This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0460
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/460 of 16 March 2021 amending Annex I to Regulation (EC) No 798/2008 as regards the entry for Ukraine in the list of third countries, territories, zones or compartments from which certain poultry commodities may be imported into and transit through the Union in relation to highly pathogenic avian influenza (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/460 tas-16 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Ukrajna fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, u jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/460 tas-16 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Ukrajna fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, u jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/1633
ĠU L 91, 17.3.2021, p. 7–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
17.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/460
tas-16 ta’ Marzu 2021
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Ukrajna fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, u jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Ir-Regolament jipprevedi li tista’ ssir importazzjoni tal-prodotti jew li dawn jgħaddu mill-Unjoni bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti li hemm elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (l-HPAI). |
(3) |
L-Ukrajna hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur minn ċerti partijiet tat-territorju tagħha skont il-preżenza tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/352 (4), wara li ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fid-19 ta’ Jannar 2020. |
(4) |
Wara t-tifqigħa tal-HPAI, l-Ukrajna implimentat politika ta’ qerda sabiex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, l-Ukrajna lestiet il-miżuri meħtieġa ta’ tindif u diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-azjenda tat-tjur fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI f’Jannar 2020. L-Ukrajna bagħtet informazzjoni aġġornata, li ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni, dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta’ aktar tixrid tal-HPAI. |
(5) |
Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, ġie konkluż li dik it-tifqigħa ma għadhiex preżenti u li ma hemm l-ebda riskju assoċjat mal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tat-tjur miż-żoni tal-Ukrajna elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 minn fejn l-importazzjonijiet ġew sospiżi minn dak ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/352. |
(6) |
Madankollu, fl-4 ta’ Diċembru 2020, l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5 f’azjenda tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju kollu tal-Ukrajna ma jistax jibqa’ jitqies bħala ħieles minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna ma jistgħux, għalhekk, jibqgħu jiċċertifikaw kunsinni ta’ prodotti tat-tjur għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha, miż-żoni kkonċernati minn dik it-tifqigħa. Wara dik it-tifqigħa, l-Ukrajna kkonfermat aktar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5 fl-azjendi tat-tjur fit-territorju tagħha. |
(7) |
L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna kkonfermaw li wara t-tifqigħa f’Diċembru 2020, huma ssospendew il-ħruġ taċ-ċertifikati għall-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni, jew għat-tranżitu minnha, u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
(8) |
Barra minn hekk, l-Ukrajna ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha u indikat iż-żoni mqiegħda taħt restrizzjonijiet kif ukoll il-miżuri li ħadet biex tipprevjeni aktar tixrid tal-HPAI barra minn dawk iż-żoni ristretti. Din l-informazzjoni issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni u abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni u l-garanziji li tat l-Ukrajna, jenħtieġ li jiġi konkluż li jkun biżżejjed li r-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tat-tjur jiġu limitati għal dawk iż-żoni affettwati mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali, biex jiġu koperti r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni ta’ tali prodotti fl-Unjoni. |
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għall-Ukrajna fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi emendata biex tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/352 tat-3 ta’ Marzu 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Ukrajna fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni, u jgħaddu minnha bi tranżitu, ċerti prodotti tat-tjur b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (ĠU L 65, 4.3.2020, p. 4).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Ukrajna hija sostitwita b’dan li ġej:
Kodiċi tal-ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur |
Status ta’ tilqim kontra l-influwenza tat-tjur |
Status tal-kontroll tas-salmonella(6) |
|||||
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq(1) |
Data tal-ftuħ(2) |
||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
|||
“UA – Ukrajna |
UA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP, E |
|
|
|
|
|
|
|
|||
UA-1 |
Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna minbarra ż-żona UA-2 |
WGM |
|
|
|
|
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
|
|
|
|
|
|
||||||
UA-2 |
Iż-żona tal-Ukrajna li tikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
UA-2.1 |
Kherson Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
30.11.2016 |
7.3.2020 |
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
30.11.2016 |
7.3.2020 |
|
|
|
||||||
UA-2.2 |
Odessa Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
4.1.2017 |
7.3.2020 |
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
4.1.2017 |
7.3.2020 |
|
|
|
||||||
UA-2.3 |
Chernivtsi Oblast (reġjun) |
WGM |
|
P2 |
4.1.2017 |
7.3.2020 |
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
4.1.2017 |
7.3.2020 |
|
|
|
||||||
UA-2.4 |
Vinnytsia Oblast (reġjun), Nemyriv Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Berezivka Il-villaġġ ta’ Bratslav Il-villaġġ ta’ Budky Il-villaġġ ta’ Bugakiv Il-villaġġ ta’ Chervone Il-villaġġ ta’ Chukiv Il-villaġġ ta’ Danylky Il-villaġġ ta’ Dovzhok Il-villaġġ ta’ Horodnytsia Il-villaġġ ta’ Hrabovets Il-villaġġ ta’ Hranitne Il-villaġġ ta’ Karolina Il-villaġġ ta’ Korovayna Il-villaġġ ta’ Korzhiv Il-villaġġ ta’ Korzhivka Il-villaġġ ta’ Kryklivtsi Il-villaġġ ta’ Maryanivka Il-villaġġ ta’ Melnykivtsi Il-villaġġ ta’ Monastyrok Il-villaġġ ta’ Monastyrske Il-villaġġ ta’ Nemyriv City Il-villaġġ ta’ Novi Obyhody Il-villaġġ ta’ Ostapkivtsi Il-villaġġ ta’ Ozero Il-villaġġ ta’ Perepelychcha Il-villaġġ ta’ Rachky Il-villaġġ ta’ Salyntsi Il-villaġġ ta’ Samchyntsi Il-villaġġ ta’ Sazhky Il-villaġġ ta’ Selevintsi Il-villaġġ ta’ Sholudky Il-villaġġ ta’ Slobidka Il-villaġġ ta’ Sorokoduby Il-villaġġ ta’ Sorokotiazhyntsi Il-villaġġ ta’ Velyka Bushynka Il-villaġġ ta’ Vovchok Il-villaġġ ta’ Vyhnanka Il-villaġġ ta’ Yosypenky Il-villaġġ ta’ Zarudyntsi Il-villaġġ ta’ Zelenianka |
WGM |
|
P2 |
19.1.2020 |
20.3.2021 |
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
19.1.2020 |
20.3.2021” |
|
|
|
||||||
UA-2.5 |
Mykolaiv Oblast (reġjun) Kherson Oblast (reġjun), Khersonskyi (Bilozerskyi) Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Tavriyske Il-villaġġ ta’ Nova zoria |
WGM |
|
P2 |
4.12.2020 |
|
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
4.12.2020 |
|
|
|
|
||||||
UA-2.6 |
Kiev Oblast (reġjun): Ivankiv Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Leonivka Il-villaġġ ta’ Blidcha Il-villaġġ ta’ Kolentsi Il-villaġġ ta’ Zymovyshche Il-villaġġ ta’ Rudnia-Talska Il-villaġġ ta’ Sosnivka Borodianka Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Koblytsia Il-villaġġ ta’ Talske Il-villaġġ ta’ Myrcha Il-villaġġ ta’ Stara Buda, Il-villaġġ ta’ Velykyi Lis Il-villaġġ ta’ Krasnyi Rih Il-villaġġ żgħir ta’ Mykhailivskyi |
WGM |
|
P2 |
24.12.2020 |
|
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
24.12.2020 |
|
|
|
|
||||||
UA-2.7 |
Kiev Oblast (reġjun): Borodianka Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-belt ta’ Borodianka Il-villaġġ ta’ Kachaly Il-villaġġ ta’ Shybene Il-villaġġ ta’ Nebrat Il-villaġġ ta’ Nove Zalissia Il-villaġġ ta’ Berestianka Il-villaġġ ta’ Zdvyzhivka Il-villaġġ ta’ Babyntsi Il-villaġġ ta’ Buda-Babynetska Il-belt ta’ Klavdiyevo-Tarasove Il-villaġġ ta’ Poroskoten Il-villaġġ ta’ Pylypovychi Il-villaġġ ta’ Nova Hreblia Il-villaġġ ta’ Vablia Il-villaġġ ta’ Druzhnia Il-villaġġ ta’ Halynka Il-villaġġ ta’ Zahaltsi Il-villaġġ ta’ Mykhailivskyi (Mykhailenkiv) il-proprjetà rurali “Blyzhni sady” Buchanskyi Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-belt ta’ Nemishayeve Il-villaġġ ta’ Mykulychi Il-villaġġ ta’ Dibrova Il-villaġġ ta’ Kozyntsi Il-villaġġ ta’ Chervona hilka Il-villaġġ ta’ Plakhtianka Il-villaġġ ta’ Myrotske Parti mill-belt ta’ Vorzel ikkonfinata minn Bilostotskykh u Pushkina str. |
WGM |
|
P2 |
27.12.2020 |
|
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
27.12.2020 |
|
|
|
|
||||||
UA-2.8 |
Kherson Oblast (reġjun): Kakhovskyi Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Zaozerne Il-villaġġ ta’ Skvortsivka Il-villaġġ ta’ Maryanivka Il-villaġġ ta’ Slynenko Il-villaġġ ta’ Olhivka Novotroyitskyi Raion (distrett), il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Volodymyro-Ilyinka Il-villaġġ ta’ Sofiivka Il-villaġġ ta’ Katerynivka |
WGM |
|
P2 |
29.12.2020 |
|
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
29.12.2020 |
|
|
|
|
||||||
UA-2.9 |
Kiev Oblast (reġjun), il-belt ta’ Kiev: Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km iċċentrat fuq il-villaġġ ta’ Hostomel tad-distrett Buchanskyi Raion, u li testendi fid-direzzjoni tal-arloġġ:
|
WGM |
|
P2 |
18.1.2021 |
|
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
18.1.2021 |
|
|
|
|
||||||
UA-2.10 |
Donetsk Oblast (reġjun): Id-distrett ta’ Volnovaskyi (ex Velykonovosilkivskyi), il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Vesele Il-villaġġ ta’ Fedorivka Il-villaġġ ta’ Skudne Il-villaġġ ta’ Dniproenerhiia Il-belt ta’ Velyka Novosilka Il-villaġġ ta’ Rozdolne Il-villaġġ ta’ Novyi Komar Il-villaġġ ta’ Perebudova Il-villaġġ ta’ Novoocheretuvate Il-villaġġ ta’ Myrne Il-villaġġ ta’ Ordadne Il-villaġġ ta’ Komar Il-villaġġ ta’ Vremivka Il-villaġġ ta’ Voskresenka Il-villaġġ ta’ Vilne Pole Il-villaġġ ta’ Shevchenko Il-villaġġ ta’ Burlatske Il-villaġġ ta’ Pryvilne Dnipropetrovsk Oblast (reġjun): Id-distrett ta’ Prokrovskyi, il-muniċipalitajiet: Il-villaġġ ta’ Maliivka |
WGM |
|
P2 |
3.2.2021 |
|
|
|
|
||||
POU, RAT |
|
P2 |
3.2.2021 |
|
|
|
|