Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2442

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2442 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/151 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-evakwazzjoni ta’ ċerti persuni partikolarment vulnerabbli mill-Afganistan

    ST/14745/2022/INIT

    ĠU L 319, 13.12.2022, p. 83–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2442/oj

    13.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 319/83


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2442

    tat-12 ta’ Diċembru 2022

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/151 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-evakwazzjoni ta’ ċerti persuni partikolarment vulnerabbli mill-Afganistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/151 (1).

    (2)

    Mill-1 ta’ Ġunju 2021, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) organizza u mexxa l-evakwazzjoni tal-Afgani, b’mod partikolari ta’ dawk li kienu ħadmu għar-Rappreżentant Speċjali tal-UE fl-Afganistan, maħtur mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2001/875/PESK (2), jew għall-EUPOL AFGHANISTAN, stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK (3), ta’ Afgani oħra partikolarment vulnerabbli li kienu kkollaboraw mal-Unjoni, u tal-qraba stretti dipendenti tagħhom.

    (3)

    Lista ta’ persuni eliġibbli għall-evakwazzjoni skont id-Deċiżjoni (PESK) 2022/151 (il-“lista”) ġiet stabbilita u aġġornata mis-SEAE.

    (4)

    Minħabba s-sitwazzjoni fl-Afganistan, l-evakwazzjoni ta’ persuni fil-lista, li għadhom f’riskju waqt li jinsabu fl-Afganistan, ma tistax titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.

    (5)

    L-azzjoni skont id-Deċiżjoni (PESK) 2022/151 jenħtieġ tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2023 sabiex tkun tista’ ssir l-evakwazzjoni ta’ persuni partikolarment vulnerabbli fuq il-lista,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/151, fis-sentenza introduttorja, id-data “31 ta’ Diċembru 2022” hija sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2023”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/151 tat-3 ta’ Frar 2022 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-evakwazzjoni ta’ ċerti persuni partikolarment vulnerabbli mill-Afganistan (ĠU L 25, 4.2.2022, p. 11).

    (2)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2001/875/PESK tal-10 ta’ Diċembru 2001 dwar il-ħatra tar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 326, 11.12.2001, p. 1). (Mhux disponibbli bil-Malti)

    (3)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN) (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33).


    Top