EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1177

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1177 tas-16 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tat-tneħħija tal-propossikarbażon mil-lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/5193

ĠU L 256, 19.7.2021, p. 60–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1177/oj

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/60


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1177

tas-16 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tat-tneħħija tal-propossikarbażon mil-lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biex jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni. Il-propossikarbażon ġie inkluż f’dik il-lista għaliex tqies li jissodisfa tnejn mit-tliet kriterji biex jitqies bħala sustanza persistenti, bijoakkumulattiva u tossika (“PBT”), f’konformità mal-punt 4, it-tieni inċiż tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1115 (3)ġedded l-approvazzjoni tal-propossikarbażon bħala sustanza attiva, iżda, mhux bħala kandidat għas-sostituzzjoni. Fil-fatt, il-valutazzjoni l-ġdida ma kkonfermatx il-persistenza tas-sustanza, u dan wassal biex dik is-sustanza ma baqgħetx tissodisfa tnejn mill-kriterji biex titqies bħala sustanza PBT. Għalhekk iddaħħlet fil-parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Billi l-propossikarbażon ma għandux jibqa’ jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni, sabiex tiġi evitata l-konfużjoni jenħtieġ li jitneħħa wkoll mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408, li jelenka s-sustanzi attivi li għandhom jitqiesu bħala kandidati għas-sostituzzjoni.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1115 tat-22 ta’ Ġunju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva propoxycarbazone skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 162, 23.6.2017, p. 38).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, titħassar l-entrata għall-propossikarbażon.


Top