Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42013D0337

2013/337/UE: Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-istati membri tas- 26 ta’ Ġunju 2013 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

ĠU L 179, 29.6.2013, p. 93–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/337/oj

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/93


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-26 ta’ Ġunju 2013

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

(2013/337/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati tat-tlettax-il Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2013. Jeħtieġ li jsiru ħatriet ġodda għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019.

(2)

Is-Sinjuri Guido BERARDIS, Eugène BUTTIGIEG u Carl WETTER ġew proposti bil-ħsieb li jiġi mġedded il-mandat tagħhom.

(3)

Is-Sinjuri Anthony COLLINS, Stéphane GERVASONI u Ignacio ULLOA RUBIO ġew proposti bħala kandidati għall-postijiet battala ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali.

(4)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjuri Guido BERARDIS, Eugène BUTTIGIEG, Anthony COLLINS, Stéphane GERVASONI, Ignacio ULLOA RUBIO u Carl WETTER għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019:

Is-Sur Guido BERARDIS

Is-Sur Eugène BUTTIGIEG

Is-Sur Anthony COLLINS

Is-Sur Stéphane GERVASONI

Is-Sur Ignacio ULLOA RUBIO

Is-Sur Carl WETTER

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Il-President

R. MONTGOMERY


Top