EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42004D0524

Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea tat- 23 ta' Ġunju 2004 li taħtar imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 230, 30.6.2004, p. 55–55 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 82–82 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/524/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

82


IL-KONFERENZA TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI ID-DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA

tat-23 ta' Ġunju 2004

li taħtar imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2004/524/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' l-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, u b' mod partikolari l-Artikoli 46 il-paragrafu 1, u l-paragrafu 2, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 46, il-paragrafu 1 ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-2003 hawn fuq imsemmi jipprovdi, fost affarijiet oħrajn, għall-ħatra ta' għaxar mħallfin fil-Qorti tal-Prim'Istanza. Skond il-paragrafu 2, il-punt b), ta' l-istass Artikolu. Il-Mandat ta' ħamsa minn dawk l-imħallfin għandu jiskadi fil-31 ta' Awissu 2004. Dawn l-imħallfin għandhom jintgħażlu bix-xorti. Minbarra dan, il-mandat ta' l-imħallfin l-oħra jiskadi fil-31 ta' Awissu 2007.

(2)

Għall-perijodu mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Awissu 2007 (1), erba' mħallfin oħra biss ġew maħtura bi qbil mad-Deċiżjoni 2004/490/KE, Euratom, waqt li l-ħatra tal-ħames imħallef kellha tiġi differita.

(3)

Għalhekk il-ħames imħallef għandu issa jiġi maħtur,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Verica TRSTENJAK hi b'dan maħtura bħala mħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza għall-perjodu ta' żmien mill-1 ta' Lulju 2004 sal-31 ta' Awissu 2007.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2004.

Il-President

A. ANDERSON


(1)  ĠU L 169, ta' l-1.5.2004, p. 23.


Top