This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R2108
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/2108 of 29 November 2021 amending for the 323rd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaida organisations
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2108 tad-29 ta’ Novembru 2021 li jemenda għat-323 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2108 tad-29 ta’ Novembru 2021 li jemenda għat-323 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida
C/2021/8832
ĠU L 429, 1.12.2021, p. 97–98
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 429/97 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2108
tad-29 ta’ Novembru 2021
li jemenda għat-323 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fit-23 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
1. |
“Emraan Ali (psewdonimu ta’ kwalità baxxa: Abu Jihad TNT). Data tat-twelid: (a) 4.7.1967. Post tat-twelid: (a) Rio Claro, Trinidad u Tobago. Nazzjonalità: (a) Trinidad u Tobago; (b) L-Istati Uniti tal-Amerka Nru tal-passaport (a) TB162181 (passaport tat-Trinidad u Tobago li nħareġ fis-27.1.2015 u li skada fis-26.1.2020); (b) 420985453 (passaport tal-Istati Uniti tal-Amerka li skada fis-6.2.2017). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali 19670704052 (numru ta’ identifikazzjoni tat-Trinidad u Tobago). Indirizz: (a) L-Istati Uniti tal-Amerka (f’detenzjoni, Federal Detention Center Miami, Numru tar-Reġistru: 10423-509); (b) #12 Rio Claro Mayaro Road, Rio Claro, Trinidad (post preċedenti 2008 - Marzu 2015); (c) #7 Guayaguayare Road, Rio Claro, Trinidad (post preċedenti circa 2003); d) L-Istati Uniti tal-Amerka (post preċedenti Jannar 1991-2008). Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (Islamic State in Iraq and the Levant, ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Irreklutat għall-ISIL u ta struzzjonijiet lil individwi biex iwettqu atti terroristiċi permezz ta’ vidjo online. (b) Deskrizzjoni fiżika: tul: 176 cm; piż: 73 kg; binja: medju; kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed/qargħi; karnaġġon: kannella; (c) Jitkellem bl-Ingliż. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.11.2021.” |