This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1333
Council Regulation (EU) 2019/1333 of 25 June 2019 on the allocation of fishing opportunities under the Protocol on the implementation of the Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of The Gambia
Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1333 tal-25 ta' Ġunju 2019 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja
Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1333 tal-25 ta' Ġunju 2019 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja
ST/8975/2019/INIT
ĠU L 208, 8.8.2019, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/42 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1333
tal-25 ta' Ġunju 2019
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1332 (1), il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja (“il-Ftehim ta' Sħubija”) u l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja (“il-Protokoll”) ġew iffirmati fil-31 ta' Lulju 2019. |
(2) |
Il-Ftehim ta' Sħubija jħassar il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Gambja dwar sajd 'il barra mill-Gambja (2), li kien daħal fis-seħħ fit-2 ta' Ġunju 1987. |
(3) |
Il-Protokoll ikopri perjodu ta' sitt snin mid-data tal-applikazzjoni tiegħu. |
(4) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-Protokoll jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perjodu tal-applikazzjoni tal-Protokoll. |
(5) |
Il-Protokoll se jibda japplika b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jinbdew malajr. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti taħt il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja għandhom ikunu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief:
|
(c) |
bastimenti tat-tkarkir għas-sajd għal ħut tal-qiegħ tal-baħar fond:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-31 ta' Lulju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2019
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1332 tal-25 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jikkoordinaw l-użu tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ta' kull tliet xhur.