This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2901
Commission Implementing Decision (EU) 2024/2901 of 14 November 2024 amending Implementing Decision (EU) 2023/1602 on the primary dealer network and the definition of eligibility criteria for lead and co-lead mandates for syndicated transactions for the purposes of the borrowing activities by the Commission on behalf of the Union and of the European Atomic Energy Community
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2901 tal-14 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2901 tal-14 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
C/2024/5200
ĠU L, 2024/2901, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2901/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2901 |
18.11.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2901
tal-14 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 224(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 jallinja fl-Artikolu 163(5), il-punt (b) tiegħu, ir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament għas-servizzi finanzjarji b’rabta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) użati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self tagħha, mar-regoli applikabbli għal tali servizzi fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, dak ir-Regolament jallinja kif il-Kummissjoni takkwista s-servizzi meħtieġa biex twettaq servizzi li huma kritiċi għall-implimentazzjoni awtonoma u effettiva tal-baġit tal-Unjoni ma’ kif jitwettqu l-istess attivitajiet mill-Istati Membri u minn istituzzjonijiet oħra. Konsegwentement, ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist, bl-eċċezzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali, ma għandhomx jiġu applikati għas-servizzi finanzjarji akkwistati mill-Kummissjoni għat-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self tagħha. |
|
(2) |
Li sservi bħala maniġer ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi finanzjarji skont l-Artikolu 163(5), il-punt (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, u jikkonċerna direttament il-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn tal-Unjoni. L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1602 (4) jistabbilixxi l-proċedura għall-għażla tan-negozjanti primarji li se jservu bħala membri ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati. L-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 jipprevedi li din l-għażla għandha ssir abbażi ta’ proċedura nnegozjata speċjali f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-akkwist. Dak l-Artikolu 13(1) jenħtieġ li jitħassar biex jirrifletti l-eżenzjoni mir-regoli tal-akkwist għas-servizzi finanzjarji akkwistati mill-Kummissjoni għat-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self tagħha. |
|
(3) |
Proċeduri trasparenti u oġġettivi għall-għażla tas-sindakati se jkomplu jiġu implimentati mill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 13(2) sa (5) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 u t-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali ta’ appoġġ kif ippubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni u aċċettati minn kull negozjant primarju. Dawn il-proċeduri se jiġu implimentati abbażi tal-manwali operattivi li jispeċifikaw fid-dettall il-mod li bih is-servizzi tal-Kummissjoni, responsabbli għall-għażla tal-banek sindakati, se jwettqu dawn il-proċessi. Għalhekk, il-proċess strutturat ħafna attwali kif definit f’din id-deċiżjoni u fil-manwal intern dwar tranżazzjonijiet sindakati għall-għażla sindakata (u ta’ tmexxija konġunta) se jkompli jiġi implimentat sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u t-trattament ugwali fil-proċeduri tal-għażla sindakati. Din l-għażla issa se tiġi organizzata barra mill-qafas leġiżlattiv għall-akkwist, u d-deċiżjonijiet mhux se jkollhom għalfejn jiġu ġġustifikati b’referenza stretta għal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 163(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-regoli dwar l-akkwist stabbiliti f’dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali, ma għandhomx japplikaw għas-servizzi finanzjarji. Għaldaqstant, il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt ma tiġix applikata meta jintgħażlu maniġers ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjoni sindakata. Peress li n-negozjanti primarji għandhom jiġu remunerati permezz ta’ fondi tal-Unjoni matul tranżazzjonijiet sindakati, ir-regoli komuni, inklużi d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, ikomplu japplikaw fir-rigward tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji. |
|
(5) |
Is-sħubija fin-network tan-negozjanti primarji tikkostitwixxi relazzjoni li tibqa’ għaddejja, affidabbli u kontinwa bejn l-UE u l-membri tan-network tan-negozjanti primarji. Relazzjoni bħal din teħtieġ l-issodisfar kontinwu tal-kriterji ta’ eliġibbiltà biex iservu bħala maniġers ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta permezz tat-twettiq tal-impenji u ta’ impenji addizzjonali mwettqa mill-membri. Fl-istess ħin, il-membri tan-network tan-negozjanti primarji huma entitajiet taħt superviżjoni u liċenzjati, li huma soġġetti għal skrutinju sinifikanti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. |
|
(6) |
In-negozjanti primarji jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih fil-każ ta’ bidla materjali fl-istatus relatata mal-eliġibbiltà tagħhom jew kwalunkwe wieħed mid-dokumenti li jkunu ppreżentaw matul l-applikazzjoni tagħhom lin-network tan-negozjanti primarji jew aġġornament sussegwenti ta’ tali dokumentazzjoni. In-negozjanti primarji jenħtieġ li jkunu meħtieġa wkoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar każijiet li jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni ta’ esklużjoni. Minbarra dawn ir-rekwiżiti ta’ notifika immedjata, is-sistema preċedenti bbażata fuq il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel kienet tirrikjedi li n-negozjanti primarji jerġgħu jissottomettu parti mid-dokumenti ta’ applikazzjoni tagħhom kull sena. It-tkomplija ta’ tali prattika tipprovdi benefiċċju limitat flimkien mar-rekwiżit ta’ notifika immedjata filwaqt li tikkostitwixxi rekwiżit kbir ta’ dokumentazzjoni. Sabiex jiġu żgurati s-solidità u l-affidabbiltà tan-network tan-negozjanti primarji, in-negozjanti primarji jenħtieġ li jintalbu jikkonfermaw mill-inqas darba fis-sena li d-dokumenti miġbura matul l-applikazzjoni tagħhom għas-sħubija, jew aġġornament sussegwenti, għadhom rilevanti, u jġeddu d-dokumentazzjoni sottomessa tagħhom mill-inqas kull 3 snin anki f’każijiet fejn ma kienx hemm bidliet sostanzjali. |
|
(7) |
L-okkorrenza ta’ sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 ta’ negozjant primarju jenħtieġ li tiġi vvalutata f’konformità mar-regoli rispettivi stabbiliti fih. Fl-istess ħin, huwa xieraq li jiġi rikonoxxut, għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ esklużjoni attwali jew potenzjali, li r-relazzjoni li għaddejja bħalissa, u li hi kontinwa, u l-bilanċ tad-drittijiet u l-impenji tan-negozjant primarju, kif ukoll ir-rabta mill-qrib bejn il-kapaċita tan-negozjar primarju u tal-ħruġ tad-dejn tal-Unjoni jikkostitwixxu sitwazzjoni komparabbli għal dik fejn jeżisti impenn legali kontinwu bejn l-Unjoni u benefiċjarju. F’din is-sitwazzjoni, l-impenn legali jibqa’ jitwettaq sakemm jintemm. Bl-istess mod, huwa xieraq li tiġi permessa l-kontinwazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ negozjant primarju biex iservi bħala maniġer ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta anki jekk isseħħ sitwazzjoni ta’ esklużjoni attwali jew potenzjali. |
|
(8) |
Meta jitqies li s-sistema attwali ta’ sospensjoni tan-negozjanti primarji, kif prevista fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 ma wrietx li hija effiċjenti fil-prattika, jenħtieġ li din tiġi emendata u ssir adatta għall-iskop tagħha. Peress li n-negozjanti primarji jridu jissodisfaw kontinwament l-obbligi tagħhom bħala membri tan-network tan-negozjanti primarji sabiex jibqgħu eliġibbli fuq bażi kontinwa biex iservu bħala membri ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta fi tranżazzjonijiet sindakati, is-sospensjoni ta’ negozjant primarju min-network ikollha l-istess effett bħat-terminazzjoni tas-sħubija tagħhom. Għal din ir-raġuni, ikun xieraq li l-proċess ta’ sospensjoni jsir distint u li jiġi dirett lejn każijiet fejn jista’ jkun hemm theddida serja u sensittiva għaż-żmien għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma setgħetx tiġi indirizzata permezz ta’ valutazzjoni u esklużjoni ta’ negozjant primarju. In-negozjanti primarji kkonċernati jenħtieġ li jitħallew jesprimu l-osservazzjonijiet u l-oġġezzjonijiet tagħhom. F’każijiet eċċezzjonali, dan jista’ jseħħ wara s-sospensjoni, li mbagħad tkun tista’ titneħħa abbażi tal-informazzjoni sottomessa tagħhom. |
|
(9) |
Fil-każ ta’ sospensjoni jew deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tas-sħubija fir-rigward ta’ entità li sservi bħala negozjant primarju, il-Kummissjoni jkollha tivvaluta l-effett li s-sospensjoni jew it-terminazzjoni tas-sħubija jkollha fuq il-kontinwità tal-operat tan-network tan-negozjanti primarji u l-proporzjonalità ta’ tali sospensjoni jew terminazzjoni tas-sħubija. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 tiġi emendata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1602 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 5(1)(e), il-punt (iii) jinbidel b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 7(d), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. Sabiex iwettqu r-rieżami annwali, in-negozjanti primarji għandhom jiġu mistiedna jirrappreżentaw u jiddikjaraw lill-Kummissjoni li għadhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà kollha għas-sħubija stabbiliti fl-Artikolu 4, u li d-dokumenti kollha ppreżentati min-negozjanti primarji matul l-applikazzjoni tagħhom għas-sħubija jew aġġornament sussegwenti jibqgħu rilevanti.” |
|
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej: “ Artikolu 16a Monitoraġġ u sospensjonijiet 1. In-negozjanti primarji għandhom perjodikament, u mill-inqas kull 3 snin, iġeddu l-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni matul il-proċess ta’ applikazzjoni tagħhom. 2. Negozjant primarju li jkun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni għandu jibqa’ eliġibbli biex iservi bħala maniġer ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati matul il-valutazzjoni mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega ta’ jekk in-negozjant primarju għandux jiġi eskluż skont l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. 3. Il-Kummissjoni tista’ tissospendi lin-negozjanti primarji milli jservu bħala maniġers ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta fi tranżazzjonijiet sindakati meta l-għażla tagħhom għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tkun tikkostitwixxi theddida serja u imminenti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-bażi għad-deċiżjoni ta’ sospensjoni tagħha lin-negozjant primarju kkonċernat mill-aktar fis possibbli u tagħti lin-negozjant primarju mill-inqas 3 ijiem biex jissottometti osservazzjonijiet qabel ma tadotta d-deċiżjoni ta’ sospensjoni finali. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tadotta d-deċiżjoni ta’ sospensjoni u tippermetti lin-negozjant primarju kkonċernat jissottometti osservazzjonijiet u oġġezzjonijiet wara.” |
|
(6) |
l-Artikolu 17 jinbidel b’dan li ġej: “ Artikolu 17 Terminazzjoni tas-sħubija fin-network tan-negozjanti primarji 1. Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sħubija ta’ negozjant primarju fin-network tan-negozjanti primarji fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
2. Il-proċedura li ġejja għandha tapplika għat-terminazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:
3. Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sħubija ta’ negozjant primarju fin-network tan-negozjanti primarji fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
4. Il-proċedura li ġejja għandha tapplika għas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3:
5. It-terminazzjoni tas-sħubija min-network tan-negozjanti primarji skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, jew ir-riżenja min-network tan-negozjanti primarji skont l-Artikolu 7, il-punt (e), ma għandu jkollha l-ebda effett fuq id-drittijiet u l-obbligi tan-negozjant primarju inkwistjoni fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel id-data effettiva tal-esklużjoni, tas-sospensjoni jew tar-riżenja rispettivament. 6. It-terminazzjoni tas-sħubija tan-negozjant primarju ma għandhiex tipprevjeni lil dak in-negozjant milli jerġa’ japplika biex ikun membru, u jiġi riammess bħala membru tan-network primarju, meta r-raġunijiet għat-terminazzjoni ma jkunux għadhom preżenti u jkunu ġew rimedjati bis-sħiħ. Jekk is-sħubija fin-network tan-negozjanti primarji tiġi tterminata minħabba esklużjoni skont l-Artikoli 137 sa 148 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ma tkun possibbli l-ebda applikazzjoni mill-ġdid matul id-durata tal-esklużjoni. L-Artikolu 14 għandu japplika għal kwalunkwe applikazzjoni mill-ġdid.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj).
(3) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1602 tal-31 ta’ Lulju 2023 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 196, 4.8.2023, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1602/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2901/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)