This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42006D0278
2006/278/EC,Euratom: Decision of the Representatives of the Governments of the Member States of 6 April 2006 appointing an Advocate-General to the Court of Justice of the European Communities
Deċiżjoni tar- Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tas- 6 ta' April 2006 li taħtar avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
Deċiżjoni tar- Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tas- 6 ta' April 2006 li taħtar avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU L 104, 13.4.2006, p. 36–36
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 406–406
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2006
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
406 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tas-6 ta' April 2006
li taħtar avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
(2006/278/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi:
Skond l-Artikoli 5 7 u 8 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u bħala konsegwenza tar-riżenja tas-Sur Antonio TIZZANO, għandu jiġi maħtur avukat ġenerali għall-perjodu li fadal tal-mandat tas-Sur Antonio TIZZANO, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2006,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Paolo MENGOZZI huwa b'dan maħtur avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sas-6 ta' Ottubru 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' April 2006.
Il-President
G. WOSCHNAGG