EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1068

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1068 tal-1 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaċ-ċjantraniliprol f’ċerti prodotti jew fuqhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/3455

ĠU L 143, 2.6.2023, p. 27–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1068/oj

2.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1068

tal-1 ta’ Ġunju 2023

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaċ-ċjantraniliprol f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għaċ-ċjantraniliprol ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fir-rigward taċ-ċjantraniliprol, tressqet applikazzjoni għat-tolleranzi tal-importazzjoni skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal dik is-sustanza użata fil-Kanada u fl-Istati Uniti fuq il-patata, il-“ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi”, il-“kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx”, il-“Kaboċċi Ċiniżi/pe-tsai, brassika bil-weraq oħra”, il-“ħass u pjanti tal-insalata”, l-“ispinaċi u weraq simili” (ħlief l-ispinaċi), it-tursin u żrieragħ taż-żejt minuri (jiġifieri żerriegħa tal-kittien, żrieragħ tal-ġulġlien, żerriegħa tal-mustarda, żerriegħa tal-qara’ aħmar, żrieragħ tal-għosfor, żrieragħ tal-fidloqqom, żrieragħ tal-camelina sativa, żrieragħ tal-qannebusa u fażola tar-riġnu). L-applikant ipprovda data li turi li l-użi awtorizzati ta’ dik is-sustanza fuq dawn l-għelejjel fil-Kanada u fl-Istati Uniti jwasslu għal residwi ogħla mill-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u li jeħtieġ li jkun hemm MRLs ogħla sabiex jiġu evitati l-ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel lejn l-Unjoni. Tressqet applikazzjoni oħra skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li titlob modifika tal-MRLs eżistenti għall-berquq.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk iż-żewġ applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn kien rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (2). Għaddiet din l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ppubblikatha.

(5)

Fir-rigward taċ-ċjantraniliprol fil-berquq, fil-patata, fil-“ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi”, fil-“kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx”, fil-Kaboċċi Ċiniżi/pe-tsai, brassika bil-weraq oħra, fl-iskalora/indivja bil-weraq wesgħin, fl-“ispinaċi u weraq simili” (ħlief l-ispinaċi) u fit-tursin, l-Awtorità kkonkludiet li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju peress li xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-prodotti ta’ degradazzjoni taċ-ċjantraniliprol fil-prodotti pproċessati ma kinitx disponibbli. Billi l-Awtorità kkonkludiet li l-esponiment tal-konsumaturi għal dawk il-prodotti ta’ degradazzjoni huwa baxx u li l-marġni ta’ sikurezza huwa wiesa’, jixraq li jiġi propost li jiġu stabbiliti l-MRLs imnissla mill-Awtorità għaċ-ċjantraniliprol f’dawk il-prodotti kollha.

(6)

Fir-rigward taċ-ċjantraniliprol fil-ħass, l-Awtorità kkonkludiet li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju fir-rigward tal-għażla tas-sett tad-data biex jitnisslu l-MRLs. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Awtorità, jixraq li jiġi propost li l-MRL għaċ-ċjantraniliprol fil-ħass jiġi stabbilit għal 15 mg/kg abbażi tad-data dwar ir-residwi fuq il-ħass tal-weraq miftuħa.

(7)

Fir-rigward tal-modifiki l-oħra kollha lill-MRLs mitluba mill-applikanti għaċ-ċjantraniliprol, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kolla fir-rigward tal-kompletezza tad-data sottomessa ġew issodisfati u li, abbażi tal-valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp ta ’ konsumaturi speċifiċi Ewropej, il-modifiki tal-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. Fil-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità qieset l-aktar data reċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanza. La l-esponiment fit-tul għal dik is-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom dik is-sustanza, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma wera riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza.

(8)

Abbażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-modifiki proposti lill-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue level for apricots and setting of import tolerances for cyantraniliprole in various crops. EFSA Journal 2022;20(3):7219.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għaċ-ċjantraniliprol hija sostitwita b’dan li ġej:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Ċjantraniliprol

1)

2)

3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,9

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,04

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

0,8

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,7

0140020

Ċiras (ħelu)

6

0140030

Ħawħ

1,5

0140040

Għanbaqar

0,7

0140990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

1,5

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

1,5

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,01  ((*))

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

4

0154020

Cranberries

0,08

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

4

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

4

0154050

Warda skoċċiża

4

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

0,01  ((*))

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,8

0154080

Frott tas-sebuqa

0,01  ((*))

0154990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

0,01  ((*))

0161020

Tin

0,01  ((*))

0161030

Żebbuġ tal-mejda

3

0161040

Larinġ tal-qsari

0,01  ((*))

0161050

Karambola

0,01  ((*))

0161060

Kaki

0,8

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

0,01  ((*))

0161990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,01  ((*))

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

0,01  ((*))

0163020

Banana

0,01  ((*))

0163030

Mango

0,7

0163040

Papaja

0,01  ((*))

0163050

Rummien

0,01  ((*))

0163060

Ċerimoja

0,01  ((*))

0163070

Gwava

0,01  ((*))

0163080

Ananas

0,01  ((*))

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

0,01  ((*))

0163100

Durian

0,01  ((*))

0163110

Il-frotta tal-annona

0,01  ((*))

0163990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

0211000

(a)

patata

0,15

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,15

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

0,05

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

0,05

0220020

Basal

0,05

0220030

Xalotti

0,05

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

8

0220990

Oħrajn (2)

0,05

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

1

0231020

Bżar ħelu

1,5

0231030

Brunġiel

1

0231040

Bamja

1,5

0231990

Oħrajn (2)

1,5

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

0,4

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

0,4

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara’ aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01  ((*))

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01  ((*))

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

2

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

2

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

30

0243020

Kaboċċi (“kales”)

0,01  ((*))

0243990

Oħrajn (2)

30

0244000

(d)

ġdur

2

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

15

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

0,01  ((*))

0252020

Burdlieq

20

0252030

Weraq tas-selq

20

0252990

Oħrajn (2)

20

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  ((*))

0254000

(d)

krexxuni

0,01  ((*))

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  ((*))

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

0,02  ((*))

0256020

Kurrat selvaġġ

0,02  ((*))

0256030

Weraq tal-karfus

0,02  ((*))

0256040

Tursin

20

0256050

Salvja

0,02  ((*))

0256060

Klin

0,02  ((*))

0256070

Timu

0,02  ((*))

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

0,02  ((*))

0256090

Weraq tar-rand

0,02  ((*))

0256100

Stregun

0,02  ((*))

0256990

Oħrajn (2)

0,02  ((*))

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

1,5

0260020

Fażola (bla mżiewed)

0,3

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

2

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

0,3

0260050

Għads

0,01  ((*))

0260990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Spraġ

0,01  ((*))

0270020

Kardun

0,01  ((*))

0270030

Krafes

15

0270040

Bużbież ta' Firenze

0,01  ((*))

0270050

Qaqoċċ

0,1

0270060

Kurrat

0,01  ((*))

0270070

Rabarbru

0,01  ((*))

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

0,01  ((*))

0270090

Qlub tal-palm

0,01  ((*))

0270990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  ((*))

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  ((*))

0300000

BUS U ĦEMES

 

0300010

Fażola

0,3

0300020

Għads

0,01  ((*))

0300030

Piżelli

0,01  ((*))

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

0,01  ((*))

0300990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

1,5

0401020

Karawett

0,01  ((*))

0401030

Żerriegħa tal-peprin

1,5

0401040

Ġulġlien

1,5

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,5

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,8

0401070

Fażola tas-sojja

0,4

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

1,5

0401090

Żerriegħa tal-qoton

1,5

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

1,5

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

1,5

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

1,5

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

1,5

0401140

Qannebusa

1,5

0401150

Fażola tar-riġnu

1,5

0401990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

3

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

0,01  ((*))

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

0,01  ((*))

0402040

Kapok

0,01  ((*))

0402990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

0500000

ĊEREALI

0,01  ((*))

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

0,05  ((*))

0620000

Kafeni

0,05

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

0,05  ((*))

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

0,05  ((*))

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

0,2

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

0,05  ((*))

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,05  ((*))

0650000

Ħarrub

0,05  ((*))

0700000

ĦOPS

0,05  ((*))

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  ((*))

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  ((*))

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  ((*))

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,2

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,2

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,2

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  ((*))

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  ((*))

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  ((*))

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 

0900010

Pitravi ħelu

0,05

0900020

Kannamieli

0,01  ((*))

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

0,05

0900990

Oħrajn (2)

0,01  ((*))

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

0,2

1011020

Xaħam

0,5

1011030

Fwied

1,5

1011040

Kliewi

1,5

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1011990

Oħrajn (2)

0,01

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,2

1012020

Xaħam

0,5

1012030

Fwied

1,5

1012040

Kliewi

1,5

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1012990

Oħrajn (2)

0,01

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

0,2

1013020

Xaħam

0,5

1013030

Fwied

1,5

1013040

Kliewi

1,5

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1013990

Oħrajn (2)

0,01

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

0,2

1014020

Xaħam

0,5

1014030

Fwied

1,5

1014040

Kliewi

1,5

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1014990

Oħrajn (2)

0,01

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,2

1015020

Xaħam

0,5

1015030

Fwied

1,5

1015040

Kliewi

1,5

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1015990

Oħrajn (2)

0,01

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

0,02

1016020

Xaħam

0,04

1016030

Fwied

0,15

1016040

Kliewi

0,15

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,15

1016990

Oħrajn (2)

0,01

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

0,2

1017020

Xaħam

0,5

1017030

Fwied

1,5

1017040

Kliewi

1,5

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

1,5

1017990

Oħrajn (2)

0,01

1020000

Ħalib

0,02

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,15

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  ((*))

1050000

Amfibji u Rettili

0,01

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 


((*))  Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I”.


Top