit-tul, apparat wieħed addizzjonali tal-kategorija 5 huwa fakultattiv;

(b)

M2, M3, N2, u N3 itwal minn 9 m, tliet apparati addizzjonali tal-kategorija 5 mqassma bl-aktar mod uniformi prattikabbli matul kull ġenb tal-vettura huma obbligatorji;

(c)

O3 u O4, tliet apparati addizzjonali tal-kategorija 5 mqassma bl-aktar mod uniformi prattikabbli matul kull ġenb tal-vettura huma obbligatorji.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw jekk ikun hemm mill-inqas tliet fanali li jimmarkaw il-ġnub ta' lewn ambra li jteptpu b'mod sinkronizzat u simultanjament mal-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura.

6.5.4.   Pożizzjoni

6.5.4.1.   Fil-wisa': it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika għall-fanali ta' wara fakultattivi.

Id-distanza bejn it-truf ta' ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ma għandhiex tkun inqas minn 600 mm.

Meta l-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.5.4.2.   Fl-għoli: 'il fuq mill-art.

6.5.4.2.1.   L-għoli tas-superfiċe li jitfa' d-dawl tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 5 jew 6 ma għandux ikun:

Inqas minn

:

350 mm għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, u 500 mm għall-kategoriji l-oħra kollha ta' vetturi, it-tnejn imkejla mill-aktar punt baxx; u

Aktar minn

:

1 500 mm, imkejjel mill-ogħla punt.

6.5.4.2.2.   L-għoli tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b, imkejjel skonT il-paragrafu 5.8, ma għandux ikun inqas minn 350 mm jew aktar minn 1 500 mm.

6.5.4.2.3.   Jekk l-istruttura tal-vettura ma tippermettix li jiġu rispettati dawn il-limiti massimi, imkejla kif speċifikat hawn fuq, u jekk il-fanali ta' wara fakultattivi ma jiġux installati, il-limiti jistgħu jiġu miżjuda għal 2 300 mm għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategoriji 5 u 6, u għal 2 100 mm għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b.

6.5.4.2.4.   Jekk jiġu installati fanali fakultattivi ta' wara, dawn għandhom jitqiegħdu f'għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli tal-paragrafu 6.5.4.1, mas-simmetrija tal-fanali, u f'distanza vertikali kbira daqskemm tippermetti l-forma tal-qafas, iżda mhux inqas minn 600 mm 'il fuq mill-fanali obbligatorji.

6.5.4.3.   Fit-tul (ara l-figura ta' hawn taħt)

Id-distanza bejn is-superfiċe li jitfa' d-dawl tal-fanal li jindika d-direzzjoni tal-ġenb (kategoriji 5 u 6) u l-pjan trasversali li jimmarka l-limitu ta' quddiem tat-tul totali tal-vettura, ma għandhiex tkun aktar minn 1 800 mm.

Madanakollu, din id-distanza ma għandhiex tkun aktar minn 2 500 mm:

(a)

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1;

(b)

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha, jekk l-istruttura tal-vettura tagħmilha impossibbli li tinżamm il-konformità mal-angoli tal-viżibilità minimi.

Il-fanali tal-ġenb li jindikaw id-direzzjoni fakultattivi tal-Kategorija 5 għandhom jitwaħħlu, bi spazji uniformi bejniethom, mat-tul tal-vettura.

Il-fanal li jindika d-direzzjoni fakultattiv tal-Kategorija 6 għandu jitwaħħal fl-ispazju bejn l-ewwel u l-aħħar kwartil tat-tul tat-trejler.

6.5.5.   Viżibilità ġeometrika

6.5.5.1.   Angoli orizzontali: (ara l-figura ta' hawn taħt)

Angoli vertikali: 15° 'il fuq minn u taħt l-orizzontali għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a, 2b u 5.

Madankollu:

(a)

Meta fanal jiġi mmontat f'għoli inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1.), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°;

(b)

Meta fanal ta' wara fakultattiv jiġi mmontat f'għoli ta' aktar minn 2 100 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l fuq ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°;

30° 'il fuq minn u 5° taħt l-orizzontali għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategorija 6.

Figura (ara l-paragrafu 6.5)

Image

Test ta 'immaġni

(*)

Il-valur ta' 5° mogħti għal angolu tal-viżibilità assolut (dead angle of visibility) fuq wara tal-indikatur tad-direzzjoni tal-ġenb huwa l-limitu massimu d ≤ 1,80 m (għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 d ≤ 2,50 m).

Għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b immontati f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Image

Test ta 'immaġni

6.5.5.2.   Jew, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' quddiem u ta' wara, kif ukoll il-fanali li jimmarkaw il-ġnub (**).

Angoli orizzontali: (ara l-figura ta' hawn taħt)

Image

Test ta 'immaġni

(**)

Il-valur ta' 5° mogħti għall-angolu tal-viżibilità assolut (dead angle of visibility) fuq wara tal-indikatur tad-direzzjoni tal-ġenb huwa l-limitu massimu. d ≤ 2,50 m.

Madankollu, għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b immontati f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Angoli vertikali: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

Biex jitqies viżibbli, il-fanal għandu jipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċe apparenti ta' mill-inqas 12,5 ċentimetru kwadru, ħlief għall-indikaturi tad-direzzjoni tal-ġenb tal-kategoriji 5 u 6. L-erja tas-superfiċe li jdawwal ta' kwalunwke retroriflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.5.6.   Orjentazzjoni

Skont l-ispeċifikazzjonijiet għall-installazzjoni mill-manifattur, jekk ikun hemm.

6.5.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni għandhom jixegħlu b'mod indipendenti mill-fanali l-oħra il-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq ġenb wieħed tal-vettura kollha għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta' kontroll wieħed u għandhom iteptpu u jitfu b'mod sinkronizzat.

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ta' tul iqsar minn 6 m, b'arranġament konformi mal-paragrafu 6.5.5.2 ta' hawn fuq, il-fanali li jimmarkaw il-ġnub ta' lewn ambra, meta mmuntati, għandhom ukoll iteptpu bl-istess frekwenza (b'mod sinkronizzat) bħall-fanali li jindikaw id-direzzjoni.

6.5.8.   Indikatur

L-indikatur ta' funzjonament huwa obbligatorju għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b. Jista' jkun viżwali jew akustiku jew it-tnejn. Jekk ikun viżwali għandu jkun dawl iteptep li, għall-inqas fil-każ ta' ħsara ta' kwalunkwe wieħed minn dawn il-fanali li jindikaw id-direzzjoni, jew jintefa, jew jibqa' mixgħul mingħajr ma jteptep, jew juri xi bidla kbira fil-frekwenza. Jekk ikun għalkollox akustiku għandu jinstema' b'mod ċar u għandu juri bidla kbira fil-frekwenza, tal-inqas fil-każ tal-ħsara ta' kwalunkwe wieħed minn dawn il-fanali li jindikaw id-direzzjoni.

Għandu jkun attivat permezz tas-sinjal prodott skont il-paragrafu 6.2.2 tar-Regolament Nru 6 jew permezz ta' xi mod xieraq ieħor (20).

Jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tiġbed trejler, din għandha tkun mgħammra b'indikatur ta' funzjonament viżwali speċjali għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler ħlief jekk l-indikatur tal-vettura li tiġbed jippermetti li tiġi individwata l-ħsara ta' kwalunkwe wieħed mill-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq il-kombinazzjoni tal-vetturi li ġiet ifformata b'dan il-mod.

Għall-fanali li jindikaw id-direzzjoni fakultattivi fuq il-vetturi motorizzati u t-trejlers, l-indikatur ta' funzjonament ma għandux ikun obbligatorju.

6.5.9.   Rekwiżiti oħra

Id-dawl għandu jkun dawl ipetpet u għandu jagħmel dan b'rata ta' 90 ± 30 darba fil-minuta.

It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjalar bid-dawl għandu jkun segwit f'inqas minn sekonda mill-emissjoni tad-dawl u f'mhux aktar minn sekonda u nofs minn meta ntefa l-ewwel darba jekk il-vettura motorizzata tkun mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq il-vettura li tiġbed għandu wkoll iħaddem il-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler fil-każ ta' ħsara ta' fanal li jindika d-direzzjoni wieħed, għajr għal xort, il-fanali l-oħra għandhom ikomplu jteptpu, iżda l-frekwenza f'din il-kundizzjoni tista' tkun differenti minn dik preskritta.

6.6.   Sinjal ta' twissija ta' periklu

6.6.1.   Preżenza

Obbligatorja.

Is-sinjal għandu jingħata permezz tat-tħaddim simultanju tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5 ta' hawn fuq.

6.6.2.   Numru

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.2.

6.6.3.   Arranġament

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.3.

6.6.4.   Pożizzjoni

6.6.4.1.   Wisa': Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.1.

6.6.4.2.   Għoli: Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.2.

6.6.4.3.   Tul: Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.3.

6.6.5.   Viżibilità ġeometrika

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.5.

6.6.6.   Orjentazzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.6.

6.6.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.6.7.1.   Is-sinjal għandu jitħaddem permezz ta' kontroll manwali separat li jippermetti li l-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha jteptpu b'mod sinkronizzat.

6.6.7.2.   Is-sinjal ta' twissija ta' periklu jista' jiġi attivat b'mod awtomatiku fil-każ li vettura tkun involuta f'ħabta jew wara d-diżattivazzjoni tas-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza, kif speċifikat fil-paragrafu 6.23 f'każi ta' din ix-xorta, jista' jintefa manwalment.

Barra minn hekk, is-sinjal ta' twissija ta' periklu jista' jiġi mixgħul awtomatikament biex jindika lil utenti oħra tat-triq, ir-riskju ta' periklu imminenti kif definit mir-Regolamenti; f'dan il-każ, is-sinjal għandu jibqa' “mixgħul” sakemm jiġi “mitfi” manwalment jew awtomatikament.

6.6.7.3.   Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ta' tul iqsar minn 6 m, b'arranġament konformi mal-paragrafu 6.5.5.2 ta' hawn fuq, il-fanali li jimmarkaw il-ġnub ta' lewn ambra, meta mmuntati, għandhom ukoll iteptpu bl-istess frekwenza (b'mod sinkronizzat) bħall-fanali li jindikaw id-direzzjoni.

6.6.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq iteptep huwa obbligatorju.

6.6.9.   Rekwiżiti oħra

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.9, jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tas-sinjal ta' twissija ta' periklu għandu wkoll ikun jista' jattiva l-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler is-sinjal ta' twissija ta' periklu għandu jkun jista' jiffunzjona anki jekk l-apparat li jistartja jew jitfi l-magna jkun f'pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna tistartja.

6.7.   Fanal ta' waqfien (Regolament Nru 7)

6.7.1.   Preżenza

L-apparati tal-kategorija S1 jew S2: obbligatorja fuq il-kategoriji ta' vetturi kollha.

L-apparati tal-kategorija S3 jew S4: obbligatorja fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, ħlief ix-chassis-cabs u dawk il-vetturi tal-kategorija N1 bi spazju miftuħ għat-tagħbija; fakultattiva fuq kategoriji ta' vetturi oħra.

6.7.2.   Numru

Żewġ apparati tal-kategorija S1 jew S2 u apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 fuq il-kategoriji ta' vetturi kollha.

6.7.2.1.   Ħlief fil-każ fejn jiġi installat apparat tal-kategorija S3 jew S4, fuq vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O2, O3, u O4 jistgħu jiġu installati żewġ apparati fakultattivi tal-kategorija S1 jew S2.

6.7.2.2.   Biss, meta l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jkunx jinstab fuq panil fiss tal-karozzerija, imma jissepara parti waħda li tiċċaqlaq jew żewġ partijiet li jiċċaqilqu tal-vettura (eż. bibien), u ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 fuq il-pjan medjan lonġitudinali 'l fuq minn partijiet li jiċċaqilqu ta' din ix-xorta, jew:

Jistgħu jiġu installati żewġ apparati tal-kategorija S3 jew S4 tat-tip “D”; jew

Jista' jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 spostat fuq ix-xellug jew fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali, jew

Tista' tiġi installata sistema ta' fanali interdipendenti tal-kategorija S3 jew S4.

6.7.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.4.   Pożizzjoni

6.7.4.1.   Fil-wisa':

 

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1:

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2 li jippuntaw fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandhiex tkun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura;

Għad-distanza bejn it-truf ta' ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ma hemm l-ebda rekwiżit speċjali.

 

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha:

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2, id-distanza bejn it-truf ta' ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza għandha tkun mhux inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: iċ-ċentru ta' referenza għandu jinstab fuq il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura madanakollu, fil-każ fejn jiġu installati ż-żewġ apparati tal-kategorija S3 jew S4, skont il-paragrafu 6.7.2, għandhom jiġu ppożizzjonati mill-aktar qrib possibbli tal-pjan medjan lonġitudinali, wieħed fuq kull naħa ta' dan il-pjan.

Fil-każ fejn, skont il-paragrafu 6.7.2, ikun permess fanal wieħed tal-kategorija S3 jew S4 spostjat mill-pjan medjan lonġitudinali, din il-pożizzjoni spostjata ma għandhiex tkun aktar minn 150 mm mill-pjan medjan lonġitudinali saċ-ċentru ta' referenza tal-fanal.

6.7.4.2.   Fl-għoli:

6.7.4.2.1.

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2:

'Il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-qafas tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm u jekk il-fanali fakultattivi ma jkunux installati).

Jekk il-fanali fakultattivi jkunu installati, għandhom jiġu ppożizzjonati f'għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-wisa' u tas-simmetrija tal-fanali u f'distanza vertikali kbira daqskemm tippermetti l-forma tal-qafas, iżda mhux inqas minn 600 mm 'il fuq mill-fanali obbligatorji.

6.7.4.2.2.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4:

Il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta' isfel tas-superfiċe apparenti għandu: jew ma jkunx aktar minn 150 mm taħt il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta' isfel tas-superfiċe espost tal-ħġieġ jew tal-igglejżjar tat-tieqa ta' wara, jew ma jkunx inqas minn 850 mm 'il fuq mill-art.

Madanakollu, il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta' isfel tas-superfiċe apparenti tal-apparat tal-kategorija S3 jew S4 għandu jkun 'il fuq mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta' fuq tas-superfiċe apparenti tal-apparati tal-kategorija S1 jew S2.

6.7.4.3.   Fit-tul:

6.7.4.4.   Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: fuq wara tal-vettura.

6.7.4.5.   Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.5.   Viżibilità ġeometrika

 

L-angolu orizzontali:

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: 45° fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-assi lonġitudinali tal-vettura.

Madankollu, għall-fanali tal-waqfien tal-kategoriji 1 u S2 immontati f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: 10° fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-assi lonġitudinali tal-vettura;

 

L-angolu vertikali:

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu,

(a)

Meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°;

(b)

Meta fanal fakultattiv jiġi mmontat f'għoli ta' aktar minn 2 100 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l fuq ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: 10° 'il fuq u taħt l-orizzontali.

6.7.6.   Orjentazzjoni

Lejn wara tal-vettura.

6.7.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.7.7.1.   Il-fanal tal-waqfien kollha għandhom jixegħlu fl-istess ħin meta s-sistema tal-ibbrejkjar tipprovdi s-sinjal rilevanti definit fir-Regolamenti Nri 13 u 13-H.

6.7.7.2.   Il-fanali tal-waqfien ma hemmx għalfejn jaħdmu jekk l-apparat, li jistartja u/jew jitfi l-magna, ikun f'pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna taħdem.

6.7.8.   Indikatur

L-indikatur huwa fakultattiv; fejn jitwaħħal, dan l-indikatur għandu jkun indikatur ta' funzjonament li jikkonsisti minn dawl ta' twissija li ma jteptepx li jixgħel fil-każ ta' ħsara fil-fanali tal-waqfien.

6.7.9.   Rekwiżiti oħra

6.7.9.1.   L-apparat tal-kategorija S3 jew S4 ma jista' jiġi inkorporat reċiprokament ma ebda fanal ieħor.

6.7.9.2.   L-apparat tal-kategorija S3 jew S4 jista' jiġi installat fuq barra jew fuq ġewwa tal-vettura.

6.7.9.2.1.   Fil-każ fejn jiġi installat ġewwa l-vettura:

Id-dawl mitfugħ ma għandux jikkawża skonfort lis-sewwieq permezz tal-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura (jiġifieri it-tieqa ta' wara).

6.8.   Fanal tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara (Regolament Nru 4)

6.8.1.   Preżenza

Obbligatorja.

6.8.2.   Numru

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta' reġistrazzjoni.

6.8.3.   Arranġament

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta' reġistrazzjoni.

6.8.4.   Pożizzjoni

6.8.4.1.   Fil-wisa': tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta' reġistrazzjoni.

6.8.4.2.   Fl-għoli: tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta' reġistrazzjoni.

6.8.4.3.   Fit-tul: tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta' reġistrazzjoni.

6.8.5.   Viżibilità ġeometrika

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta' reġistrazzjoni.

6.8.6.   Orjentazzjoni

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta' reġistrazzjoni.

6.8.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

6.8.8.   Indikatur

L-indikatur huwa fakultattiv jekk ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara.

6.8.9.   Rekwiżiti oħra

Meta l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara jkun ikkombinat mal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara, inkorporat reċiprokament fil-fanal tal-waqfien jew fil-fanal għaċ-ċpar ta' wara, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara jistgħu jiġu mmodifikati waqt li l-fanal tal-waqfien jew tal-fanal għaċ-ċpar ta' wara jkun mixgħul.

6.9.   Fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem (Regolament Nru 7)

6.9.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati kollha.

Obbligatorja fuq it-trejlers wiesa' aktar minn 1 600 mm.

Fakultattiva fuq it-trejlers li mhumiex wiesa' aktar minn 1 600 mm.

6.9.2.   Numru

Tnejn.

6.9.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.9.4.   Pożizzjoni

6.9.4.1.   Fil-wisa': il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

Fil-każ ta' trejler, il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 150 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta' ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza għandha tkun:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: L-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha: mhux inqas minn 600 mm fejn il-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.9.4.2.   Fl-għoli: 'il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm għall-vetturi tal-kategoriji O1 u O2, jew jekk għal kwalunkwe kategorija ta' vetturi oħra, il-forma tal-qafas tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm).

6.9.4.3.   Fit-tul: l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.9.4.4.   Meta l-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem u fanal ieħor ikunu inkorporati reċiprokament, għandu jintuża s-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-fanal l-ieħor biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ippożizzjonar (paragrafi 6.9.4.1 sa 6.9.4.3).

6.9.5.   Viżibilità ġeometrika

6.9.5.1.   L-angolu orizzontali: 45° 'il ġewwa u 80° 'il barra.

Madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Fil-każ tat-trejlers, l-angolu 'l ġewwa jista' jitnaqqas għal 5°.

L-angolu vertikali: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.9.5.2.   Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, bħala alternattiva għall-paragrafu 6.9.5.1 ta' hawn fuq, fid-diskrezzjoni tal-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu akkreditat b'mod xieraq, u biss jekk jiġi installat fanal li jimmarka l-ġnub fuq il-vettura:

 

L-angolu orizzontali: β 45° 'il barra u 45° 'il ġewwa.

Madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

 

L-angolu vertikali: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

Biex jitqies bħala viżibbli, il-fanal għandu jipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċe apparenti ta' mill-inqas 12,5 cm2. L-erja tas-superfiċe li jdawwal ta' kwalunwke retroriflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.9.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem.

6.9.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

Madankollu, jekk fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem ikun inkorporat reċiprokament b'indikatur tad-direzzjoni, il-konnessjoni elettrika tal-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jew il-parti inkorporata reċiprokament tagħha tista' tkun tali li tintefa waqt il-perjodu kollu (iċ-ċiklu MIXGĦUL u MITFI) tal-attivazzjoni tal-fanal li jindika d-direzzjoni.

6.9.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa obbligatorju. Dan l-indikatur għandu jkun tat-tip li ma jteptepx u ma għandux ikun meħtieġ jekk it-tidwil tal-panil tal-istrumenti jista' jinxtegħel simultanjament mal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta s-sistema tas-sinjalar bid-dawl tkun taħdem skont il-paragrafu 6.2.7.6.2.

6.9.9.   Rekwiżiti oħra

6.9.9.1.   Jekk ġeneratur wieħed jew iktar tar-radjazzjoni infra-aħmar ikunu installati ġewwa l-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem, dawn jitħallew jiġu attivati biss meta l-fanal ta' quddiem tal-istess naħa tal-vettura jkun mixgħul u l-vettura tkun qed timxi 'l quddiem fil-każ li l-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem jew il-fanal ta' quddiem tal-istess naħa ma jaħdmux, il-ġeneratur tar-radjazzjoni infra-aħmar għandu jintefa awtomatikament.

6.9.9.2.   F'każ li tiġi installata AFS li tipprovdi modalità għal-liwi, il-fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem jista' jiġi mdawwar flimkien ma' unità tat-tidwil li tkun inkorporata reċiprokament miegħu.

6.10.   Fanal tal-pożizzjoni ta' wara (Regolament Nru 7)

6.10.1.   Preżenza

L-apparati tal-kategorija R jew R1 jew R2: Obbligatorja

6.10.2.   Numru

Tnejn.

6.10.2.1.   Ħlief fil-każ fejn jiġu installati fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O2, O3, u O4 jistgħu jiġu installati żewġ fanali tal-pożizzjoni fakultattivi.

6.10.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.10.4.   Pożizzjoni

6.10.4.1.   Fil-wisa': il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika għall-fanali ta' wara fakultattivi.

Id-distanza bejn it-truf ta' ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: ma għandu jkollha l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha: għandha tkun mhux inqas minn 600 mm meta l-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.10.4.2.   Fl-għoli: 'il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-qafas tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm u jekk ma jkunux installati l-fanali fakultattivi) jekk il-fanali fakultattivi jkunu installati, għandhom jitqiegħdu f'għoli kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli tal-paragrafu 6.10.4.1, mas-simmetrija tal-fanali u f'distanza vertikali kbira daqskemm tagħmilha possibbli l-forma tal-qafas, imma mhux inqas minn 600 mm 'il fuq mill-fanali obbligatorji.

6.10.4.3.   Fit-tul: Fuq wara tal-vettura.

6.10.5.   Viżibilità ġeometrika

6.10.5.1.   L-angolu orizzontali: 45° 'il ġewwa u 80° 'il barra.

Madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

L-angolu vertikali: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu,

(a)

Meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°;

(b)

Meta fanal fakultattiv jiġi mmontat f'għoli ta' aktar minn 2 100 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l fuq ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.10.5.2.   Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, bħala alternattiva għall-paragrafu 6.10.5.1 ta' hawn fuq, fid-diskrezzjoni tal-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu akkreditat b'mod xieraq, u biss jekk jiġi installat fanal li jimmarka l-ġnub ta' wara fuq il-vettura,

L-angolu orizzontali: β 45° 'il barra u 45 ° 'il ġewwa madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

L-angolu vertikali: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

Biex jitqies li huwa viżibbli, il-fanal għandu jipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċe apparenti ta' mill-inqas 12,5 ċentimetru kwadru. L-erja tas-superfiċe li jdawwal ta' kwalunwke retroriflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.10.6.   Orjentazzjoni

Lura.

6.10.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

Madankollu, jekk fanal tal-pożizzjoni ta' wara jkun inkorporat reċiprokament ma' indikatur tad-direzzjoni, il-konnessjoni elettrika tal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jew il-parti inkorporata reċiprokament tiegħu tista' tkun tali li tiġi MITFIJA matul il-perjodu kollu (iċ-ċiklu MIXGĦULA u MITFIJA) tal-attivazzjoni tal-fanal li jindika d-direzzjoni.

6.10.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa obbligatorju. Dan għandu jkun ikkombinat mal-fanali tal-pożizzjoni fuq quddiem.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta s-sistema tas-sinjalar bid-dawl tkun taħdem skont il-paragrafu 6.2.7.6.2.

6.10.9.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.11.   Il-fanal għaċ-ċpar ta' wara (Regolament Nru 38)

6.11.1.   Preżenza

L-apparati tal-kategorija F jew F1 jew F2: Obbligatorja.

6.11.2.   Numru

Wieħed jew tnejn.

6.11.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.11.4.   Pożizzjoni

6.11.4.1.   Fil-wisa': jekk ikun hemm biss fanal għaċ-ċpar ta' wara wieħed, dan għandu jkun fuq in-naħa tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura opposta għad-direzzjoni tat-traffiku tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni, u ċ-ċentru ta' referenza wkoll jista' jkun qiegħed fuq il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.11.4.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 000 mm 'il fuq mill-art għall-fanali għaċ-ċpar ta' wara raggruppati ma' kwalunkwe fanal ta' wara jew għall-vetturi tal-kategorija N3G (off-road), l-għoli massimu jista' jiġi miżjud għal 1 200 mm.

6.11.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.11.5.   Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.13:

 

α = 5° 'il fuq u 5° 'l isfel,

 

ß = 25° fuq il-lemin u fuq ix-xellug.

6.11.6.   Orjentazzjoni

Lura.

6.11.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Dawn għandhom ikunu tali li:

6.11.7.1.

Il-fanal(i) għaċ-ċpar ta' wara ma jistax/jistgħux jinxtegħel(u) ħlief meta jinxtegħlu r-raġġi ewlenin, ir-raġġi baxxi jew il-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem;

6.11.7.2.

Il-fanal(i) għaċ-ċpar ta' wara jista'/jistgħu jintefa'/jintfew b'mod indipendenti minn kwalunkwe fanal ieħor;

6.11.7.3.

Tapplika kwalunkwe waħda minn dawn il-possibbiltajiet:

6.11.7.3.1.

Il-fanal(i) għaċ-ċpar ta' wara jista'/jistgħu jkompli/u jaħdem/jaħdmu sakemm il-fanali tal-pożizzjoni jinftew, u l-fanal(i) għaċ-ċpar ta' wara mbagħad għandu/għandhom jibqa'/jibqgħu mitfi(ja) sakemm jerġa'/jerġgħu jinxtegħel/jinxtegħlu apposta;

6.11.7.3.2.

Għandha tingħata twissija, għall-inqas akustika, addizzjonali għall-indikatur obbligatorju (paragrafu 6.11.8) jekk il-magna tintefa' jew jekk iċ-ċavetta li tistartja l-magna tiġi rtirata u l-bieba tas-sewwieq tinfetaħ, kemm jekk il-fanali ta' ġewwa (paragrafu 6.11.7.1) jkunu mixgħula kif ukoll jekk mitfija, filwaqt li s-swiċċ tal-fanal għaċ-ċpar ta' wara jkun qiegħed fil-pożizzjoni “mixgħul”.

6.11.7.4.

Ħlief kif previst fil-paragrafi 6.11.7.1, 6.11.7.3 u 6.11.7.5, it-tħaddim tal-fanal(i) għaċ-ċpar ta' wara ma għandux ikun affetwat minn jekk jinxtegħelx jew jintefiex kwalunkwe fanal ieħor.

6.11.7.5.

Il-fanal(i) għaċ-ċpar ta' wara ta' vettura motorizzata li tiġbed jista'/jistgħu jintefa/jintfew waqt li t-trejler ikun konness u l-fanal(i) għaċ-ċpar ta' wara tat-trejler jiġi/u attivat(i).

6.11.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa obbligatorju. Dawl ta' twissija li ma jteptepx indipendenti.

6.11.9.   Rekwiżiti oħra

Fil-każijiet kollha, id-distanza bejn il-fanal għaċ-ċpar ta' wara u kull fanal tal-waqfien għandha tkun iktar minn 100 mm.

6.12.   Fanal tal-parking (Regolament Nru 77 jew 7)

6.12.1.   Preżenza

Fuq il-vetturi motorizzati b'tul ta' mhux aktar minn 6m u b'wisa' ta' mhux aktar minn 2 m, hija fakultattiva.

Fuq il-vetturi l-oħra kollha, hija pprojbita.

6.12.2.   Numru

Skont l-arranġament.

6.12.3.   Arranġament

Jew żewġ fanali fuq quddiem u żewġ fanali fuq wara, jew fanal fuq kull naħa.

6.12.4.   Pożizzjoni

6.12.4.1.   Fil-wisa': il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

Barra minn hekk, jekk ikun hemm żewġ fanali, dawn għandhom ikunu fuq il-ġnub tal-vettura.

6.12.4.2.   Fl-għoli:

 

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: l-ebda rekwiżit speċjali;

 

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha: 'il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-qafas tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm).

6.12.4.3.   Fit-tul: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.12.5.   Viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 45° 'il barra, 'il quddiem u lura.

Madankollu, meta fanal tal-parking ta' quddiem jew ta' wara jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l ġewwa ta' 45° jista' jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

L-angolu vertikali: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.12.6.   Orjentazzjoni

Tali li l-fanali jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità 'il quddiem u lura.

6.12.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-konnessjoni trid tippermetti li l-fanal(i) tal-parking fuq l-istess ġenb tal-vettura jinxtegħlu b'mod indipendenti minn kwalunkwe fanal ieħor.

Il-fanal(i) tal-parking u, jekk ikun applikabbli, il-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara skont il-paragrafu 6.12.9 ta' hawn taħt, għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu anki jekk l-apparat li jistartja l-magna jkun f'pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna taħdem. Huwa pprojbit apparat li jitfi dawn il-fanali awtomatikament bħala funzjoni tal-ħin.

6.12.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa fakultattiv jekk ikun hemm wieħed, ma għandux ikun possibbli li dan jiġi konfuż mal-indikatur għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara.

6.12.9.   Rekwiżiti oħra

Il-funzjonament ta' dan il-fanal jista' jsir ukoll billi fl-istess ħin jinxtegħlu l-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara fuq l-istess ġenb tal-vettura f'dan il-każ, il-fanali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem jew ta' wara jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-fanali tal-parking.

6.13.   Fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf (Regolament Nru 7)

6.13.1.   Preżenza

Apparati tal-kategoriji A jew AM (viżibbli minn quddiem) u apparati tal-Kategoriji R, R1, R2, RM1 jew RM2 (viżibbli minn wara):

Obbligatorja fuq vetturi b'wisa' ta' aktar min 2,10 m fakultattiva fuq vetturi b'wisa' ta' bejn 1,80 u 2,10 m fuq ix-chassis-cabs, il-fanali li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf ta' wara huma fakultattivi.

6.13.2.   Numru

Tnejn viżibbli minn quddiem u tnejn viżibbli minn wara.

Il-fanali addizzjonali jistgħu jitwaħħlu kif ġej:

(a)

Tnejn viżibbli minn quddiem;

(b)

Tnejn viżibbli minn wara.

6.13.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.13.4.   Pożizzjoni

6.13.4.1.   Fil-wisa':

Quddiem u wara: l-aktar qrib possibbli tat-tarf estrem ta' barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni titqies li ġiet issodisfata meta l-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jkunx iktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

6.13.4.2.   Fl-għoli:

Quddiem: Il-vetturi motorizzati — il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta' fuq tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza tal-apparat ma għandux ikun aktar baxx mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta' fuq taż-żona trasparenti tal-windskrin.

It-trejlers u s-semitrejlers — fl-għoli massimu kompatibbli mar-rekwiżiti relatati mal-wisa' u d-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura u mas-simmetrija tal-fanali.

Wara: Fl-għoli massimu kompatibbli mar-rekwiżiti li huma relatati mal-wisa', mad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura u mas-simmetrija tal-fanali.

Il-fanali addizzjonali, kif speċifikat fil-paragrafu 6.13.2(b), għandhom jitwaħħlu kemm jista' jkun separati minn xulxin fl-għoli prattikabbli fir-rigward ta' dawk obbligatorji, sakemm il-pożizzjoni tagħhom tkun kompatibbli mar-rekwiżiti tad-disinn/operattivi tal-vettura u tas-simmetrija tal-fanali.

6.13.4.3.   Fit-tul, l-ebda rekwiżit speċjali.

Il-fanali addizzjonali, kif speċifikat fil-paragrafu 6.13.2(a), għandhom jitwaħħlu mill-aktar qrib prattikabbli fuq wara; dan ir-rekwiżit jitqies issodisfat jekk id-distanza bejn il-fanali addizzjonali u l-parti ta' wara tal-vettura ma tkunx aktar minn 400 mm.

6.13.5.   Viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 80° 'il barra.

L-angolu vertikali: 5° 'il fuq u 20° taħt l-orizzontali.

6.13.6.   Orjentazzjoni

Tali li l-fanali jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità 'il quddiem u lura.

6.13.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

6.13.8.   Indikatur

L-indikatur huwa fakultattiv jekk ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara.

6.13.9.   Rekwiżiti oħra

Sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra kollha, il-fanali obbligatorji jew fakultattivi viżibbli minn quddiem u l-fanali obbligatorji jew fakultattivi viżibbli minn wara fuq l-istess ġenb tal-vettura jistgħu jiġu kkombinati f'apparat wieħed.

Tnejn mill-fanali viżibbli minn wara jistgħu jiġu raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament skont il-paragrafu 5.7.

Il-pożizzjoni tal-fanal li jimmarka l-kontorn tat-tarf fir-rigward tal-fanal tal-pożizzjoni korrispondenti għandha tkun tali li d-distanza bejn il-projezzjonijiet ta' pjan trasversali vertikali tal-punti l-eqreb ta' xulxin fuq is-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza rispettivi taż-żewġ fanali meqjusa ma tkunx inqas minn 200 mm.

Il-fanali addizzjonali, kif speċifikat fil-paragrafu 6.13.2(a), li jintużaw biex jimmarkaw il-kontorn tat-tarf ta' wara tal-vettura, tat-trejler jew tas-semitrejler għandhom jitwaħħlu b'tali mod li jagħmluh/a viżibbli fl-erjas viżivi tal-apparati tal-viżjoni ta' wara ewlenin approvati għal viżjoni indiretta.

6.14.   Retroriflettur ta' wara, mhux trijangulari (Regolament Nru 3)

6.14.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati.

Fakultattiva fuq it-trejlers, sakemm ikunu raggruppati mal-apparti għas-sinjalar bid-dawl ta' wara l-oħra.

6.14.2.   Numru

Tnejn, li l-prestazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB jiġu permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.14.4 ta' hawn taħt), sakemm ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.14.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.14.4.   Pożizzjoni

6.14.4.1.   Fil-wisa': il-punt fuq is-superfiċe li jdawwal li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta' ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: ma għandu jkollha l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha: għandha tkun mhux inqas minn 600 mm meta l-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.14.4.2.   Fl-għoli: 'Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u lanqas iktar minn 900 mm (mhux iktar minn 1 200 mm jekk raggruppati ma' xi fanal(i) ta' wara, 1 500 mm jekk il-forma tal-karrozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 90 mm jew inqas minn 1 200 mm rispettivament).

6.14.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.14.5.   Viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 30° 'il ġewwa u 'il barra.

L-angolu vertikali: 10° 'il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta retroriflettur jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 10° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.14.6.   Orjentazzjoni

Lura.

6.14.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe li jdawwal tar-retrorifettur jista' jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta' kwalunkwe fanal ieħor li jinsab fuq wara.

6.15.   Retroriflettur ta' wara, trijangulari (Regolament Nru 3)

6.15.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq it-trejlers.

Ipprojbita fuq il-vetturi motorizzati.

6.15.2.   Numru

Tnejn, li l-prestazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IIIA jew tal-Klassi IIIB. Huma permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.15.4 ta' hawn taħt), sakemm dawn ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.15.3.   Arranġament

Il-quċċata tat-trijangolu għandha tkun diretta 'l fuq.

6.15.4.   Pożizzjoni

6.15.4.1.   Fil-wisa': il-punt fuq is-superfiċe li jdawwal li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

Ma għandux ikun hemm aktar minn 600 mm bejn it-truf ta' ġewwa tar-retrorifletturi. Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm.

6.15.4.2.   Fl-għoli: 'Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u lanqas iktar minn 900 mm (mhux iktar minn 1 200 mm jekk raggruppati ma' xi fanal(i) ta' wara, 1 500 mm jekk il-forma tal-karrozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 90 mm jew inqas minn 1 200 mm rispettivament).

6.15.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.15.5.   Viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 30° 'il ġewwa u 'il barra.

L-angolu vertikali: 15° 'il fuq u taħt l-orizzontali madankollu, meta retroriflettur jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 15° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.15.6.   Orjentazzjoni

Lura.

6.15.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe li jdawwal tar-retrorifettur jista' jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta' kwalunkwe fanal ieħor li jinsab fuq wara.

6.16.   Retroriflettur ta' quddiem, mhux trijangulari (Regolament Nru 3)

6.16.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq it-trejlers.

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati li jkollhom il-fanali li jifaċċjaw 'il quddiem kollha b'rifletturi li jistgħu jinħbew.

Fakultattiva fuq vetturi motorizzati oħra.

6.16.2.   Numru

Tnejn, li l-prestazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB. Huma permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.16.4 ta' hawn taħt), sakemm dawn ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.16.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.16.4.   Pożizzjoni

6.16.4.1.   Fil-wisa': il-punt fuq is-superfiċe li jdawwal li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

Fil-każ ta' trejler, il-punt tas-superfiċe li jdawwal li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar 'il bogħod minn 150 mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta' ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: ma għandu jkollha l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha: għandha tkun mhux inqas minn 600 mm meta l-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.16.4.2.   Fl-għoli: 'il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm (1 500 mm jekk il-forma tal-qafas tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 900 mm).

6.16.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.16.5.   Viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 30° 'il ġewwa u 'il barra fil-każ tat-trejlers, l-angolu 'l ġewwa jista' jitnaqqas għal 10° jekk minħabba l-binja tat-trejlers dan l-angolu ma jistax jiġi ssodisfat mir-retrorifletturi obbligatorji, għandhom jitwaħħlu retrorifletturi addizzjonali (supplementari), mingħajr il-limitazzjoni tal-wisa' (il-paragrafu 6.16.4.1 ta' hawn fuq), li flimkien mar-retrorifleturi obbligatorji, għandhom joħolqu l-angolu ta' viżibilità meħtieġ.

L-angolu vertikali: 10° 'il fuq u taħt l-orizzontali madankollu, meta retroriflettur jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 10° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.16.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem.

6.16.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe li jdawwal tar-retroriflettur jista' jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta' kwalunkwe fanal ieħor li jinsab fuq quddiem.

6.17.   Retroriflettur tal-ġenb, mhux trijangulari (Regolament Nru 3)

6.17.1.   Preżenza

Obbligatorja: Fuq il-vetturi motorizzati kollha b'tul ta' aktar minn 6 m.

Fuq it-trejlers kollha.

Fakultattiva: Fuq il-vetturi motorizzati b'tul ta' mhux aktar minn 6 m.

6.17.2.   Numru

Tali li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-pożizzjoni lonġitudinali il-prestazzjonijiet ta' dawn l-apparati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB. Huma permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.17.4 ta' hawn taħt), sakemm dawn ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.17.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.17.4.   Pożizzjoni

6.17.4.1.   Fil-wisa': l-ebda rekwiżit speċjali.

6.17.4.2.   Fl-għoli: 'Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u lanqas iktar minn 900 mm (mhux iktar minn 1 200 mm jekk raggruppati ma' xi fanal(i), 1 500 mm jekk il-forma tal-karrozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 90 mm jew inqas minn 1 200 mm rispettivament jew jekk il-preżenza tal-apparat ma tkunx obbligatorja skont il-paragrafu 6.17.1).

6.17.4.3.   Fit-tul: Mill-inqas retroriflettur tal-ġenb wieħed għandu jitwaħħal mat-terz nofsani tal-vettura, u r-retroriflettur tal-ġenb ta' quddiem nett ma għandux ikun aktar minn 3 m mill-parti ta' quddiem tal-vettura;

Id-distanza bejn ir-retrorifletturi tal-ġenb ta' biswit xulxin ma għandhiex tkun aktar minn 3 m madanakollu, dan ma japplikax għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1.

Jekk l-istruttura, id-disinn jew l-użu operazzjonali tal-vettura jagħmluha impossibbli li tinżamm il-konformità ma' dan ir-rekwiżit, din id-distanza tista' tiżdied għal 4 m id-distanza bejn ir-retroriflettur tal-ġenb ta' wara nett u l-parti ta' wara tal-vettura ma għandhiex tkun aktar minn 1 m madanakollu, għall-vetturi motorizzati b'tul ta' mhux aktar minn 6 m, huwa biżżejjed li jitwaħħal retroriflettur tal-ġenb wieħed fl-ewwel terz u/jew wieħed fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

Għall-vetturi M1 b'tul ta' aktar minn 6 m iżda mhux aktar minn 7 m, huwa biżżejjed li jkun hemm retroriflettur tal-ġenb wieħed imwaħħal mhux iktar minn 3 m 'l bogħod minn quddiem u wieħed fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

6.17.5.   Viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 45° fuq quddiem u fuq wara.

L-angolu vertikali: 10° 'il fuq u taħt l-orizzontali madankollu, meta retroriflettur jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 10° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.17.6.   Orjentazzjoni

Lejn il-ġenb.

6.17.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe li jdawwal tar-retroriflettur tal-ġenb jista' jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta' kwalunkwe fanal tal-ġenb ieħor.

6.18.   Fanali li jimmarkaw il-ġnub (Regolament Nru 91)

6.18.1.   Preżenza

Obbligatorja: Fuq il-vetturi kollha b'tul ta' aktar minn 6 m, ħlief għax-chassis-cabs.

Fuq il-kategoriji tal-vetturi kollha għandhom jintużaw il-fanali li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM1; madanakollu l-fanali li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM2 jistgħu jintużaw fuq il-vetturi tal-kategorija M1.

Barra minn hekk, fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b'tul ta' inqas minn 6 m, għandhom jintużaw fanali li jimmarkaw il-ġnub, jekk dawn jissupplimentaw ir-rekwiżiti tal-viżibilità ġeometrika mnaqqsa tal-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem konformi mal-paragrafu 6.9.5.2 u tal-fanali tal-pożizzjoni ta' wara konformi mal-paragrafu 6.10.5.2.

Fakultattiva: Fuq il-vetturi l-oħra kollha.

Jistgħu jintużaw il-fanali li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM1 jew SM2.

6.18.2.   In-numru minimu fuq kull ġenb

Tali li tiamm il-konformità mar-regoli għall-pożizzjoni lonġitudinali.

6.18.3.   Arranġament

L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.18.4.   Pożizzjoni

6.18.4.1.   Fil-wisa': l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.18.4.2.   Fl-għoli: 'Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-qafas tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm).

6.18.4.3.   Fit-tul: mill-inqas fanal li jimmarka l-ġnub wieħed għandu jitwaħħal fuq it-terz nofsani tal-vettura, u l-fanal li jimmarka l-ġnub ta' quddiem nett ma għandux ikun aktar minn 3 m mill-parti ta' quddiem tal-vettura; Id-distanza bejn iż-żewġ fanali li jimmarkaw il-ġnub biswit ta' xulxin ma għandhiex tkun aktar minn 3 m jekk l-istruttura, id-disinn jew l-użu operazzjonali tal-vettura jagħmluha impossibbli li tinżamm il-konformità ma' dan ir-rekwiżit, din id-distanza tista' tiżdied għal 4 m.

Id-distanza bejn il-fanal li jimmarka l-ġnub ta' wara nett u l-parti ta' wara tal-vettura ma għandhiex tkun aktar minn 1 m.

Madanakollu, għall-vetturi b'tul ta' mhux aktar minn 6 m u għax-chassis-cabs, huwa biżżejjed li jkun hemm fanal li jimmarka l-ġnub wieħed imwaħħal fl-ewwel terz u/jew fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura. Għall-vetturi M1 b'tul ta' aktar minn 6 m iżda mhux aktar minn 7 m, huwa biżżejjed li jkun hemm fanal li jimmarka l-ġnub wieħed imwaħħal mhux iktar minn 3 m 'l bogħod minn quddiem u wieħed fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

6.18.5.   Viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 45° fuq quddiem u fuq wara; madanakollu, għall-vetturi li fuqhom l-installazzjoni tal-fanali li jimmarkaw il-ġnub hija fakultattiva dan il-valur jista' jitnaqqas għal 30°.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fanali li jimmarkaw il-ġnub li jintużaw biex jissupplimentaw il-viżibilità ġeometrika mnaqqsa tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' quddiem u ta' wara konformi mal-paragrafu 6.5.5.2 ta' hawn fuq u/jew ta' fanali tal-pożizzjoni konformi mal-paragrafi 6.9.5.2 u 6.10.5.2 ta' hawn fuq, l-angoli huma 45° lejn it-truf ta' quddiem u ta' wara tal-vettura u 30° lejn iċ-ċentru tal-vettura (ara l-figura fil-paragrafu 6.5.5.2 ta' hawn fuq).

L-angolu vertikali: 10° 'il fuq u taħt l-orizzontali madankollu, meta fanal jiġi mmontat f'għoli ta' inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1 ta' hawn fuq), l-angolu 'l isfel ta' 10 ° jista' jitnaqqas għal 5°.

6.18.6.   Orjentazzjoni

Lejn il-ġenb.

6.18.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b'tul ta' inqas minn 6 m, jistgħu jiġu konnessi fanali li jimmarkaw il-ġnub ta' lewn ambra biex iteptpu, sakemm dan it-teptip ikun b'mod sinkronizzat u bl-istess frekwenza tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura.

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, il-fanali li jimmarkaw il-ġnub obbligatorji ta' lewn ambra jistgħu jteptpu b'mod sinkronizzat mal-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura madankollu, fejn ikun hemm installati fanali li jindikaw id-direzzjoni tal-kategorija 5 skont il-paragrafu 6.5.3.1 fuq il-ġenb tal-vettura, dawn il-fanali li jimmarkaw il-ġnub ta' lewn ambra ma għandhomx iteptpu.

6.18.8.   Indikatur

L-indikatur huwa fakultattiv jekk ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta' quddiem u ta' wara.

6.18.9.   Rekwiżiti oħra

Meta l-fanal li jimmarka l-ġnub ta' wara nett ikun ikkombinat mal-fanal tal-pożizzjoni ta' wara li jkun inkorporat reċiprokament mal-fanal għaċ-ċpar ta' wara jew mal-fanal tal-waqfien ta' wara, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal li jimmarka l-ġnub jistgħu jiġu modifikati waqt li l-fanal għaċ-ċpar ta' wara jew il-fanal tal-waqfien ta' wara jkun mixgħul.

Il-fanali li jimmarkaw il-ġnub ta' wara għandhom ikunu ta' lewn ambra jekk iteptpu mal-fanal li jindika d-direzzjoni ta' wara.

6.19.   Fanal tas-sewqan binhar (Regolament Nru 87) (21)

6.19.1.   Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati ipprojbita fuq it-trejlers.

6.19.2.   Numru

Tnejn.

6.19.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.19.4.   Pożizzjoni

6.19.4.1.   Fil-wisa': id-distanza bejn it-truf ta' ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ma għandhiex tkun inqas minn 600 mm.

Meta l-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.19.4.2.   Fl-għoli: 'il fuq mill-art mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm.

6.19.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament mill-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.19.5.   Viżibilità ġeometrika

Orizzontali: 'il barra u 20° 'il ġewwa.

Vertikali: 'il fuq u 10° 'l isfel.

6.19.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem.

6.19.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.19.7.1.   Il-fanali tas-sewqan binhar għandhom jiġu MIXGĦULA awtomatikament meta l-apparat li jistartja u/jew jitfi l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) ikun f'pożizzjoni li jagħmilha possibbli li l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) taħdem. Madankollu, il-fanali tas-sewqan binhar jistgħu jibqgħu MITFIJA f'dawn il-kundizzjonijiet.

6.19.7.1.1.

Il-kontroll tat-trażmissjoni awtomatika jkun fil-pożizzjoni tal-parking; jew

6.19.7.1.2.

Il-brejk tal-parking ikun applikat; jew

6.19.7.1.3.

Qabel ma l-vettura tinstaq għall-ewwel darba wara kull attivazzjoni manwali tas-sistema tal-propulsjoni.

6.19.7.2.   Il-fanali tas-sewqan binhar jistgħu jiġu MITFIJA manwalment meta l-veloċità tal-vettura ma tkunx iktar minn 10 km/h sakemm ma jiġux MIXGĦULA awtomatikament meta l-veloċità tal-vettura tkun iktar minn 10 km/h jew meta l-vettura tkun instaqet iktar minn 100 m u jibqgħu MIXGĦULA sakemm ma jerġgħux jiġu mitfija apposta.

6.19.7.3.   Il-fanal tas-sewqan binhar għandu JINTEFA awtomatikament meta l-apparat li jistartja u/jew jitfi l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) ikun f'pożizzjoni li ma jippermettix li l-magna (is-sistema tal-propulsjoni) taħdem jew il-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem jew il-fanali ta' quddiem ikunu MIXGĦULA, ħlief meta dawn tal-aħħar jintużaw biex jagħtu twissijiet intermittenti bid-dawl f'intervalli qosra (22).

6.19.7.4.   Il-fanali msemmija fil-paragrafu 5.11 jistgħu jiġu MIXGĦULA meta l-fanali tas-sewqan binhar ikunu MIXGĦULA, ħlief jekk il-fanali tas-sewqan binhar jiġu attivati skont il-paragrafu 6.2.7.6.2, fejn mill-inqas il-fanali tal-pożizzjoni ta' wara għandhom ikunu atttivati.

6.19.7.5.   Jekk id-distanza bejn il-fanal li jindika d-direzzjoni ta' quddiem u l-fanal tas-sewqan binhar tkun daqs jew inqas minn 40 mm, il-konnessjonijiet elettriċi tal-fanal tas-sewqan binhar fuq il-ġenb rilevanti tal-vettura jistgħu jkunu tali li jew:

(a)

Il-fanal JINTEFA; jew

(b)

L-intensità tal-luminożità tiegħu titnaqqas matul il-perjodu kollu (kemm fiċ-ċiklu meta jkun MIXGĦUL kif ukoll meta jkun MITFI) tal-attivazzjoni ta' fanal li jindika d-direzzjoni ta' quddiem.

6.19.7.6.   Jekk fanal li jindika d-direzzjoni jkun inkorporat reċiprokament ma' fanal tas-sewqan binhar, il-konnessjonijiet elettriċi tal-fanal tas-sewqan binhar fuq il-ġenb rilevanti tal-vettura għandhom ikunu tali li l-fanal tas-sewqan binhar ikun MITFI matul il-perjodu (fiċ-ċiklu MIXGĦUL u MITFI) tal-attivazzjoni tal-fanal li jindika d-direzzjoni.

6.19.8.   Indikatur

L-indikatur b'ċirkwit magħluq huwa fakultattiv.

6.19.9.   Preskrizzjonijiet oħra

Ebda preskrizzjoni.

6.20.   Fanal għall-kantunieri (Regolament Nru 119)

6.20.1.   Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati.

6.20.2.   Numru

Tnejn.

6.20.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.20.4.   Pożizzjoni

6.20.4.1.   Fil-wisa': għandu jkun hemm fanal għall-kantunieri fuq kull naħa tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.20.4.2.   Fit-tul: mhux aktar 'il bogħod minn 1 000 mm mill-parti ta' quddiem.

Fl-għoli

:

minimu: Mhux inqas minn 250 mm 'il fuq mill-art;

massimu: Mhux iktar minn 900 mm 'il fuq mill-art.

Madanakollu, l-ebda punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza ma għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referena tal-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx.

6.20.5.   Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.13:

 

α = 10° 'il fuq u 'l isfel,

 

β = 30° sa 60° 'il barra.

6.20.6.   Orjentazzjoni

Tali li l-fanali jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità ġeometrika.

6.20.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali għall-kantunieri għandhom ikunu konnessi b'tali mod li ma jistgħux jiġu attivati ħlief meta fl-istess ħin ikunu MIXGĦULA l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jew il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx.

6.20.7.1.   Il-fanal għall-kantunieri fuq ġenb wieħed tal-vettura jista' jiġi MIXGĦUL awtomatikament biss meta jiġu MIXGĦULA l-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura u/jew meta l-angolu tal-istering jinbidel minn pożizzjoni dritt 'il quddiem lejn l-istess naħa tal-vettura.

Il-fanal għall-kantunieri għandu jiġi MITFI awtomatikament meta jiġi MITFI l-indikatur tad-direzzjoni u/jew l-angolu tal-istering jkun irritorna għall-pożizzjoni dritt 'il quddiem.

6.20.7.2.   Meta jiġi MIXGĦUL il-fanal tar-reverse, iż-żewġ fanali għall-kantunieri jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin, indipendentement mill-pożizzjoni tar-rota tal-istering jew tal-indikatur tad-direzzjoni jekk jiġu attivati b'dan il-mod, iż-żewġ fanali għall-kantunieri għandhom JINTFEW jew:

(a)

Meta JINTEFA l-fanal tar-reverse; jew

(b)

Meta l-veloċità 'l quddiem tal-vettura tkun aktar minn 10 km/h.

6.20.8.   Indikatur

Xejn.

6.20.9.   Rekwiżiti oħra

Il-fanali għall-kantunieri ma għandhomx ikunu attivati f'veloċitajiet tal-vettura ta' aktar minn 40 km/h.

6.21.   L-immarkar kospikwu (Regolament Nru 104)

6.21.1.   Preżenza

6.21.1.1.   Ipprojbita: fuq vetturi ta' kategoriji M1 u O1.

6.21.1.2.   Obbligatorja:

6.21.1.2.1.

Fuq wara:

Immarkar tal-kontorn sħiħ fuq vetturi b'wisa' ta' aktar minn 2 100 mm tal-kategoriji li ġejjin:

(a)

N2 b'massa massima ta' aktar minn 7,5 tunnellati metriċi u N3 (bl-eċċezzjoni tax-chassis-cabs, tal-vetturi mhux kompluti u tat-tratturi għas-semitrejlers)

(b)

O3 u O4 (bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux kompluti).

6.21.1.2.2.

Fuq il-ġenb:

6.21.1.2.2.1.

Immarkar tal-kontorn parzjali fuq vetturi b'tul ta' aktar minn 6 000 mm (inkluż iż-żbarra tal-irmonk għat-trejlers) tal-kategoriji li ġejjin:

(a)

N2 b'massa massima ta' aktar minn 7.5 tunnellati metriċi u N3 (bl-eċċezzjoni tax-chassis-cabs, tal-vetturi mhux kompluti u tat-tratturi għas-semitrejlers)

(b)

O3 u O4 (bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux kompluti).

6.21.1.2.3.

L-immarkar lineari jista' jiġi installat minflok l-immarkar tal-kontorn obbligatorju jekk ir-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn jew operattivi tal-vettura ma jippermettux li jiġi installat l-immarkar tal-kontorn obbligatorju.

6.21.1.2.4.

Jekk is-superfiċji tal-esterjuri tal-karrozzerija jkunu magħmula parzjalment minn materjal flessibbli, dan l-immarkar lineari għandu jiġi installat fuq (a) il-part(ijiet) riġidi tal-vettura il-porzjoni tal-immarkar kospikwu li jibqa' jista' jitwaħħal fuq il-materjal flessibbli madankollu, jekk is-superfiċji esterjuri tal-karrozzerija jkunu magħmula kompletament minn materjal flessibbli, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.21.

6.21.1.2.5.

F'każijiet fejn il-manifattur, wara verifika mis-Servizz Tekniku, jista' jipprova għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li mhuwiex possibbli, minħabba r-rekwiżiti operattivi li jistgħu jirrikjedu forma, struttura jew disinn speċjali tal-vettura, li jkun konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafi 6.21.2 sa 6.21.7.5 ta' hawn taħt, allura jkun aċċettabbli li jissodisfa xi wħud minn dawn ir-rekwiżiti. Dan bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati parti mir-rekwiżiti, jekk ikun possibbli, u li jiġi applikat l-immarkar kospikwu li jissodisfa parzjalment ir-rekwiżiti l-aktar stretti fir-rigward tal-istruttura tal-vettura. Dan jista' jinkludi t-twaħħil ta' brackets jew pjanċi addizzjonali li jkun fihom materjal konformi mar-Regolament Nru 104 fejn l-istruttura tkun disponibbli biex jiġi żgurat sinjalar ċar u uniformi kompatibbli mal-għan tal-kospikwità.

Meta s-sodisfazzjon parzjali jitqies bħala aċċettabbli, l-apparati retroriflettivi bħar-retrorifletturi tal-Klassi IV tar-Regolament Nru 3 jew il-brackets li fihom materjal retroriflettiv konformi mar-rekwiżiti fotometriċi tal-Klassi C tar-Regolament Nru 104 jistgħu jissostitwixxu parti mill-immarkar kospikwu meħtieġ f'dan il-każ, mill-inqas wieħed minn dawn l-apparati retroriflettivi għandu jiġi installat kull 1 500 mm.

L-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi indikata fil-formola tal-komunikazzjoni.

6.21.1.3.   Fakultattiva:

6.21.1.3.1.

Fuq wara u fuq il-ġenb:

 

Għall-kategoriji ta' vetturi l-oħra kollha, fejn mhux speċifikat mod ieħor fil-paragrafi 6.21.1.1 u 6.21.1.2 ta' hawn fuq, inkluża l-kabina tal-unitajiet tat-tratturi għas-semitrejlers u l-kabina tax-chassis-cabs.

 

Jista' jiġi applikat immarkar tal-kontorn parzjali jew sħiħ minflok l-immarkar lineari obbligatorju, u jista' jiġi applikat immarkar tal-kontorn sħiħ minflok immarkar tal-kontorn parzjali li jkun obbligatorju.

6.21.1.3.2.

Fuq quddiem:

 

Immarkar lineari fuq vetturi tal-kategoriji O2, O3 u O4.

 

L-immarkar tal-kontorn parzjali jew sħiħ ma jistax jiġi applikat fuq quddiem.

6.21.2.   Numru

Skont il-preżenza.

6.21.3.   Arranġament

L-immarkar kospikwu għandu jkun mill-aktar qrib prattikabbli għall-orrizzontali u għall-vertikali, kompatibbli mar-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn u operattivi tal-vettura; jekk dan ma jkunx possibbli, l-immarkar tal-kontorn sħiħ jew parzjali, meta mwaħħal, għandu jsegwi kemm jista' jkun il-profil tal-forma esterna tal-vettura.

Barra minn hekk, l-immarkar kospikwu għandu jitqiegħed b'mod kemm jista' jkun uniformi fuq id-dimensjonijiet orizzontali tal-vettura b'tali mod li t-tul totali u/jew il-wisa' tal-vettura jkun jista' jiġi identifikat.

6.21.4.   Pożizzjoni

6.21.4.1.   Wisa'

6.21.4.1.1.   L-immarkar kospikwu għandu jkun mill-aktar qrib prattikabbli għat-tarf tal-vettura.

6.21.4.1.2.   It-tul orizzontali kumulattiv tal-elementi tal-immarkar kospikwu, kif immuntat fuq il-vettura, għandu jkun mill-inqas daqs 70 fil-mija tal-wisa' totali tal-vettura, ħlief għal kwalunkwe soprapożizzjoni orizzontali tal-elementi individwali.

6.21.4.2.   Tul

6.21.4.2.1.   L-immarkar kospikwu għandu jkun mill-aktar qrib prattikabbli għat-truf tal-vettura u jasal sa 600 mm minn kull tarf viżibbli tal-vettura.

6.21.4.2.1.1.   Għall-vetturi motorizzati, kull tarf tal-vettura, jew fil-każ tat-tratturi għas-semitrejlers, kull tarf tal-kabina;

Madankollu, hija permessa modalità tal-immarkar alternattiva sa 2 400 mm mit-tarf ta' quddiem tal-vettura motorizzata meta tkun immuntata serje ta' retrorifletturi tal-Klassi IVA tar-Regolament Nru 3 jew tal-Klassi C tar-Regolament Nru 104 segwita bl-immarkar kospikwu meħtieġ kif ġej:

(a)

Retroriflettur b'daqs minimu ta' 25 cm2;

(b)

Retroriflettur wieħed immuntat mhux iktar minn 600 mm mit-tarf ta' quddiem tal-vettura;

(c)

Retrorifletturi addizzjonali mbiegħdin mhux aktar minn 600 mm minn xulxin;

(d)

Id-distanza bejn l-aħħar riflettur u l-bidu tal-immarkar kospikwu ma għandhiex tkun aktar minn 600 mm;

6.21.4.2.1.2.   Għat-trejlers, kull tarf tal-vettura (mingħajr iż-żbarra tal-irmonk).

6.21.4.2.2.   It-tul orizzontali kumulattiv tal-elementi tal-immarkar kospikwu, kif immuntat fuq il-vettura, ħlief għal kwalunkwe soprapożizzjoni orizzontali tal-elementi individwali, għandu jkun mill-inqas daqs 70 fil-mija ta':

6.21.4.2.2.1.   Għall-vetturi motorizzati, it-tul tal-vettura, jew fil-każ tat-tratturi għas-semitrejlers, jekk imwaħħla, it-tul tal-kabina; Madankollu, meta tintuża l-modalità tal-immarkar alternattiva skont il-paragrafu 6.21.4.2.1.1, id-distanza li tibda sa 2 400 mm mit-tarf ta' quddiem ta' vettura sat-tarf ta' wara tagħha.

Image

Test ta 'immaġni

A hija d-distanza bejn l-immarkar kospikwu l-aktar fuq quddiem u t-tarf ta' quddiem tal-vettura il-valur massimu ta' A huwa 2 400 mm (ara l-paragrafu 6.21.4.2.1.1).

6.21.4.2.2.2.   Għat-trejlers, it-tul totali tal-vettura (mingħajr iż-żbarra tal-irmonk).

Image

Test ta 'immaġni

6.21.4.3.   Għoli

6.21.4.3.1.   L-element(i) ta' isfel tal-immarkar lineari u tal-immarkar tal-kontorn

L-aktar baxx prattikabbli fil-firxa:

 

Minimu: mhux inqas minn 250 mm 'l fuq mill-art.

 

Massimu: mhux aktar minn 1 500 mm 'l fuq mill-art.

Madanakollu, jista' jkun aċċettabbli għoli tal-immuntar massimu ta' 2 500 mm meta l-forma, l-istruttura, id-disinn jew il-kundizzjonijiet operattivi jipprevjenu li tinżamm il-konformità mal-valur massimu ta' 1 500 mm jew, jekk ikun meħtieġ, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.21.4.1.2, u 6.21.4.2.2, jew il-pożizzjoni orizzontali tal-immarkar lineari jew l-element(i) ta' isfel tal-immarkar tal-kontorn.

Il-ġustifikazzjoni neċessarja għall-installazzjoni ta' materjal kospikwu ogħla minn 1 500 mm għandha tiġi indikata fil-forma tal-komunikazzjoni.

6.21.4.3.2.   L-element(i) ta' fuq tal-immarkar tal-kontorn:

L-aktar għoli prattikabbli, iżda sa 400 mm mill-estremità ta' fuq tal-vettura.

6.21.5.   Il-viżibilità

L-immarkar kospikwu għandu jitqies li jkun viżibbli, jekk mill-inqas 70 fil-mija tas-superfiċe li jdawwal tal-immarkar installat ikun viżibbli għal osservatur li jkun fi kwalunkwe punt fil-pjani ta' osservazzjoni definiti hawn taħt:

6.21.5.1.   Għall-immarkar kospikwu ta' wara u ta' quddiem (ara l-Figuri 1a u 1b tal-Anness 11), il-pjan ta' osservazzjoni huwa perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura li jkun 25 m mit-tarf estrem tal-vettura u delimitat:

6.21.5.1.1.

Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 3,0 m'il fuq mill-art;

6.21.5.1.2.

Fil-wisa', minn żewġ pjani vertikali li jiffurmaw angolu ta' 4° 'il barra mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddu mill-intersezzjoni tal-pjani vertikali paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita l-wisa' totali tal-vettura, u l-pjan perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita t-tarf tal-vettura.

6.21.5.2.   Għall-immarkar kospikwu tal-ġenb (ara l-Figura 2 tal-Anness 11), il-pjan ta' osservazzjoni huwa parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jkun 25 m mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura u delimitat:

6.21.5.2.1.

Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1,0 m u 1,5 m'il fuq mill-art;

6.21.5.2.2.

Fil-wisa', minn żewġ pjani vertikali li jiffurmaw angolu ta' 4° 'il barra minn pjan perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddu mill-intersezzjoni tal-pjani vertikali perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita t-tul totali tal-vettura u t-tarf estrem ta' barra tal-vettura.

6.21.6.   Orjentazzjoni

6.21.6.1.   Fuq il-ġenb:

L-aktar qrib prattikabbli biex ikun parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, kompatibbli mar-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn u operattivi tal-vettura jekk dan ma jkunx possibbli, għandu jsegwi kemm jista' jkun il-kontorn tal-forma esterna tal-vettura.

6.21.6.2.   Fuq wara u fuq quddiem:

L-aktar qrib prattikabbli biex ikun parallel mal-pjan trasversali tal-vettura, kompatibbli mar-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn u operattivi tal-vettura; jekk dan ma jkunx possibbli, għandu jsegwi kemm jista' jkun il-kontorn tal-forma esterna tal-vettura.

6.21.7.   Rekwiżiti oħra

6.21.7.1.   L-immarkar kospikwu għandu jitqies bħala kontinwu jekk id-distanza bejn l-elementi biswit xulxin tkun l-iżgħar possibbli u ma tkunx aktar minn 50 fil-mija tat-tul tal-iqsar wieħed mill-elementi biswit xulxin madankollu, jekk il-manifattur jista' jipprova għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li huwa impossibbli li jiġi rispettat il-valur ta' 50 fil-mija, id-distanza bejn l-elementi biswit xulxin tista' tkun ikbar minn 50 fil-mija tal-iqsar wieħed mill-elementi biswit xulxin, u għandha tkun l-iżgħar possibbli u mhux iktar minn 1 000 mm.

6.21.7.2.   Fil-każ ta' immarkar tal-kontorn parzjali, kull rokna ta' fuq għandha tkun deskritta minn żewġ linji f'angolu ta' 90° għal xulxin fejn kull linja tkun twila mill-inqas 250 mm jekk dan ma jkunx possibbli, l-immarkar għandu jsegwi kemm jista' jkun il-kontorn tal-forma esterna tal-vettura.

6.21.7.3.   Id-distanza bejn l-immarkar kospikwu imwaħħal fuq wara tal-vettura u kull fanal tal-waqfien obbligatorju għandha tkun ikbar minn 200 mm.

6.21.7.4.   Meta jiġu installati pjanċi tal-immarkar ta' wara konformi mas-serje ta' emendi 01 għar-Regolament Nru 70, dawn jistgħu jitqiesu, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, bħala parti mill-immarkar kospikwu fuq wara, sabiex jiġu kkalkulati t-tul tal-immarkar kospikwu u l-prossimità tiegħu mal-ġenb tal-vettura,.

6.21.7.5.   Il-postijiet fuq il-vettura deżinjati għall-immarkar kospikwu għandhom iħallu spazju, għall-installazzjoni tal-immarkar, wiesa' mill-inqas 60 mm.

6.22.   Sistema adattiva tat-tidwil ta' quddiem (AFS) (Regolament Nru 123)

Fil-każijiet fejn ma jkunx speċifikat mod ieħor hawn taħt, għall-parti rilevanti tal-AFS japplikaw ir-rekwiżiti għall-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni (paragrafu 6.1) u għall-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx (paragrafu 6.2) ta' dan ir-Regolament.

6.22.1.   Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati ipprojbita fuq it-trejlers.

6.22.2.   Numru

Wieħed

6.22.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.22.4.   Pożizzjoni

Qabel il-proċeduri sussegwenti tat-test, l-AFS għandha tkun issettjata għall-istat newtrali;

6.22.4.1.   Fil-wisa' u fl-għoli:

Għal funzjoni jew modalità tat-tidwil partikolari, ir-rekwiżiti indikati fil-paragrafi 6.22.4.1.1 sa 6.22.4.1.4 ta' hawn taħt għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-unitajiet tat-tidwil li jingħataw l-enerġija fl-istess ħin għal dik il-funzjoni jew modalità tat-tidwil ta' funzjoni, skont id-deskrizzjoni tal-applikant.

Id-dimensjonijiet kollha jirreferu għall-eqreb tarf tas-superfiċe/superfiċji apparenti, osservata/i fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza, tal-unità(jiet) tat-tidwil.

6.22.4.1.1.   Żewġ unitajiet tat-tidwil imqiegħda b'mod simmetriku għandhom jiġu pożizzjonati f'għoli skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi rilevanti 6.1.4 u 6.2.4, fejn “Żewġ unitajiet tat-tidwil imqiegħda b'mod simmetriku” għandha tinftiehem bħala żewġ unitajiet tat-tidwil, waħda fuq kull naħa tal-vettura, ippożizzjonati b'tali mod li ċ-ċentri (ġeometriċi) tal-gravità tas-superfiċji apparenti tagħhom ikunu fl-istess għoli u fl-istess distanza mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura b'tolleranza ta' 50 mm, kull waħda; madankollu, is-superfiċji li jitfgħu d-dawl, is-superfiċji li jdawwlu, u l-outputs tad-dawl tagħhom jistgħu jkunu differenti.

6.22.4.1.2.   L-unitajiet tat-tidwil addizzjonali, jekk ikun hemm, fuq iż-żewġ naħat tal-vettura għandhom jiġu pożizzjonati f'distanza ta' mhux aktar minn 140 mm (23) f'direzzjoni orizzontali (E fil-figura) u 400 mm f'direzzjoni vertikali 'l fuq jew 'l isfel (D fil-figura) mill-eqreb unità tat-tidwil;

6.22.4.1.3.   L-ebda waħda mill-unitajiet tat-tidwil addizzjonali deskritta fil-paragrafu 6.22.4.1.2 ta' hawn fuq ma għandha tkun ippożizzjonata aktar fil-baxx minn 250 mm (F fil-figura) u lanqas ogħla minn kif indikat fil-paragrafu 6.2.4.2 ta'dan ir-Regolament (G fil-figura) 'il fuq mill-art;

6.22.4.1.4.   Barra minn hekk, fil-wisa':

Għal kull modalità tat-tidwil b'raġġ tal-passaġġ:

 

It-tarf ta' barra tas-supefiċe apparenti ta' mill-inqas unità tat-tidwil waħda fuq kull naħa tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400mm mit-tarf estrem ta' barra tal-vettura (A fil-figura); u,

 

It-truf ta' ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta' referenza għandhom ikunu mhux inqas minn 600 mm 'il bogħod minn xulxin madankollu, dan ma japplikax għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1; għall-kategoriji l-oħra kollha tal-vetturi motorizzati fejn il-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

Superfiċji apparenti ta' unitajiet tat-tidwil minn 1 sa 11 ta' AFS (eżempju)

Image

Unitajiet tat-tidwil li jingħataw l-enerġija fl-istess ħin għal modalità tat-tidwil partikolari: Image

Nri 3 u 9

:

(żewġ unitajiet tat-tidwil imqiegħda b'mod simmetriku)

Nri 1 u 11

:

(żewġ unitajiet tat-tidwil imqiegħda b'mod simmetriku)

Nri 4 u 8

:

(żewġ unitajiet tat-tidwil addizzjonali)

Unitajiet tat-tidwil li ma jingħatawx enerġija għall-modalità tat-tidwil imsemmija: Image

Nri 2 u 10

:

(żewġ unitajiet tat-tidwil imqiegħda b'mod simmetriku)

Nru 5

:

(unità tat-tidwil addizjonali)

Nri 6 u 7

:

(żewġ unitajiet tat-tidwil imqiegħda b'mod simmetriku)

Dimensjonijiet orizzontali f'mm:

 

A ≤ 400

 

B ≥ 600, or, ≥ 400 jekk il-wisa' totali tal-vettura tkun < 1 300 mm, madankollu ma japplika ebda rekwiżit għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1

 

C ≤ 200

 

E ≤ 140

Dimensjonijiet vertikali f'mm:

 

D ≤ 400

 

F ≥ 250

 

G ≤ 1 200

6.22.4.2.   Fit-tul:

L-unitajiet tat-tidwil kollha ta' AFS għandhom jiġu mmuntati fuq quddiem. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl mormi ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament mill-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.22.5.   Viżibilità ġeometrika

Fuq kull naħa tal-vettura, għal kull funzjoni u modalità tat-tidwil ipprovduta:

L-angoli tal-viżibilità ġeometrika preskritti għall-funzjonijiet rispettivi tat-tidwil skont il-paragrafi 6.1.5 u 6.2.5 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ssodisfati mill-inqas minn waħda mill-unitajiet tat-tidwil li jingħataw l-enerġija fl-istess ħin biex iwettqu l-imsemmija funzjoni u modalità(jiet), skont id-deskrizzjoni tal-applikant. L-unitajiet tat-tidwil individwali jistgħu jintużaw biex tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti għal angoli differenti.

6.22.6.   Orjentazzjoni

'Il quddiem.

Qabel il-proċeduri sussegwenti tat-test, l-AFS għandha tiġi ssettjata għall-istat newtrali, li fih titfa' r-raġġ tal-passaġġ bażiku.

6.22.6.1.   Orjentazzjoni vertikali:

6.22.6.1.1.

L-inklinazzjoni 'l isfel inizjali tal-punt ta' waqfien tar-raġġ tal-passaġġ bażiku li għandha tiġi ssettjata meta l-vettura ma tkunx mgħobbija, b'persuna waħda fis-sit tas-sewwieq, għandha tiġi speċifikata mill-manifattur bi preċiżjoni ta' 0,1 fil-mija u għandha tiġi indikata b'mod li jista' jinqara u ma tkunx tista' titħassar fuq kull vettura, qrib jew is-sistema tat-tidwil ta' quddiem jew il-pjanċa tal-manifattur, permezz tas-simbolu muri fl-Anness 7.

Meta l-inklinazzjonijiet 'l isfel inizjali differenti jiġu speċifikati mill-manifattur għal unitajiet tat-tidwil differenti li jipprovdu jew jikkontribwixxu għall-punt ta' waqfien tar-raġġ tal-passaġġ bażiku, dawn il-valuri tal-inklinazzjoni 'l isfel għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur bi preċiżjoni ta' 0.1 fil-mija u għandhom jiġu indikati b'mod li jista' jinqara u ma jkunux jistgħu jitħassru fuq kull vettura, qrib tal-unitajiet tad-dawl rilevanti jew fuq il-pjanċa tal-manifattur, b'tali mod li l-unitajiet tat-tidwil ikkonċernati jistgħu jiġu identifikati mingħajr ambigwità.

6.22.6.1.2.

L-inklinazzjoni 'l isfel tal-parti orizzontali tal-“punt ta' waqfien” tar-raġġ tal-passaġġ bażiku għandha tibqa' bejn il-limiti indikati fil-paragrafu 6.2.6.1.2 ta' dan ir-Regolament fil-kundizzjonijiet kollha ta' tagħbija statika tal-vettura tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament; u l-orjentazzjoni inizjali għandha tkun fil-valuri speċifikati.

6.22.6.1.2.1.

Fil-każ li r-raġġ tal-passaġġ jiġi ġġenerat permezz ta' diversi raġġi minn unitajiet tat-tidwil differenti, id-dispożizzjonijiet skont il-paragrafu 6.22.6.1.2 ta' hawn fuq japplikaw għal kull “punt ta' waqfien” (jekk ikun hemm) ta' kull raġġ imsemmi, li huwa ddisinjat sabiex jipprojetta fiż-żona angolari, kif indikat fil-punt 9.4 tal-formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 123.

6.22.6.2.   Apparat ta' livellar tal-fanali ta' quddiem

6.22.6.2.1.   Fil-każ fejn ikun meħtieġ apparat ta' livellar tal-fanali ta' quddiem sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.22.6.1.2, l-apparat għandu jkun awtomatiku.

6.22.6.2.2.   Fil-każ ta' ħsara f'dan l-apparat, ir-raġġ tal-passaġġ ma għandux jassumi pożizzjoni li fiha l-inklinazzjoni tkun inqas milli kienet fil-ħin meta seħħet il-ħsara fl-apparat.

6.22.6.3.   Orjentazzjoni orizzontali:

Għal kull unità tat-tidwil, l-angolu tal-linja tal-punt ta' waqfien, jekk ikun hemm, meta jiġi projettat fuq l-iskrin, għandu jikkoinċidi mal-linja vertikali li tgħaddi mill-assi ta' referenza tal-imsemmija unità tat-tidwil għandha tiġi permessa tolleranza ta' 0.5 gradi fuq in-naħa li tkun in-naħa tad-direzzjoni tat-traffiku unitajiet tat-tidwil oħra għandhom jiġu aġġustati skont l-ispeċifikazzjoni tal-applikant, kif definit skont l-Anness 10 tar-Regolament Nru 123.

6.22.6.4.   Proċedura tal-kejl:

Wara l-aġġustament tas-setting inizjali tal-orjentazzjoni tar-raġġ, l-inklinazzjoni vertikali tar-raġġ tal-passaġġ, jew meta jkun applikabbli, l-inklinazzjonijiet vertikali tal-unitajiet tat-tidwil differenti kollha li jipprovdu jew jikkontribwixxu għall-punt(i) ta' waqfien tar-raġġ tal-passaġġ bażiku, skont il-paragrafu 6.22.6.1.2.1 ta' hawn fuq, għandhom jiġu verifikati għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha tal-vettura skont l-ispeċifikazzjonijiet fil-paragrafi 6.2.6.3.1 u 6.2.6.3.2 ta' dan ir-Regolament.

6.22.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.22.7.1.   It-tidwil għar-raġġ ewlieni (jekk ikun ipprovdut mill-AFS)

6.22.7.1.1.   L-unitajiet tat-tidwil għar-raġġ ewlieni jistgħu jiġu attivitati jew fl-istess ħin jew f'pari għall-bidla mir-raġġ baxx għar-raġġ ewlieni għandhom jiġu attivati mill-inqas par wieħed ta' unitajiet tat-tidwil għar-raġġ ewlieni għall-bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, għandhom jiġu diżattivati fl-istess ħin l-unitajiet kollha tat-tidwil għar-raġġ ewlieni.

6.22.7.1.2.   Ir-raġġ ewlieni jista' jkun iddisinjat biex ikun raġġ adattiv, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.22.9.3, fejn is-sinjali tal-kontroll jiġu prodotti minn ta' sistema ta' sensors li tkun kapaċi tidentifika u tirreaġixxi għall-inputs li ġejjin:

(a)

Kundizzjonijiet tat-tidwil ambjentali;

(b)

Id-dawl mormi mill-apparati għat-tidwil ta' quddiem u l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' quddiem ta' vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta;

(c)

Id-dawl mormi mill-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta' wara ta' vetturi misjuqa quddiem il-vettura;

Funzjonijiet ta' sensors addizzjonali li jtejbu l-prestazzjoni huma permessi.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “vetturi” tfisser vetturi tal-kategoriji L, M, N, O u T, kif ukoll roti (bicycles), bħal vetturi li jkunu mgħammra b'retrorifletturi, b'apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, li jkunu MIXGĦULA.

6.22.7.1.3.   Għandu dejjem ikun possibbli li l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni, adattivi jew mhux adattivi, jiġu MIXGĦULA u MITFIJA manwalment u li l-kontroll awtomatiku jiġi MITFI manwalment.

Barra minn hekk, it-TIFI, tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni u tal-kontroll awtomatiku tagħhom, għandu jkun possibbli permezz ta' operazzjoni manwali sempliċi u immedjata; mhux permess l-użu ta' sub-menus.

6.22.7.1.4.   Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin.

6.22.7.1.5.   Meta jitwaħħlu erba' unitajiet tat-tidwil li jistgħu jinħbew, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom trid tipprevjeni t-tħaddim fl-istess ħin ta' kwalunkwe fanali ta' quddiem addizzjonali mwaħħla, jekk dawn ikunu maħsuba biex jipprovdu sinjali bid-dawl li jsir permezz ta' tidwil intermittenti f'intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12) binhar.

6.22.7.2.   It-tidwil għar-raġġ tal-passaġġ:

(a)

Il-kontroll għall-bidla għal raġġ baxx għandu jitfi l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni kollha jew jiddiżattiva l-unitajiet tat-tidwil kollha tal-AFS għar-raġġ ewlieni fl-istess ħin.

(b)

Ir-raġġ baxx jista' jibqa' mixgħul fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin;

(c)

Fil-każ li l-unitajiet tat-tidwil għar-raġġ baxx ikunu mgħammra b'sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass, is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jibqgħu mixgħula waqt it-tħaddim tar-raġġ ewlieni.

6.22.7.3.   Ir-raġġ tal-passaġġ jista' jiġi MIXGĦUL jew MITFI awtomatikament; madankollu, dan isir suġġett għar-rekwiżiti ta' “Konnessjoni elettronika” fil-paragrafu 5.12 ta' dan ir-Regolament.

6.22.7.4.   Tħaddim awtomatiku tal-AFS

Il-bidliet fi ħdan u bejn il-klassijiet ipprovduti u l-modalitajiet tagħhom tal-funzjonijiet tat-tidwil tal-AFS, kif speċifikat hawn taħt, għandhom isiru b'mod awtomatiku u bla ma jiġi kkawżat l-ebda skonfort, la lis-sewwieq u lanqas lill-utenti l-oħra tat-triq.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-attivazzjoni tal-klassijiet u tal-modalitajiet tagħhom tar-raġġ tal-passaġġ u, fejn ikun applikabbli, tar-raġġ ewlieni u/jew tal-adattament tiegħu.

6.22.7.4.1.   Il-modalità(jiet) tal-klassi C tar-raġġ tal-passaġġ għandhom jiġu attivati jekk ma tiġi attivata l-ebda modalità ta' klassi oħra ta' raġġ tal-passaġġ.

6.22.7.4.2.   Il-modalità(jiet) tal-klassi V tar-raġġ tal-passaġġ ma għandhomx jaħdmu ħlief jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta/i awtomatikament (japplika s-sinjal V):

(a)

Toroq f'żoni b'ħafna bini u l-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 60 km/h;

(b)

Toroq mgħammra b'tidwil tat-triq fiss, u l-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 60 km/h;

(c)

Luminanza tas-superfiċe tat-triq ta' 1 cd/m2 u/jew tidwil orizzontali tat-triq kontinwament aktar minn 10 lx;

(d)

Il-veloċità tal-vettura ma tkunaktar minn 50 km/h.

6.22.7.4.3.   Il-modalità(jiet) tal-klassi E tar-raġġ tal-passaġġ ma għandhiex/għandhomx taħdem/jaħdmu ħlief jekk il-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 60 km/h u jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta/i awtomatikament:

(a)

Il-karatteristiċi tat-triq jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet ta' awtostrada (24) u/jew il-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 110 km/h (japplika s-sinjal E);

(b)

Fil-każ ta' modalità tal-klassi E tar-raġġ tal-passaġġ li, skont id-dokumenti ta' approvazzjoni/l-iskeda ta' komunikazzjoni tas-sistema, ikun konformi biss mas-“sett tad-dejta” tat-Tabella 6 tal-Anness 3 tar-Regolament Nru 123.

Is-sett tad-dejta E1: il-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 100 km/h (japplika s-sinjal E1);

Is-sett tad-dejta E2: il-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 90 km/h (japplika s-sinjal E2);

Is-sett tad-dejta E3: il-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 80 km/h (japplika s-sinjal E3).

6.22.7.4.4.   Il-modalità(jiet) tal-klassi W tar-raġġ tal-passaġġ ma għandiex/għandhomx taħdem/jaħdmu ħlief jekk il-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem, jekk ikun hemm, ma jiġux MITFIJA u jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta/i awtomatikament (japplika s-sinjal W):

(a)

Li l-art tkun imxarrba jkun ġie skopert b'mod awtomatiku;

(b)

Jiġi MIXGĦUL il-wajper tal-windshield u l-ħidma kontinwa jew kontrollata awtomatikament tagħha tkun ilha għal perjodu ta' mill-inqas żewġ minuti.

6.22.7.4.5.   Il-modalità ta' raġġ tal-passaġġ tal-klassi C, V, E jew W ma għandiex tiġi modifikata biex issir modalità għal-liwi ta' din il-klassi (japplika s-sinjal T flimkien mas-sinjal ta' din il-klassi tar-raġġ tal-passaġġ skont il-paragrafi 6.22.7.4.1 sa 6.22.7.4.4 ta' hawn fuq) sakemm ma tiġix evalwata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi li ġejjin (jew indikazzjonijiet ekwivalenti):

(a)

L-angolu tal-lokk tal-istering;

(b)

It-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura.

Barra minn hekk, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Il-moviment orizzontali tal-punt ta' waqfien asimettriku lejn il-ġenb mill-assi lonġitudinali tal-vettura, jekk ikun hemm, huwa permess biss meta l-vettura tkun miexja 'l quddiem (25) u għandu jkun tali li l-pjan vertikali lonġitudinali mill-angolu tal-linja tal-punt ta' waqfien ma jgħaddix mil-linja tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura f'distanzi mill-parti ta' quddiem tal-vettura li jkunu akbar minn 100 darba l-għoli tal-immuntar tal-unità tat-tidwil rispettiva;

(ii)

Unità tat-tidwil waħda jew aktar jistgħu jingħataw enerġija addizzjonali biss meta r-raġġ orizzontali tal-kurvatura tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura ikun 500 m jew inqas.

6.22.7.5.   Għandu dejjem ikun possibbli li s-sewwieq jissettja l-AFS għall-istat newtrali u li jirritornaha għall-ħidma awtomatika tagħha.

6.22.8.   Indikatur:

6.22.8.1.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6.1.8 (għall-fanal ta' quddiem b'raġġ ewlieni) u 6.2.8 (għall-fanal ta' quddiem b'raġġ baxx) ta' dan ir-Regolament huma applikabbli għall-partijiet rispettivi ta' AFS.

6.22.8.2.

Indikatur viżwali għall-ħsara huwa obbligatorju. Dan għandu jkun tat-tip li ma jteptepx għandu jiġi attivat kull meta tkun skoperta ħsara fir-rigward tas-sinjali ta' kontroll tal-AFS jew meta jiġi riċevut sinjal ta' ħsara skont il-paragrafu 5.9 tar-Regolament Nru 123. Dan għandu jibqa' attivat sakemm iddum il-ħsara jista' jiġi diżattivat temporanjament, iżda għandu jiġi ripetut kull meta l-apparat li jistartja u jwaqqaf il-magna jiġu mixgħul u mitfi.

6.22.8.3.

Jekk ir-raġġ ewlieni jkun adattiv, għandu jkun hemm indikatur viżwali li jindika lis-sewwieq li l-adattament tar-raġġ ewlieni huwa attivat. Din l-informazzjoni għandha tibqa' tidher sakemm l-adattament jibqa' attivat.

6.22.8.4.

Indikatur biex jindika li s-sewwieq issettja s-sistema fi stat skont il-paragrafu 5.8 tar-Regolament Nru 123 huwa fakultattiv.

6.22.9.   Rekwiżiti oħra

6.22.9.1.   L-installazzjoni ta' AFS għandha tkun permessa biss flimkien mal-installazzjoni ta' apparat(i) għat-tindif tal-fanali ta' quddiem skont ir-Regolament Nru 45 (26) mill-inqas għal dawk l-unitajiet tat-tidwil indikati fil-punt 9.3 tal-iskeda ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 123, jekk il-fluss tal-luminożità oġġettiv totali tas-sorsi tad-dawl ta' dawn l-unitajiet ikun aktar minn 2 000 lm fuq kull naħa, u jekk jikkontribwixxu għar-raġġ tal-passaġġ (bażiku) tal-klassi C.

6.22.9.2.   Verifika tal-konformità mar-rekwiżiti għat-tħaddim awtomatiku tal-AFS

6.22.9.2.1.   Permezz ta' deskrizzjoni konċiża jew b'mezz ieħor aċċettabbli għall-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, l-applikant għandu juri:

(a)

Il-korrispondenza tas-sinjali ta' kontroll tal-AFS

(i)

mad-deskrizzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3.2.6 ta' dan ir-Regolament; u

(ii)

mas-sinjali ta' kontroll tal-AFS rispettivi speċifikati fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-AFS; u

(b)

Il-konformità mar-rekwiżiti tat-tħaddim awtomatiku skont il-paragrafi 6.22.7.4.1 sa 6.22.7.4.5 ta' hawn fuq.

6.22.9.2.2.   Biex jiġi verifikat, jekk, skont il-paragrafu 6.22.7.4, it-tħaddim awtomatiku tal-AFS tal-funzjonijiet tar-raġġ tal-passaġġ jikkawżax xi skonfort, is-servizz tekniku għandu jwettaq dawra ta' test li tinkludi kwalunkwe sitwazzjoni rilevanti għall-kontroll tas-sistema abbażi tad-deskrizzjoni tal-applikant; is-servizz tekniku għandu jiġi nnotifikat jekk il-modalitajiet kollha humiex attivati, humiex qed jaħdmu u diżattivati skont id-deskrizzjoni tal-applikant; ħsara ovvja, jekk ikun hemm, għandha tiġi kkontestata (eż moviment jew ċaqliq angolari eċċessiv).

6.22.9.2.3.   Il-prestazzjoni ġenerali tal-kontroll awtomatiku għandha tintwera mill-applikant permezz ta' dokumentazzjoni jew ta' mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Barra minn hekk, il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta' dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn ta' “kunċett ta' sikurezza” tas-sistema. Dan il-“kunċett tas-sikurezza” huwa deskrizzjoni tal-miżuri disinjati fis-sistema, pereżempju fl-unitajiet elettroniċi, sabiex jindirizzaw l-integrità tas-sistema u b'hekk jiżguraw it-tħaddim sikur anki fil-każ ta' ħsara elettrika jew mekkanika li tista' tikkawża xi skonfort, distrazzjoni jew dija, lis-sewwieq jew lil vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew vetturi misjuqa quddiem il-vettura. Din id-deskrizzjoni tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-funzjonijiet kollha ta' kontroll tas-“sistema” u tal-metodi li jintużaw sabiex jintlaħqu l-għanijiet, inkluża dikjarazzjoni tal-mekkaniżmu/i li permezz tiegħu/tagħhom jiġi eżerċitat il-kontroll.

Għandha tiġi provduta lista tal-varjabbli tal-input u dawk ipperċepiti kollha u għandha tiġi definita l-firxa ta' tħaddim tagħhom il-possibbiltà li l-vettura tkun tista' taqleb lura għall-funzjoni ta' raġġ tal-passaġġ bażiku (klassi C) għandha tkun parti mill-kunċett tas-sikurezza.

Għandhom jiġu spjegati l-funzjonijiet tas-sistema u l-kunċett tas-sikurezza, kif stabbiliti mill-manifattur id-dokumentazzjoni għandha tkun qasira, iżda għandha tipprovdi evidenza li d-disinn u l-iżvilupp kellhom il-benefiċċju tal-kompetenza mill-oqsma kollha tas-sistema li huma involuti.

Għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi, id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-istatus operattiv kurrenti tas-“sistema” jista' jiġi kkontrollat.

Għall-finijiet tal-Approvazzjoni tat-Tip din id-dokumentazzjoni għandha tittieħed bħala r-referenza bażika għall-proċess ta' verifika.

6.22.9.2.4.   Sabiex jivverifika, li l-adattament tar-raġġ ewlieni ma jikkawżawx skonfort, distrazzjoni jew dija, la lis-sewwieq u lanqas lil vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew vetturi misjuqa quddiem il-vettura, is-servizz tekniku għandu jwettaq dawra ta' test skont il-paragrafu 2 tal-Anness 12. Din għandha tinkludi kwalunkwe sitwazzjoni rilevanti għall-kontroll tas-sistema abbażi tad-deskrizzjoni tal-applikant il-prestazzjoni tal-adattament tar-raġġ ewlieni għandha tiġi dokumentata u verifikata mad-deskrizzjoni tal-applikant. Kwalunkwe ħsara ovvja għandha tiġi kontestata (eż moviment jew ċaqliq angolari eċċessiv).

6.22.9.3.   Adattament tar-raġġ ewlieni

6.22.9.3.1.   Is-sistema tas-sensors użata għall-adattament tar-raġġ ewlieni, kif deskritt fil-paragrafu 6.22.7.1.2, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

6.22.9.3.1.1.

Il-limiti tal-erjas minimi li fihom is-sensor huwa kapaċi jindividwa d-dawl mormi minn vetturi oħra definiti fil-paragrafu 6.22.7.1.2 ta' hawn fuq huma mogħtija permezz tal-angoli indikati fil-paragrafu 6.1.9.3.1.1 ta' dan ir-Regolament.

6.22.9.3.1.2.

Is-sensittività tas-sistema tas-sensors għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.9.3.1.2 ta' dan ir-Regolament.

6.22.9.3.1.3.

Ir-raġġ ewlieni adattiv għandu jintefa meta t-tidwil prodott mill-kundizzjonijiet ta' tidwil ambjentali jkun aktar minn 7 000 lx.

Il-konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tintwera mill-applikant, permezz ta' simulazzjoni jew mezzi oħra ta' verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jekk ikun meħtieġ, it-tidwil għandu jitkejjel fuq superfiċe orizzontali, b'sensor ikkoreġut bil-cosine fuq l-istess għoli bħall-pożizzjoni li fiha jkun installat is-sensor fuq il-vettura. Dan jista' jintwera mill-manifattur permezz ta' dokumentazzjoni suffiċjenti jew ta' mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.22.9.4.   L-intensità massima aggregata tal-unitajiet tat-tidwil li jistgħu jingħataw l-enerġija fl-istess ħin sabiex jipprovdu t-tidwil għar-raġġ ewlieni jew il-modalitajiet tiegħu, jekk ikun hemm, ma għandhiex tkun aktar minn 430 000 cd, li jikkorrispondu għal valur ta' referenza ta' 100.

Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddew flimkien il-marki ta' referenza individwali indikati fuq id-diversi unitajiet ta' installazzjoni li jintużaw fl-istess ħin sabiex jipprovdu r-raġġ ewlieni.

6.22.9.5.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8 tar-Regolament Nru 123, il-mezzi li jippermettu li l-vettura tintuża temporanjament f'territorju bid-direzzjoni tas-sewqan opposta għal dik li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni, għandhom jiġu spjegati fid-dettall fil-manwal tas-sid.

6.23.   Sinjal ta' waqfien ta' emerġenza

6.23.1.   Preżenza

Fakultattiva

Is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandu jingħata bit-tħaddim fl-istess ħin tal-fanali tal-waqfien jew tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha mwaħħla, kif deskritt fil-paragrafu 6.23.7.

6.23.2.   Numru

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.2 jew 6.7.2.

6.23.3.   Arranġament

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.3 jew 6.7.3.

6.23.4.   Pożizzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4 jew 6.7.4.

6.23.5.   Viżibilità ġeometrika

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.5 jew 6.7.5.

6.23.6.   Orjentazzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.6 jew 6.7.6.

6.23.7.   Konnessjonijiet elettriċi

6.23.7.1.   Il-fanali kollha tas-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandhom iteptpu b'mod sinkronizzat bi frekwenza ta' 4,0 ± 1,0 Hz.

6.23.7.1.1.   Madankollu, jekk kwalunkwe wieħed mill-fanali tas-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza fuq wara tal-vettura juża sorsi tad-dawl bil-filament, il-frekwenza għandha tkun ta' 4,0 + 0,0/– 1,0 Hz.

6.23.7.2.   Is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandu jaħdem indipendentement mill-fanali l-oħra.

6.23.7.3.   Is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandu jiġi attivat u deattivat awtomatikament.

6.23.7.3.1.   Is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandu jiġi attivat biss meta l-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 50 km/h u meta s-sistema tal-ibbrejkjar tkun qed tipprovdi s-sinjal loġiku tal-ibbrejkjar ta' emerġenza definit fir-Regolamenti Nri 13 u 13-H.

6.23.7.3.2.   Is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għandu jiġi deattivat awtomatikament jekk is-sinjal loġiku tal-ibbrejkjar ta' emerġenza, kif definit fir-Regolamenti Nri 13 u 13-H, ma jkunx ipprovdut aktar jew jekk jiġi attivat is-sinjal ta' twissija ta' periklu.

6.23.8.   Indikatur

Fakultattiv

6.23.9.   Rekwiżiti oħra

6.23.9.1.   Għajr kif provdut fil-paragrafu 6.23.9.2 ta' hawn taħt, jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tirmonka trejler, il-kontroll tas-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza fuq il-vettura motorizzata għandu wkoll ikun kapaċi jħaddem is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza fuq it-trejler.

Meta l-vettura motorizzata ikollha konnessjoni elettrika ma' trejler, il-frekwenza operattiva tas-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza għal din il-kombinazzjoni għandha tkun limitata għall-frekwenza speċifikata fil-paragrafu 6.23.7.1.1 madankollu, jekk il-vettura motorizzata tista' tirrileva li, fuq it-trejler, mhumiex qed jintużaw sorsi tad-dawl bil-filament għas-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza, il-frekwenza tista' tkun dik speċifikata fil-paragrafu 6.23.7.1.

6.23.9.2.   Jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tirmonka trejler mogħni b'sistema tal-ibbrejkjar ta' servizz ta' tip jew kontinwu jew semikontinwu, kif definit fir-Regolament Nru 13, għandu jkun żgurat li tiġi provduta provvista kostanti ta' enerġija permezz tal-konnettur elettriku għall-fanali tal-waqfien ma' trejlers ta' din ix-xorta fil-ħin li jiġi applikat il-brejk ta' servizz.

Is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza fuq kwalunkwe trejler ta' din ix-xorta jista' jaħdem indipendentement mill-vettura tal-irmonk u mhux meħtieġ li jaħdem jew bl-istess frekwenza bħal jew, b'mod sinkronizzat ma' dak tal-vettura tal-irmonk.

6.24.   Fanal tal-korteżija esterjuri

6.24.1.   Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati

6.24.2.   Numru

Madankollu, huma permessi żewġ fanali tal-korteżija esterjuri oħra sabiex idawlu t-tarġiet u/jew il-pumi tal-bibien. Kull pum tal-bieb jew tarġa għandhom ikunu mdawwla b'mhux aktar minn fanal wieħed.

6.24.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali, madankollu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.24.9.3 japplikaw.

6.24.4.   Pożizzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.5.   Viżibilità ġeometrika

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.6.   Orjentazzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.7.   Konnessjonijiet elettriċi

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.8.   Indikatur

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.9.   Rekwiżiti oħra

6.24.9.1.   Il-fanal tal-korteżija esterjuri ma għandux jiġi attivat ħlief jekk il-vettura tkun wieqfa u waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati:

(a)

Il-magna tkun wieqfa; jew

(b)

Bieb tas-sewwieq jew tal-passiġġier ikun miftuħ; jew

(c)

Bieb tal-kompartiment tat-tagħbija jkun miftuħ.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.10 għandhom jiġu ssodisfati fil-pożizzjonijiet fissi tal-użu kollha.

6.24.9.2.   Fanali approvati li jitfgħu dawl abjad bl-eċċezzjoni ta' fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni, fanali tas-sewqan binhar u fanali tar-reverse jistgħu jiġu attivati bħala funzjoni tal-fanal tal-korteżija. Dawn jistgħu jiġu attivati wkoll flimkien mal-fanali tal-korteżija esterjuri u l-kundizzjoni tal-paragrafi 5.11 u 5.12 ta' hawn fuq tista' ma tkunx applikabbli.

6.24.9.3.   Is-servizz tekniku għandu, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, iwettaq testijiet viżwali biex jivverifika li ma jkun hemm l-ebda viżibilità diretta tas-superfiċe apparenti tal-fanali tal-korteżija esterjuri, għal osservatur li jkun miexi fuq il-konfini ta' żona fuq pjan trasvers 10 m mill-parti ta' quddiem tal-vettura, pjan trasvers 10 m mill-parti ta' wara tal-vettura, u żewġ pjani lonġitudinali 10 m minn kull naħa tal-vettura; dawn l-erba' pjani għandhom ikunu jestendu minn 1 m sa 3 m 'l fuq u perpendikolari mal-art kif muri fl-Anness 14.

Fuq talba tal-applikant u bil-kunsens tas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit jista' jiġi verifikat permezz ta' disinn jew ta' simulazzjoni.

6.25.   Sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara

6.25.1.   Preżenza

Fakultattiva

Is-sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara għandu jingħata bit-tħaddim fl-istess ħin tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha, imwaħħla, kif deskritt fil-paragrafu 6.25.7.

6.25.2.   Numru

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.2.

6.25.3.   Arranġament

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.3.

6.25.4.   Pożizzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.

6.25.5.   Viżibilità ġeometrika

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.5.

6.25.6.   Orjentazzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.6.

6.25.7.   Konnessjonijiet elettriċi L-applikant għandu juri l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti permezz ta' simulazzjoni jew mezzi oħra ta' verifika aċċettati mis-Servizz Tekniku responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip.

6.25.7.1.   Il-fanali kollha tas-sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara għandhom iteptpu b'mod sinkronizzat bi frekwenza ta' 4,0 +/– 1,0 Hz.

6.25.7.1.1.   Madankollu, jekk kwalunkwe wieħed mill-fanali tas-sinjal ta' twissija ta' ħabta fuq wara fuq in-naħa ta' wara tal-vettura jkun juża sorsi tad-dawl bil-filament, il-frekwenza għandha tkun ta' 4,0 + 0,0/– 1,0 Hz.

6.25.7.2.   Is-sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara għandu jaħdem indipendentement mill-fanali l-oħra.

6.25.7.3.   Is-sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara għandu jkun attivat u deattivat b'mod awtomatiku.

6.25.7.4.   Is-sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara ma għandux jiġi attivat jekk il-fanali li jindikaw id-direzzjoni, is-sinjal tat-twissija ta' periklu jew is-sinjal ta' waqfien ta' emerġenza jkunu attivati.

6.25.7.5.   Is-sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara jista' jiġi attivat biss fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Vr

attivazzjoni

Vr > 30 km/h

TTC ≤ 1,4

Vr ≤ 30 km/h

TTC ≤ 1,4 / 30 × Vr

“Vr (Veloċità Relattiva)” tfisser id-differenza fil-veloċità bejn vettura b'sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara u vettura li tkun qiegħda warajha fl-istess karreġġjata.

“TTC (Ħin qabel il-ħabta)” tfisser il-ħin stmat qabel jaħbtu vettura b'sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara u vettura li tkun warajha jekk wieħed jassumi li l-veloċità fil-waqt tal-istima tibqa' kostanti.

6.25.7.6.   Il-perjodu tal-attivazzjoni tas-sinjal ta' twissija ta' periklu ta' ħabta fuq wara ma għandux ikun iktar minn 3 sekondi.

6.25.8.   Indikatur

Fakultattiv

6.26.   Fanali tal-immanuvrar (Regolament Nru 23)

6.26.1.   Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati.

6.26.2.   Numru

Wieħed jew tnejn (wieħed fuq kull naħa)

6.26.3.   Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali, madankollu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.26.9 japplikaw.

6.26.4.   Pożizzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.26.5.   Viżibilità ġeometrika

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.26.6.   Orjentazzjoni

'L isfel, madankollu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.26.9 japplikaw.

6.26.7.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali tal-immanuvrar għandhom ikunu konnessi b'tali mod li ma jistgħux jiġux attivati ħlief meta fl-istess ħin jiġu MIXGĦULA l-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni jew il-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx.

Il-fanal(i) tal-immanuvrar għandhom jiġu attivati awtomatikament għal manuvri bil-mod sa 10 km/h bil-kundizzjoni li tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Qabel ma l-vettura tinstaq għall-ewwel darba wara kull attivazzjoni manwali tas-sistema tal-propulsjoni; jew

(b)

Il-ger tar-reverse ikun ingaġġjat; jew

(c)

Tkun attivata sistema abbażi ta' kamera li tgħin fl-immanuvrar tal-parking

il-fanali tal-immanuvrar għandhom jintfew awtomatikament jekk il-veloċità l quddiem tal-vettura tkun aktar minn 10 km/h u għandhom jibqgħu mitfija sakemm jerġgħu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni.

6.26.8.   Indikatur

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.26.9.   Rekwiżiti oħra

6.26.9.1.   Is-Servizz Tekniku għandu, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, iwettaq testijiet viżwali biex jivverifika li ma jkun hemm l-ebda viżibilità diretta tas-superfiċe apparenti ta' dawn il-fanali, għal osservatur li jkun miexi fuq il-konfini ta' żona fuq pjan trasvers 10 m mill-parti ta' quddiem tal-vettura, pjan trasvers 10 m mill-parti ta' wara tal-vettura, u żewġ pjani lonġitudinali 10 m minn kull naħa tal-vettura; dawn l-erba' pjani għandhom ikunu jestendu minn 1 m sa 3 m 'l fuq u parraleli mal-art kif muri fl-Anness 14.

6.26.9.2.   Fuq talba tal-applikant u bil-kunsens tas-Servizz Tekniku, ir-rekwiżit tal-paragrafu 6.26.9.1.jista' jiġi verifikat permezz ta' disinn jew ta' simulazzjoni jew jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni ikunu konformi mal-paragrafu 6.2.3 tar-Regolament Nru 23, kif identifikati fid-dokument ta' komunikazzjoni fl-Anness 1, paragrafu 9.

7.   MODIFIKI GĦAL U ESTENSJONIJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA JEW TAL-INSTALLAZZJONI TAL-APPARATI GĦAT-TIDWIL U GĦAS-SINJALAR BID-DAWL TAGĦHA

7.1.   Kull modifika tat-tip ta' vettura jew tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tagħha, jew tal-lista msemmija fil-paragrafu 3.2.2 ta' hawn fuq, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat dak it-tip ta' vettura. L-Awtorità mbagħad tista':

7.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom affett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha tissodisfa r-rekwiżiti; jew

7.1.2.

Tirrikjedi li jsir rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Konferma tal-estensjoni jew rifjut ta' approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-bidla, għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kwalunkwe vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b'tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 ta' hawn fuq.

8.2.

Il-detentur tal-approvazzjoni għandu b'mod partikolari:

8.2.1.

Jiżgura ruħu mill-eżistenza ta' proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vettura rigward l-aspetti kollha rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 ta' hawn fuq;

8.2.2.

Jiżgura ruħu li għal kull tip ta' vettura jitwettqu mill-inqas it-testijiet provduti fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament jew il-kontrolli fiżiċi li minnhom tista' tkun derivata dejta ekwivalenti;

8.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' twettaq kwalunkwe test preskritt f'dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni magħżula b'mod aleatorju mingħajr ma jinterfieru l-impenji ta' konsenja tal-manifattur.

8.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tagħmel ħilitha biex twttaq spezzjoni darba kull sena madanakollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-Awtorità Approvazzjoni tat-Tip u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni fil-każ li jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tiżgura ruħha li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-konformità tal-produzzjoni terġa' tiġi stabbilita mill-ġdid mill-aktar fis possibbli.

9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti jew jekk vettura li jkollha fuqha l-marka tal-approvazzjoni ma tkunx konformi mat-tip approvat.

9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità li tat l-approvazzjoni malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formuli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħrajn.

12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

12.1   Ġenerali

12.1.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi l-aktar reċenti, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi l-aktar reċenti.

12.1.2.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi l-aktar reċenti, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali għal tip ta' vettura approvata skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi l-aktar reċenti.

12.1.3.   Matul il-perjodu taż-żmien mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi l-aktar reċenti sal-applikazzjoni obbligatorja għall-approvazzjonijiet tat-tip ġodda, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta' vetturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi preċedenti applikabbli kollha.

12.1.4.   L-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni obbligatorja tas-serje ta' emendi l-aktar reċenti għandhom jibqgħu validi indefinittivament u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jirrikonoxxuhom u ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet għalihom (għajr kif indikat fil-paragrafu 12.1.6 ta' hawn taħt).

12.1.5.   Meta t-tip ta' vettura approvat skont kwalunkwe waħda mis-serje ta' emendi preċedenti jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi l-aktar reċenti, il-Parti Kontraenti li tat l-approvazzjoni għandha tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament.

12.1.6.   Minkejja l-paragrafu 12.1.4 ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi l-aktar reċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont xi waħda mis-serje ta' emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.

12.1.7.   Sakemm is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jiġi nnotifikat mod ieħor, il-Ġappun jiddikjara li, fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, il-Ġappun se jkun marbut mill-obbligi tal-Ftehim li miegħu huwa anness dan ir-Regolament fir-rigward tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 biss.

12.2.   Dispożizzjonijiet tranżitorji applikabbli għas-serje ta' emendi 03.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

(a)

Mill-10 ta' Ottubru 2007 (12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03;

(b)

Sad-9 ta' Ottubru 2009 (36-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ) ma għandhomx jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta' tip ta' vettura approvat skont kwalunkwe serje ta' emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.

(c)

Mill-10 ta' Ottubru 2009 (36-il xahar wara d-dħul fis-seħħ) jistgħu jirrifjutaw l-ewwel dħul fis-servizz nazzjonali jew reġjonali ta' vetturi tal-kategoriji N2 (b'massa massima ta' aktar minn 7,5 tunnellati), N3, O3 u O4 b'wisa' ta' aktar minn 2 100 mm (għal immarkar ta' wara) u b'tul ta' aktar minn 6 000 mm (għal immarkar tal-ġnub), ħlief tratturi għal semitrejlers u vetturi mhux kompluti, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-serje ta' emendi 03 għal dan ir-Regolament.

(d)

Minkejja l-paragrafu 12.1.4, mill-10 ta' Ottubru 2011 (60-il xahar wara d-dħul fis-seħħ) ma għandhomx jirrikonoxxu aktar l-approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament li jingħataw lil tipi ta' vetturi tal-kategoriji N2 (b'massa massima ta' aktar minn 7,5 tunnellati), N3, O3 u O4 b'wisa' ta' aktar minn 2 100 mm (għal immarkar ta' wara) u b'tul ta' aktar minn 6 000 mm (għal immarkar tal-ġnub), ħlief tratturi għal semitrejlers u vetturi mhux kompluti, skont kwalunkwe serje ta' emendi preċedenti, li ma tibqax valida.

(e)

Mit-12 ta' Ġunju 2010 (36 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 għas-serje ta' emendi 03), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 għas-serje ta' emendi 03.

(f)

Sal-11 ta' Jannar 2010 (18-il xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje ta' emendi 03) għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal tipi ta' vetturi ġodda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar l-orjentazzjoni vertikali ta' fanali għaċ-ċpar ta' quddiem (paragrafu 6.3.6.1.1) u/jew dwar l-indikatur ta' funzjonament tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni (paragrafu 6.5.8) u/jew it-tifi tal-fanali tas-sewqan binhar (paragrafu 6.19.7.3).

(g)

Sal-10 ta' Ottubru 2011 (60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ) għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal tipi ġodda ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar it-tul kumulattiv tal-immarkar kospikwu (paragrafu 6.21.4.1.3) (27).

12.3.   Dispożizzjonijiet tranżitorji applikabbli għas-serje ta' emendi 04.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

(a)

Mis-7 ta' Frar 2011 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, u mis-7 ta' Awwissu 2012 għall-vetturi ta' kategoriji oħra (30 u 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ, rispettivament), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 04.

(b)

Wara t-22 ta' Lulju 2009 (id-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 04) għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet lil tipi ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.1. kif emendat mis-Suppliment 2 tas-serje ta' emendi 04 jekk dawn ikunu mgħammra b'fanali ta' quddiem approvati skont ir-Regolament Nru 98 (qabel is-Suppliment 9) jew ir-Regolament Nru 112 (qabel is-Suppliment 8).

(c)

Mill-24 ta' Ottubru 2012 (36 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 għas-serje ta' emendi 04), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti dwar il-limitazzjoni tal-vultaġġ tal-paragrafi 3.2.7 u 5.27 sa 5.27.4 ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 għas-serje ta' emendi 04.

(d)

Sas-7 ta' Frar 2011 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u sas-7 ta' Awwissu 2012 għall-vetturi ta' kategoriji oħra (30 u 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje ta' emendi 04, rispettivament) għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal tipi ġodda ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar it-TIFI ta' fanali tas-sewqan binhar inkorporati reċiprokament mal-fanali li jindikaw id-direzzjoni ta' quddiem (paragrafu 6.19.7.6).

12.3.1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżitorji ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom tar-Regolament Nru 112 tiġi fis-seħħ wara s-7 ta' Awwissu 2008 (id-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04 għal dan ir-Regolament) mhumiex obbligati li jaċċettaw approvazzjonijiet jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.1.2 u 6.2.2 ta' dan ir-Regolament kif emendati bis-serje ta' emendi 04 għal dan ir-Regolament fir-rigward tar-Regolament Nru 112.

12.4.   Dispożizzjonijiet tranżitorji applikabbli għas-serje ta' emendi 05.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

(a)

Mit-30 ta' Jannar 2015 (48-il xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 05;

(b)

Sat-30 ta' Lulju 2016 għat-tipi ta' vetturi ġodda tal-kategoriji M1 u N1, u sat-30 ta' Jannar 2018 għat-tipi ta' vetturi ġodda ta' kategoriji oħra (66 u 84 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ, rispettivament), għandhom jagħtu approvazzjonijiet jekk it-tip ta' vettura ġdid li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' wieħed jew aktar mill-paragrafi 6.2.7.6.2 jew 6.2.7.6.3 sa 6.2.7.6.3.3 minflok dawk tal-paragrafu 6.2.7.6.1 ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 05.

12.5.   Dispożizzjonijiet tranżitorji applikabbli għas-serje ta' emendi 06.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

Mit-18 ta' Novembru 2017 (60-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 06;


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Fil-każ tal-apparati għat-tidwil għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara u l-indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 5 u 6, għandu jintuża “superfiċe li jitfa' d-dawl”.

(3)  Fl-Anness 3, il-Parti 7, wieħed jista' jsib eżempji biex jiddeċiedi dwar l-inkorporazzjoni reċiproka tal-fanali.

(4)  Pubblikazzjoni tas-CIE 15.2, 1986, Colorimetry, the CIE 1931 standard colorimetric observer.

(5)  Pubblikazzjoni tas-CIE 15.2, 1986, Colorimetry, the CIE 1931 standard colorimetric observer.

(6)  Pubblikazzjoni tas-CIE 15.2, 1986, Colorimetry, the CIE 1931 standard colorimetric observer.

(7)  Pubblikazzjoni tas-CIE 15.2, 1986, Colorimetry, the CIE 1931 standard colorimetric observer.

(8)  Pubblikazzjoni tas-CIE 15.2, 1986, Colorimetry, the CIE 1931 standard colorimetric observer.

(9)  Pubblikazzjoni tas-CIE 15.2, 1986, Colorimetry, the CIE 1931 standard colorimetric observer.

(10)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb'oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(11)  Dan ma japplikax għal aċċessorji speċjali li jistgħu jiġu miżjuda fuq in-naħa esterjuri tal-fanal ta' quddiem.

(12)  Il-kejl tal-koordinati tal-kromatiċità tad-dawl li jitfgħu l-fanali mhuwiex parti minn dan ir-Regolament.

(13)  Magħruf ukoll bħala retroriflettur abjad jew bla kulur.

(14)  Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jipprekludi lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament milli jippermettu l-użu ta' mmarkar kospikwu abjad fuq wara tal-vettura fit-territorji tagħhom.

(15)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(16)  Il-Partijiet Kontraenti għar-regolament rispettivi xorta jistgħu jipprojbixxu l-użu ta' sistemi ta' tindif mekkaniċi meta jiġu installati fanali ta' quddiem b'lentijiet tal-plastik, immarkati “PL”.

(17)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(18)  It-tipi ta' vetturi ġodda li ma jkunux konformi ma' din id-dispożizzjoni jistgħu jkomplu jiġu approvati sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje ta' emendi 03.

(19)  It-tipi ta' vetturi ġodda li ma jkunux konformi ma' din id-dispożizzjoni jistgħu jkomplu jiġu approvati sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje ta' emendi 03.

(20)  It-tipi ta' vetturi ġodda li ma jkunux konformi ma' din id-dispożizzjoni jistgħu jkomplu jiġu approvati sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje ta' emendi 03.

(21)  Il-Partijiet Kontraenti li ma japplikawx ir-Regolament Nru 87 jistgħu jipprojbixxu l-preżenza tad-DRL (kif speċifikat fil-paragrafu 5.22.) abbażi tar-regolamenti nazzjonali

(22)  It-tipi ta' vetturi ġodda li ma jkunux konformi ma' din id-dispożizzjoni jistgħu jkomplu jiġu approvati sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje ta' emendi 03.

(23)  Fil-każ ta' “żewġ unitajiet tat-tidwil imqiegħda b'mod simmetriku” addizzjonali, id-distanza orizzonttali tista' tkun 200 mm (C fil-figura).

(24)  Id-direzzjonijiet tat-traffiku ikunu separati minn xogħol ta' kostruzzjoni fit-triq, jew, minn distanza laterali korrispondenti tat-traffiku mid-direzzjoni opposta. Dan jimplika tnaqqis ta' dija eċċessiva mill-fanali ta' quddiem tal-vetturi tat-traffiku mid-direzzjoni opposta.

(25)  Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għat-tidwil b'raġġ tal-passaġġ meta jiġi prodott tidwil għal-liwi għal dawra fuq lemin fi traffiku fuq il-lemin (dawra fuq ix-xellug għal traffiku fuq ix-xellug).

(26)  Il-Partijiet Kontraenti għar-Regolamenti rispettivi xorta jistgħu jipprojbixxu l-użu ta' sistemi ta' tindif mekkaniċi meta jiġu installati fanali ta' quddiem b'lentijiet tal-plastik, immarkati “PL”.

(27)  Nota mis-segretarjat: għall-paragrafu 6.21.4.1.3, jekk jogħġbok irreferi għat-test tas-serje ta' emendi 03 kif jinsab fid-dokument E/ECE/324/Rev.1/Add.47/Rev.6 — E/ECE/TRANS/505/Rev.1/Add.47/Rev.6


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ta' vettura konċernat, fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament Nru 48, kif emendat mis-serje ta' emendi 06 in-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 48 kif emendat mis-serje ta' emendi 06.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla fuq vettura, turi li t-tip ta' vettura konċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 48 kif emendat mis-serje ta' emendi 06 u r-Regolament Nru 33 (1) in-numru tal-approvazzjoni jindika li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 48 kien emendat mis-serje ta' emendi 06 u r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

EŻEMPJI TA' SUPERFIĊJI, ASSI U ĊENTRI TA' REFERENZA TAL-FANALI, U TA' ANGOLI TAL-VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

Dawn l-eżempji juru xi arranġamenti biex jgħinu biex jinftiehmu d-dispożizzjonijiet u mhumiex intiżi li jirrestrinġu d-disinn.

KODIĊI għall-eżempji kollha f'dan l-anness:

1.

Superfiċe li jdawwal

2.

Assi ta' referenza

3.

Ċentru ta' referenza

4.

Angolu ta' viżibilità ġeometrika

5.

Superfiċe li jitfa' d-dawl

6.

Superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jdawwal

7a.

Superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jitfa' d-dawl skont il-paragrafu 2.8(a) (bil-lenti ta' barra)

7b.

Superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jitfa' d-dawl skont il-paragrafu 2.8(b) (mingħajr lenti ta' barra)

8.

Direzzjoni tal-viżibilità

IO

Parti ottika ta' ġewwa

LG

Gwida tad-dawl

L

Lenti ta' barra

R

Riflettur

S

Sors tad-dawl

X

Mhix parti minn din il-funzjoni

F1

Funzjoni numru wieħed

F2

Funzjoni numru tnejn

PARTI 1

Superfiċe li jitfa' d-dawl ta' apparat għas-sinjalar bid-dawl li mhux retroriflettur

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 2

Superfiċe li jdawwal ta' apparat għas-sinjalar bid-dawl li mhux retroriflettur

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 3

Eżempji ta' superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jdawwal f'direzzjonijiet differenti ta' viżibilità ġeometrika

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 4

Eżempji ta' superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jitfa' d-dawl f'direzzjonijiet differenti ta' viżibilità ġeometrika

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 5

Eżempju ta' superfiċe li jdawwal imqabbel ma' superfiċe li jitfa' d-dawl fil-każ ta' “fanal b'funzjoni waħda” (ara l-paragrafi 2.8 sa 2.9 ta' dan ir-Regolament)

Eżempji ta' sors tad-dawl riflettur ottiku wara lenti ta' barra:

Eżempju 1

Eżempju 2

Image

Image

(Inkluż il-lenti ta' barra)

(Eskluż il-lenti ta' barra mhux textured)

Eżempji ta' sors tad-dawl b'riflettur ottiku b'lenti ta' ġewwa wara lenti ta' barra:

Eżempju 3

Eżempju 4

Image

Image

(Inkluż il-lenti ta' barra)

(Eskluż il-lenti ta' barra mhux textured)

Eżempji ta' sors tad-dawl b'riflettur ottiku b'lenti ta' ġewwa parzjali wara lenti ta' barra:

Eżempju 5

Eżempju 6

Image

Image

(Inkluż il-lenti ta' barra)

(Eskluż il-lenti ta' barra mhux textured)

Eżempju ta' sistema ottika bi gwida tad-dawl wara lenti ta' barra:

Eżempju 7

Image

Test ta 'immaġni

Eżempji ta' sistema ottika bi gwida tad-dawl jew riflettur ottiku wara lenti ta' barra:

Eżempju 8

Image

Test ta 'immaġni

Eżempji ta' sors tad-dawl b'riflettur ottiku f'kombinazzjoni ma' żona li mhijiex parti minn din il-funzjoni, wara lenti ta' barra:

Eżempju 9

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 6

Eżempji li juru kif jiġi ddeterminat is-superfiċe li jitfa' d-dawl imqabbel ma' superfiċe li jdawwal (Ara l-paragrafi 2.8 u 2.9 ta' dan ir-Regolament)

Nota: Id-dawl rifless jista' jikkontribwixxi għad-determinazzjoni tas-superfiċe li jitfa' d-dawl

Eżempju A

Image

Test ta 'immaġni

 

Superfiċe li jdawwal

Superfiċe li jitfa' d-dawl iddikjarat skont 2.8(a)

It-truf huma

a u b

c u d

Eżempju B

Image

Test ta 'immaġni

 

Superfiċe li jdawwal

Superfiċe li jitfa' d-dawl iddikjarat skont 2.8(a)

It-truf huma

a u b

c u d

Eżempju C

Eżempju ta' kif jiġi ddeterminat is-superfiċe li jdawwal f'kombinazzjoni ma' żona li mhijiex parti mill-funzjoni:

Image

Test ta 'immaġni

 

Superfiċe li jdawwal

It-truf huma

a u b

Eżempju D

Eżempju ta' kif jiġi ddeterminat superfiċe li jitfa' d-dawl skont 2.8(a) f'kombinazzjoni ma' żona li mhijiex parti mill-funzjoni:

Image

Test ta 'immaġni

 

Superfiċe li jitfa' d-dawl iddikjarat skont 2.8(a)

It-truf huma

c-d u e-f

Eżempju E

Eżempju ta' kif jiġi ddikjarat is-superfiċe apparenti f'kombinazzjoni ma' żona li mhijiex parti mill-funzjoni u lenti ta' barra mhux textured (skont 2.8. b)):

Image

Test ta 'immaġni

 

Superfiċe li jitfa' d-dawl iddikjarat skont 2.8. b) pereżempju

It-truf huma

c'-d' u e'-f'

PARTI 7

Eżempji biex tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar l-inkorporazzjoni reċiproka ta' żewġ funzjonijiet

Fil-każ ta' lenti ta' barra textured b'ħajt diviżur:

Image

Test ta 'immaġni

Fil-każ b'lenti ta' barra textured:

Image

Test ta 'immaġni

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra mhux textured tkun eskluża:

Image

Test ta 'immaġni

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra mhux textured tkun eskluża:

Image

Test ta 'immaġni

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra (textured jew le) tkun inkluża:

Image

Test ta 'immaġni

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra (textured jew le) tkun inkluża:

Image

Test ta 'immaġni

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra mhux textured tkun eskluża, “7b” ikun is-superfiċe apparenti skont il-paragrafu 2.8 u F1 ma għandux ikun trasparenti għal F2:

Image

Test ta 'immaġni

Fil-każ fejn il-lenti ta' barra mhux textured tkun eskluża jew mhux eskluża:

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

IL-VIŻIBILITÀ TA' FANAL AĦMAR FUQ QUDDIEM U L-VIŻIBILITÀ TA' FANAL ABJAD FUQ WARA

(Ara l-paragrafi 5.10.1 u 5.10.2 ta' dan ir-Regolament)

Figura 1

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 5

L-ISTATI TAT-TAGĦBIJA LI GĦANDHOM JITQIESU BIEX JIĠU DDETERMINATI L-VARJAZZJONIJIET FL-ORJENTAZZJONI VERTIKALI TAL-FANALI TA' QUDDIEM B'RAĠĠ BAXX

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija fuq il-fusien imsemmija fil-paragrafi 6.2.6.1 u 6.2.6.3.1.

1.   Għat-testijiet li ġejjin, il-massa tal-passiġġiera għandha tkun ikkalkulata abbażi ta' 75 kg għal kull persuna.

2.   Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija għat-tipi differenti ta' vetturi:

2.1.

Vetturi fil-kategorija M1  (1):

2.1.1.

L-angolu tar-raġġ tad-dawl tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx għandu jiġi ddeterminat skont il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li ġejjin:

2.1.1.1.

Persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.1.1.2.

Is-sewwieq, flimkien ma' passiġġier wieħed fis-sit ta' quddiem l-aktar 'il bogħod mis-sewwieq;

2.1.1.3.

Is-sewwieq, passiġġier wieħed fis-sit ta' quddiem l-aktar 'il bogħod mis-sewwieq, bis-sits kollha l-aktar 'il bogħod fuq wara okkupati;

2.1.1.4.

Is-sits kollha okkupati;

2.1.1.5.

Is-sits kollha okkupati, flimkien ma' tagħbija mqassma b'mod uniformi fil-bagoll tal-bagalji, sabiex tinkiseb it-tagħbija permissibbli fuq il-fus ta' wara jew fuq il-fus ta' quddiem jekk il-bagoll ikun fuq quddiem. Jekk il-vettura jkollha bagoll fuq quddiem u ieħor fuq wara, it-tagħbija addizzjonali trid tkun imqassma b'mod xieraq sabiex jinkisbu t-tagħbiji permissibbli fuq il-fusien madanakollu, jekk il-massa mgħobbija massima permissibbli tinkiseb qabel it-tagħbija permissibbli fuq wieħed mill-fusien, it-tagħbija tal-bagoll(i) għandha tkun limitata għall-valur li jippermetti li tintlaħaq dik il-massa;

2.1.1.6.

Is-sewwieq, flimkien ma' tagħbija mqassma b'mod uniformi fil-bagoll, sabiex tinkiseb it-tagħbija permissibbli fuq il-fus korrispondenti.

Madanakollu, jekk il-massa mgħobbija massima permissibbli tinkiseb qabel it-tagħbija permissibbli fuq il-fus, it-tagħbija tal-bagoll(i) għandha tkun limitata għall-valur li jippermetti li tintlaħaq dik il-massa.

2.1.2.

Biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tat-tagħbija ta' hawn fuq, għandha titqies kull restrizzjoni tat-tagħbija stabbilita mill-manifattur.

2.2.

Vetturi fil-kategoriji M2 u M3  (1);

L-angolu tar-raġġ tad-dawl mill-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx għandu jiġi ddeterminat fil-kundizzjonjiet tat-tagħbija li ġejjin:

2.2.1.

Vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.2.2.

Vetturi mgħobbija b'tali mod li kull fus iġorr it-tagħbija massima teknikament permissibbli tiegħu jew sakemm tintlaħaq il-massa massima permissibbli tal-vettura billi l-fusien ta' quddiem u ta' wara jiġu mgħobbija b'mod proprozjonat għat-tagħbiji massimi teknikament permissibbli tagħhom, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

2.3.

Vetturi fil-kategorija N b'superfiċji ta' tagħbija:

2.3.1.

L-angolu tar-raġġ tad-dawl mill-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx għandu jiġi ddeterminat fil-kundizzjonjiet tat-tagħbija li ġejjin;

2.3.1.1.

Vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.3.1.2.

Sewwieq, flimkien ma' tagħbija mqassma b'tali mod sabiex ikun hemm it-tagħbija massima teknikament permissibbli fuq il-fus jew fuq il-fusien ta' wara, jew il-massa massima permissibbli tal-vettura, liema minnhom isseħħ l-ewwel, mingħajr ma tinqabeż it-tagħbija tal-fus ta' quddiem ikkalkulata bħala s-somma tat-tagħbija tal-fus ta' quddiem tal-vettura mhux mgħobbija flimkien ma' 25 fil-mija tal-piż tal-passiġġiera u tal-bagalji (iżda mhux tal-fjuwil) massimu permissibbli fuq il-fus ta' quddiem. Bil-maqlub, il-fus ta' quddiem jitqies b'dan il-mod meta l-pjattaforma tat-tagħbija tkun fuq quddiem.

2.4.

Vetturi fil-kategorija N mingħajr superfiċe ta' tagħbija:

2.4.1.

Vetturi li jiġbdu għas-semitrejlers:

2.4.1.1.

Vettura mhux mgħobbija mingħajr tagħbija fuq l-agganċ u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.4.1.2.

Persuna waħda fis-sit tas-sewwieq: it-tagħbija teknikament permissibbli fuq l-agganċ fil-pożizzjoni tal-agganċ li tikkorrispondi għall-ogħla tagħbija fuq il-fus ta' wara.

2.4.2.

Vetturi li jiġbdu għat-trejlers:

2.4.2.1.

Vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.4.2.2.

Persuna waħda fis-sit tas-sewwieq, bil-postijiet l-oħra kollha fil-kabina tas-sewqan ikunu okkupati.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 6

IL-KEJL TAL-VARJAZZJONI TAL-INKLINAZZJONI TAR-RAĠĠ BAXX BĦALA FUNZJONI TAT-TAGĦBIJA

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan l-anness jispeċifika metodu għall-kejl tal-varjazzjonijiet fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tal-vetturi motorizzati, fir-rigward tal-inklinazzjoni inizjali tiegħu, ikkawżati minn bidliet fl-attitudni tal-vettura minħabba t-tagħbija.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Inklinazzjoni inizjali

2.1.1.   Inklinazzjoni inizjali ddikjarata

Il-valur tal-inklinazzjoni inizjali tar-raġġ baxx speċifikat mill-manifattur tal-vettura motorizzata li jservi bħala valur ta' referenza għall-kalkolu tal-varjazzjonijiet permissibbli.

2.1.2.   Inklinazzjoni inizjali mkejla

Il-valur medju tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx jew tal-inklinazzjoni tal-vettura mkejla bil-vettura fil-kundizzjoni Nru 1, kif definit fl-Anness 5, għall-kategorija tal-vettura li qed tiġi ttestjata. Dan il-valur iservi bħala valur ta' referenza għall-valutazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-inklinazzjoni tar-raġġ hekk kif tvarja t-tagħbija.

2.2.   Inklinazzjoni tar-raġġ baxx

Tista' tkun iddefinita kif ġej:

 

Jew bħala l-angolu, espress f'milliradians, bejn id-direzzjoni tar-raġġ lejn punt karatteristiku fuq il-parti orizzontali tal-punt ta' waqfien fid-distribuzzjoni tal-luminożità tal-fanal ta' quddiem u l-pjan orizzontali,

 

Jew mit-tanġent ta' dak l-angolu, espress f'perċentwal ta' inklinazzjoni, ladaraba l-angolu huma żgħar (għal dawn l-angoli ż-żgħar, 1 fil-mija huwa ekwivalenti għal 10 mrad).

Jekk l-inklinazzjoni tiġi espressa f'perċentwal ta' inklinazzjoni, din tista' tkun ikkalkulata permezz tal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

h1

hija l-għoli 'l fuq mill-art, f'millimetri, tal-punt karatteristiku msemmi hawn fuq, imkejjel fuq skrin vertikali perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, imqiegħed f'distanza orizzontali L.

h2

hija l-għoli 'l fuq mill-art, f'millimetri, taċ-ċentru ta' referenza (li jitqies bħala l-oriġini nominali tal-punt karatteristiku magħżul f'h1):

L

hija d-distanza, f'millimetri, mill-iskrin saċ-ċentru ta' referenza.

Il-valuri negattivi juru inklinazzjoni 'l isfel (ara l-Figura 1).

Il-valuri pożittivi juru inklinazzjoni 'l fuq.

Figura 1

L-inklinazzjoni 'l isfel tar-raġġ baxx ta' vettura tal-kategorija M1

Image

Noti:

1.

Dan id-disinn jirrappreżenta vettura tal-kategorija M1, iżda l-prinċipju muri japplika b'mod ugwali għal vetturi ta' kategoriji oħra.

2.

Meta il-vettura ma tinkorporax sistema ta' livellar tal-fanali ta' quddiem, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tkun identika għall-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tal-vettura nfisha.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

3.1.   Jekk tintuża spezzjoni viżwali tad-disinn tar-raġġ baxx fuq l-iskrin jew jintuża metodu fotometriku, il-kejl għandu jsir f'ambjent mudlam (pereżempju, kamra mudlama) ta' erja suffiċjenti biex il-vettura u l-iskrin ikunu jistgħu jitqiegħdu kif muri fil-Figura 1. Iċ-ċentri ta' referenza tal-fanali ta' quddiem għandhom ikunu f'distanza mill-iskrin ta' mill-inqas 10 m.

3.2.   L-art li fuqha jsir il-kejl għandha tkun kemm jista' jkun ċatta u orizzontali, sabiex ir-riproduċibilità tal-kejl tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tkun żgurata bi preċiżjoni ta' ± 0,5 mrad (inklinazzjoni ta' ± 0,05 fil-mija).

3.3.   Jekk jintuża skrin, l-immarkar, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tiegħu fir-rigward tal-art u tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, għandhom ikunu tali li r-riproduċibilità tal-kejl tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tista' tiġi żgurata bi preċiżjoni ta' ± 0,5 mrad (inklinazzjoni ta' ± 0,05 fil-mija).

3.4.   Waqt il-kejl, it-temperatura ambjentali għandha tkun ta' bejn 10 u 30 °C.

4.   PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

4.1.   Il-kejl għandu jsir fuq vettura li vvjaġġat distanza ta' bejn 1 000 km u 10 000 km, preferibbilment 5 000 km.

4.2.   It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni ta' tagħbija sħiħa speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Il-vettura għandha timtela għalkollox mill-ġdid (fjuwil, ilma, żejt) u tkun mgħammra bl-aċċessorji u bl-għodod kollha speċifikati mill-manifattur. Il-mili għal kollox mill-ġdid bil-fjuwil ifisser li t-tank tal-fjuwil għandu jiġi mimli sa mhux inqas minn 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu.

4.3.   Il-vettura għandu jkollha l-brejk tal-parking mhux ingaġġjat u l-gearbox fuq gear newtrali.

4.4.   Il-vettura għandha tiġi kkundizzjonata għal mill-inqas 8 sigħat fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu 3.4 ta hawn fuq.

4.5.   Jekk jintuża metodu fotometriku jew viżwali, fuq il-vettura li qed tiġi ttestjata preferibbilment għandhom jiġu installati fanali ta' quddiem b'punt ta' waqfien tar-raġġ baxx definit sew, sabiex jiġi ffaċilitat il-kejl. Biex jinkiseb qari aktar preċiż huwa permess li jintużaw mezzi oħra (pereżempju, it-tneħħija tal-lenti tal-fanal ta' quddiem).

5.   PROĊEDURA TAT-TEST

5.1.   Ġenerali

Il-varjazzjonijiet jew f'inklinazzjoni tar-raġġ baxx jew fl-inklinazzjoni tal-vettura, jiddependi mill-metodu magħżul, għandhom jitkejlu separatament għal kull ġenb tal-vettura. Ir-riżultati miksuba kemm mill-fanali ta' quddiem tal-lemin u kemm minn dawk tax-xellug fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha speċifikati fl-Anness 5, għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 5.5 ta' hawn taħt. It-tagħbija għandha tiġi applikata gradwalment mingħajr ma l-vettura tiġi soġġetta għal xokkijiet eċċessivi.

5.1.1.   Fil-każijiet fejn tiġi installata AFS, il-kejl għandu jsir meta l-AFS tkun fl-istat newtrali tagħha.

5.2.   Determinazzjoni tal-inklinazzjoni inizjali mkejla

Il-vettura għandha tiġi ppreparata kif speċifikat fil-paragrafu 4 ta' hawn fuq u tkun mgħobbija kif speċifikat fl-Anness 5 (l-ewwel kundizzjoni tat-tagħbija tal-kategorija tal-vettura rispettiva). Qabel kull kejl, il-vettura għandha tiġi mbandla kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 ta' hawn taħt il-kejl għandu jsir tliet darbiet.

5.2.1.   Jekk l-ebda wieħed mit-tliet riżultati mkejla ma jvarja b'aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta' 0,2 fil-mija) mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati, dak il-valur medju għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.2.2.   Jekk kwalunkwe kejl ivarja mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati b'aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta' 0,2 fil-mija), għandha titieħed serje oħra ta' 10 kejlijiet, u l-valur aritmetiku medju tagħhom għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.3.   Metodi tal-kejl

Jista' jintuża kwalunkwe metodu għall-kejl tal-varjazzjonijiet tal-inklinazzjoni sakemm il-qari jkun preċiż sa ± 0,2 mrad (inklinazzjoni ta' ± 0,02 fil-mija).

5.4.   It-trattament tal-vettura f'kull kundizzjoni ta' tagħbija

Is-sospensjoni tal-vettura u kwalunkwe parti oħra li probabbilment taffetwa l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tiġi attivata skont il-metodi deskritti hawn taħt.

Madanakollu, l-awtoritajiet tekniċi u l-manifatturi jistgħu jipproponu b'mod konġunt metodi oħra (jew sperimentali jew ibbażati fuq kalkoli), speċjalment meta t-test jagħti problemi partikolari, sakemm kalkoli ta' din ix-xorta jkunu evidentement validi.

5.4.1.   Vetturi tal-kategorija M1 b'sospensjoni konvenzjonali

Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u, jekk ikun meħtieġ, bir-roti jistrieħu fuq pjattaformi bir-roti (li għandhom jintużaw jekk in-nuqqas tagħhom iwassal għal restrizzjoni tal-moviment tas-sospensjoni li probabbilment jaffetwa r-riżultati tal-kejl), bandal il-vettura għal mill-inqas tliet ċikli kompluti, fejn għal kull ċiklu, jiġi mbuttat 'l isfel l-ewwel it-tarf ta' wara u mbagħad it-tarf ta' quddiem tal-vettura.

Is-sekwenza tat-tbandil għandha tintemm meta jsir iċ-ċiklu kollu. Qabel ma jsir il-kejl, il-vettura għandha titħalla tieqaf tiċċaqlaq waħidha. Minflok ma jintużaw pjattaformi bir-roti, l-istess effett jista' jinkiseb billi l-vettura tiġi mċaqilqa lura u 'l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta' rota.

5.4.2.   Vetturi tal-kategorija M2, M3 u N b'sospensjoni konvenzjonali

5.4.2.1.   Jekk il-metodu tat-trattament għall-vetturi tal-kategorija M1 deskritt fil-paragrafu 5.4.1 ma jkunx possibbli, jista' jintuża l-metodu deskritt fil-paragrafu 5.4.2.2 jew 5.4.2.3.

5.4.2.2.   Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti mal-art, bandal il-vettura billi tvarja t-tagħbija temporanjament.

5.4.2.3.   Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti mal-art, attiva s-sospensjoni tal-vettura u l-partijiet l-oħra kollha li jistgħu jaffetwaw l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx billi tuża apparat tal-vibrazzjoni. Dan jista' jkun pjattaforma li tivvibra li fuqha jistrieħu r-roti.

5.4.3.   Vetturi b'sospensjoni mhux konvenzjonali, fejn il-magna trid tkun qed taħdem.

Qabel ma jsir kwalunkwe kejl stenna sakemm il-vettura tkun assumiet l-attitudni finali tagħha bil-magna taħdem.

5.5.   Kejl

Il-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tiġi vvalutata għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija differenti fir-rigward tal-inklinazzjoni inizjali mkejla ddeterminata skont il-paragrafu 5.2 ta' hawn fuq.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b'sistema ta' livellar tal-fanali ta' quddiem manwali, din għandha tiġi aġġustata għall-pożizzjonijiet speċifikati mill-manifattur għal kundizzjonijiet tat-tagħbija partikolari (skont l-Anness 5).

5.5.1.   L-ewwel nett, għandu jsir kejl wieħed f'kull kundizzjoni tat-tagħbija ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati jekk, għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tkun fil-limiti kkalkulati (pereżempju, fid-differenza bejn l-inklinazzjoni inizjali ddikjarata u l-limiti minimi u massimi speċifikati għall-approvazzjoni) b'marġni tas-sikurezza ta' 4 mrad (inklinazzjoni ta' 0,4 fil-mija).

5.5.2.   Jekk ir-riżultat(i) ta' kwalunkwe kejl ma jkunx/jkunux fil-marġni tas-sikurezza indikat fil-paragrafu 5.5.1 jew ikun(u) ogħla mill-valuri ta' limitu, għandhom jittieħdu tliet kejlijiet oħra fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jikkorrispondu għal dan/dawn ir-riżultat(i) kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.3.

5.5.3.   Għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija ta' hawn fuq:

5.5.3.1.   Jekk l-ebda wieħed mit-tliet riżultati mkejla ma jvarja b'aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta' 0,2 fil-mija) mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati, dak il-valur medju għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.5.3.2.   Jekk kwalunkwe kejl ivarja mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati b'aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta' 0,2 fil-mija), għandha titieħed serje oħra ta' 10 kejlijiet, u l-valur aritmetiku medju tagħhom għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.5.3.3.   Jekk vettura tkun mgħammra b'sistema ta' livellar tal-fanali ta' quddiem awtomatika, li jkollha sekwenza ta' istereżi inerenti, ir-riżultati medji fil-quċċata u fil-qiegħ tas-sekwenza ta' istereżi għandhom jitqiesu bħala valuri sinifikanti.

Dan il-kejl kollu għandu jsir skont il-paragrafi 5.5.3.1 u 5.5.3.2.

5.5.4.   Ir-rekwiżiti jitqiesu li ġew issodisfati, jekk, fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha, il-varjazzjoni bejn l-inklinazzjoni inizjali mkejla ddeterminata skont il-paragrafu 5.2 u l-inklinazzjoni mkejla f'kull kundizzjoni tat-tagħbija tkun inqas mill-valuri kkalkulati fil-paragrafu 5.5.1 (mingħajr marġni ta' sikurezza).

5.5.5.   Jekk jinqabeż wieħed biss mil-limiti minimi u massimi ta' varjazzjoni kkalkulati, il-manifattur għandu jitħalla jagħżel valur differenti għall-inklinazzjoni inizjali ddikjarata, fi ħdan il-limiti speċifikati għall-approvazzjoni.


ANNESS 7

INDIKAZZJONI TAL-INKLINAZZJONI 'L ISFEL TAL-PUNT TA' WAQFIEN TAL-FANALI TA' QUDDIEM B'RAĠĠ BAXX IMSEMMI FIL-PARAGRAFU 6.2.6.1.1 U TAL-INKLINAZZJONI 'L ISFEL TAL-PUNT TA' WAQFIEN TAL-FANALI GĦAĊ-ĊPAR TA' QUDDIEM IMSEMMI FIL-PARAGRAFU 6.3.6.1.2 TA' DAN IR-REGOLAMENT

Eżempju 1

Id-daqs tas-simbolu u tal-karattri jitħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

Image

Eżempju 2

Id-daqs tas-simbolu u tal-karattri jitħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

Image

ANNESS 8

IL-KONTROLLI GĦALL-APPARATI TA' LIVELLAR TAL-FANALI TA' QUDDIEM IMSEMMIJA FIL-PARAGRAFU 6.2.6.2.2 TA' DAN IR-REGOLAMENT

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

1.1.   Fil-każijiet kollha, l-inklinazzjoni 'l isfel tar-raġġ baxx għandha tiġi prodotta b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

Billi kontroll jiġi mċaqlaq 'l isfel jew lejn ix-xellug;

(b)

Billi kontroll jiġi mdawwar f'direzzjoni kontra l-arloġġ;

(c)

Billi tiġi magħfusa buttuna (kontroll li jiġi mbuttat-miġbud).

Jekk biex jiġi aġġustat ir-raġġ jintużaw diversi buttuni, il-buttuna li tagħti l-akbar inklinazzjoni 'l isfel għandha tiġi installata fuq ix-xellug jew taħt il-buttuna/i għal pożizzjonijiet oħra tar-raġġ baxx.

Kontroll rotatorju li jiġi installat mit-tarf jew bit-tarf biss viżibbli, għandu jsegwi l-prinċipji operattivi ta' kontroll tat-tip (a) jew (c).

1.1.1.   Dan il-kontroll għandu jkollu fuqu simboli li jindikaw b'mod ċar il-movimenti li jikkorrispondu għall-inklinazzjoni 'l isfel u 'l fuq tar-raġġ baxx.

1.2.   Il-pożizzjoni “0” tikkorrispondi għall-inklinazzjoni inizjali skont il-paragrafu 6.2.6.1.1 ta' dan ir-Regolament.

1.3.   Il-pożizzjoni “0”, li skont il-paragrafu 6.2.6.2.2 ta' dan ir-Regolament trid tkun “pożizzjoni ta' waqfien”, ma hemmx għalfejn tkun fi tmiem l-iskala.

1.4.   Il-marki li jintużaw fuq kontroll għandhom jiġu spjegati fil-manwal tas-sid.

1.5.   Is-simboli li ġejjin biss jistgħu jintużaw biex jiġu identifikati l-kontrolli:

Image

Simboli li jagħmlu użu minn ħames linji minflok erbgħa jistgħu jintużaw ukoll

Eżempju 1

Image

Eżempju 2

Image

Eżempju 3

Image

ANNESS 9

KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   TESTIJIET

1.1.   Pożizzjoni tal-fanali

Il-pożizzjoni tal-fanali, kif definita fil-paragrafu 2.7 ta' dan ir-Regolament, fil-wisa', fl-għoli u fit-tul għandha tiġi ikkontrollata skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 2.8 sa 2.10, 2.14 u 5.4 ta' dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla għad-distanzi għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.

1.2.   Viżibilità tal-fanali

1.2.1.   L-angoli ta' viżibilità ġeometrika għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 2.13 ta' dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla għall-angoli għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal ħlief li l-limiti tal-angoli jista' jkollhom konċessjoni li tikkorrispondi għall-varjazzjoni ta' ± 3° permessa fil-paragrafu 5.3 għall-immuntar tal-apparati għas-sinjalar bid-dawl.

1.2.2.   Il-viżibilità tad-dawl aħmar fuq in-naħa ta' quddiem u tad-dawl abjad fuq in-naħa ta' wara għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 5.10 ta' dan ir-Regolament.

1.3.   Allinjament tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx u tal-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem tal-klassi “F3” lejn in-naħa ta' quddiem

1.3.1.   Inklinazzjoni inizjali 'l isfel

L-inklinazzjoni inizjali 'l isfel tal-punt ta' waqfien tar-raġġ baxx u tal-fanali għaċ-ċpar ta' quddiem tal-klassi “F3” għandha tiġi ssettjata kif speċifikat fit-targa preskritta li tidher fl-Anness 7.

Alternattivament, il-manifattur għandu jissettja l-orjentazzjoni inizjali għal valur differenti minn dak indikat fit-targa jekk ikun jista' jintwera li dan jirrappreżenta t-tip approvat meta ttestjat skont il-proċeduri indikati fl-Anness 6 u b'mod paratikolari fil-paragrafu 4.1.

1.3.2.   Varjazzjoni tal-inklinazzjoni bit-tagħbija

Il-varjazzjoni tal-inklinazzjoni 'l isfel tar-raġġ baxx bħala funzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tagħbija speċifikati f'din it-taqsima għandha tibqa' fil-medda ta':

 

0,2 fil-mija sa 2,8 fil-mija għal għoli ta' mmuntar tal-fanal ta' quddiem h < 0,8;

 

0,2 fil-mija sa 2,8 fil-mija għal għoli ta' mmuntar tal-fanal ta' quddiem 0,8 ≤ h ≤ 1,0; jew

 

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija (skont il-medda tal-orjentazzjoni magħżula mill-manifattur fl-approvazzjoni);

 

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija għal għoli ta' mmuntar tal-fanal ta' quddiem 1,0 < h ≤ 1,2 m;

 

1,2 fil-mija sa 3,8 fil-mija għal għoli ta' mmuntar tal-fanal ta' quddiem h > 1,2 m.

Fil-każ ta' fanal għaċ-ċpar ta' quddiem tal-klassi “F3” b'sors(i) tad-dawl li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' aktar minn 2 000 lumens, il-varjazzjoni tal-inklinazzjoni 'l isfel bħala funzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tagħbija speċifikati f'din it-taqsima għandha tibqa' f'din il-medda:

 

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija għal għoli ta' mmuntar tal-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem h ≤ 0,8;

 

1,2 fil-mija sa 3,8 fil-mija għal għoli ta' mmuntar tal-fanal għaċ-ċpar ta' quddiem h > 0,8 m.

L-istati tat-tagħbija li għandhom jintużaw jiġu stabbiliti kif indikat fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament, u għandhom ikunu kif ġej:

1.3.2.1.   Vetturi fil-kategorija M1:

 

il-Paragrafu 2.1.1.1.

 

il-Paragrafu 2.1.1.6 fejn jitqies

 

il-Paragrafu 2.1.2.

1.3.2.2.   Vetturi fil-kategoriji M2 u M3:

 

il-Paragrafu 2.2.1.

 

il-Paragrafu 2.2.2.

1.3.2.3.   Vetturi fil-kategorija N b'superfiċji ta' tagħbija:

 

il-Paragrafu 2.3.1.1.

 

il-Paragrafu 2.3.1.2.

1.3.2.4.   Vetturi fil-kategorija N mingħajr superfiċji ta' tagħbija:

1.3.2.4.1.   Vetturi li jiġbdu għas-semitrejlers:

 

il-Paragrafu 2.4.1.1.

 

il-Paragrafu 2.4.1.2.

1.3.2.4.2.   Vetturi li jiġbdu għat-trejlers:

 

il-Paragrafu 2.4.2.1.

 

il-Paragrafu 2.4.2.2.

1.4.   Konnessjonijiet elettriċi u indikaturi

Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom jiġu kkontrollati billi jinxtegħel kull fanal konness mas-sistema elettrika tal-vettura.

Il-fanali u l-indikaturi għandhom jaħdmu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.11 sa 5.14 ta' dan ir-Regolament u skont l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.

1.5.   Intensitajiet tad-dawl

1.5.1.   Fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni

L-intensità aggregata massima tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni għandha tkun ikkontrollata permezz tal-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.1.9.2 ta' dan ir-Regolament. Il-valur miksub għandu jkun tali li jiġi ssodisfat ir-rekwiżiti fil-paragrafu 6.1.9.1 ta' dan ir-Regolament.

1.6.   Il-preżenza, in-numru, il-kulur, l-arranġament u, fejn ikun applikabbli, il-kategorija tal-fanali għandhom jiġu kkontrollati permezz ta' spezzjoni viżwali tal-fanali u tal-immarkar tagħhom.

Dawn għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5.15 u 5.16. kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.


ANNESS 10

RIŻERVAT


ANNESS 11

IL-VIŻIBILITÀ TAL-IMMARKAR KOSPIKWU FUQ WARA, FUQ QUDDIEM U MAL-ĠENB TAL-VETTURA

(Ara l-paragrafu 6.21.5 ta' dan ir-Regolament)

Figura 1 a

Wara

Image

Test ta 'immaġni

Figura 1b

Quddiem (trejlers biss)

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

Ġenb

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 12

DAWRA TA' TEST

1.   Speċifikazzjonijiet tad-dawra ta' test għall-kontroll awtomatiku tal-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni

1.1.   Id-dawra ta' test għandha ssir f'atmosfera ċara (1) u bil-fanali ta' quddiem nodfa

1.2.   Il-korsa tat-test għandha tinkludi taqsimiet tat-test b'kundizzjonijiet tat-traffiku u b'veloċità li tikkorrispondi mat-tip rilevanti ta' triq, kif deskritt fit-Tabella 1 ta' hawn taħt:

Tabella 1

Taqsima

tat-Test

Kundizzjonijiet tat-traffiku

Tip tat-triq

Żoni urbani

Triq b'diversi korsiji, eż. awtostrada

Triq provinċjali

Veloċità

50 ± 10 km/h

100 ± 20 km/h

80 ± 20 km/h

Perċentwal medju tat-tul kollu tal-korsa tat-test

10 fil-mija

20 fil-mija

70 fil-mija

A

Vettura waħda ġejja mid-direzzjoni opposta jew vettura waħda misjuqa quddiem il-vettura tat-test bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni JIXGĦEL u JITFI.

 

X

X

B

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b'vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test, bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni jiġi JIXGĦEL u JITFI.

 

X

X

C

Manuvri tas-sorpass attiv u passiv, bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni jiġi JIXGĦEL u JITFI.

 

X

X

D

Rota ġejja mid-direzzjoni opposta, kif deskritt fil-paragrafu 6.1.9.3.1.2.

 

 

X

E

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b'vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test

X

 

 

1.3.   Iż-żoni urbani għandhom jinkludu toroq bit-tidwil u toroq mingħajr tidwil.

1.4.   It-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet b'żewġ korsiji u taqsimiet b'erba' korsiji jew aktar u għandhom jinkludu punti ta' konġunzjoni, għoljiet u/jew inklinazzjonijiet, niżliet weqfin u toroq imserrpin.

1.5.   It-toroq b'diversi korsiji (eż. awtostradi) u t-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom partijiet livell u dritti itwal minn 600 m. Barra minn hekk, għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom kurvi lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

1.6.   Għandhom jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta' traffiku dens.

2.   Speċifikazzjonijiet għad-dawra ta' test għall-fanali ta' quddiem b'raġġ ewlieni adattivi

2.1.   Id-dawra ta' test għandha ssir f'atmosfera ċara (1) u bil-fanali ta' quddiem nodfa.

2.2.   Il-korsa tat-test għandha tinkludi taqsimiet tat-test b'kundizzjonijiet tat-traffiku u b'veloċità li tikkorrispondi mat-tip rilevanti ta' triq, kif deskritt fit-Tabella 2 ta' hawn taħt:

Tabella 2

Taqsima

tat-Test

Kundizzjonijiet tat-traffiku

Tip tat-triq

Żoni urbani

Triq b'diversi korsiji, eż. awtostrada

Triq provinċjali

Veloċità

50 ± 10 km/h

100 ± 20 km/h

80 ± 20 km/h

Perċentwal medju tat-tul kollu tal-korsa tat-test

10 fil-mija

20 fil-mija

70 fil-mija

A

Vettura waħda ġejja mid-direzzjoni opposta jew vettura waħda misjuqa quddiem il-vettura tat-test bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni adattiv jirreaġixxi biex juri l-proċess tal-adattament.

 

X

X

B

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b'vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test, bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni adattiv jirreaġixxi biex juri l-proċess tal-adattament.

 

X

X

C

Manuvri tas-sorpass attiv u passiv, biex, bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni adattiv jirreaġixxi biex juri l-proċess tal-adattament.

 

X

X

D

Rota ġejja mid-direzzjoni opposta, kif deskritt fil-paragrafu 6.22.9.3.1.2.

 

 

X

E

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b'vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test

X

 

 

2.3.   Iż-żoni urbani għandhom jinkludu toroq bit-tidwil u toroq mingħajr tidwil.

2.4.   It-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet b'żewġ korsiji u taqsimiet b'erba' korsiji jew aktar u għandhom jinkludu punti ta' konġunzjoni, għoljiet u/jew inklinazzjonijiet, niżliet weqfin u toroq imserrpin.

2.5.   It-toroq b'diversi korsiji (eż. awtostradi) u t-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom partijiet livell u dritti itwal minn 600 m. Barra minn hekk, għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom kurvi lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

2.6.   Għandhom jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta' traffiku dens

2.7.   Għat-taqsimiet tat-test A u B fit-tabella ta' hawn fuq, l-inġiniera li jwettqu t-testijiet għandhom jivvalutaw u jirreġistraw l-aċċettabilità tal-prestazzjoni tal-proċess ta' adattament fir-rigward tal-utenti tat-triq li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta u dawk quddiem il-vettura tat-test. Dan ifisser li dawn l-inġiniera li jagħmlu t-test għandhom ikunu bilqiegħda fil-vettura li tkun qed tiġi ttestjata u barra minn hekk ikunu bilqiegħda fil-vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta u dawk quddiem il-vettura tat-test.


(1)  Viżibilità tajba (medda ottika meteoroloġika MOR > 2 000 m definita skont id-WMO, Guide to Meteorological Instruments and Methods of Observation, Sixth Edition, ISBN: 92-63-16008-2, pp 1. 9. 1/ 1. 9. 11, Ġinevra 1996).


ANNESS 13

KUNDIZZJONIJIET TA' SWIĊĊJAR AWTOMATIKU TAL-FANALI TA' QUDDIEM B'RAĠĠ BAXX

Kundizzjonijiet ta' swiċċjar awtomatiku tal-fanali ta' quddiem b'raġġ baxx  (1)

Dawl ambjentali tal-vettura (2)

Fanali ta' quddiem b'raġġ baxx

Ħin tar-rispons

inqas minn 1 000 lux

MIXGĦULA

mhux iktar minn 2 sekondi

bejn 1 000 lux u 7 000 lux

fid-diskrezzjoni tal-manifattur

fid-diskrezzjoni tal-manifattur

mhux iktar minn 7 000 lux

MITFIJA

iktar minn 5 sekondi iżda mhux iktar minn 300 sekonda


(1)  Il-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet għandha tintwera mill-applikant, permezz ta' simulazzjoni jew mezzi oħra ta' verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

(2)  It-tidwil għandu jitkejjel fuq superfiċe orizzontali, b'sensor ikkoreġut bil-cosine fuq l-istess għoli bħall-pożizzjoni li fiha jkun installat is-sensor fuq il-vettura. Dan jista' jintwera mill-manifattur permezz ta' dokumentazzjoni suffiċjenti jew ta' mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.


ANNESS 14

ŻONA TA' OSSERVAZZJONI LEJN IS-SUPERFIĊE APPARENTI TAL-FANALI TAL-IMMANUVRAR U TAL-FANALI TA' KORTEŻIJA

Żoni ta' osservazzjoni

Dan id-disinn juri ż-żona minn naħa waħda, u ż-żoni l-oħra minn quddiem, minn wara u min-naħa l-oħra tal-vettura

Image

Konfini taż-żoni

Image


ANNESS 15

SISTEMA GONJO(FOTO)METRIKA UŻATA GĦALL-KEJL FOTOMETRIKU KIF DEFINIT FIL-PARAGRAFU 2.34 TA' DAN IR-REGOLAMENT

Image

Test ta 'immaġni

Top