Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0915

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/915 tal-4 ta' Ġunju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2019/3892

ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/915/oj

5.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/63


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/915

tal-4 ta' Ġunju 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F'Marzu 2013, wara investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 217/2013 (2) (“ir-Regolament definittiv”), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Ir-Regolament definittiv impona dazju anti-dumping ta' rati li jvarjaw bejn l-14,2 % u l-15,6 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun, 14,6 % fuq il-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun u rata ta' dazju ta' 35,6 % fuq il-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ.

1.2.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(3)

Fl-14 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni ppubblikat notifika ta' skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġina mir-RPĊ f'Il-Ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropa (3).

(4)

Fl-14 ta' Diċembru 2017, tmien produtturi tal-Unjoni (ALEURO Converting Sp. Z o.o., CeDo Sp. z o.o., Cuki Cofresco SpA, Fora Folienfabrik GmbH, ITS BV, Rul-Let A/S, SPHERE SA u Wrapex Ltd) (“l-applikanti”), li jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”), ressqu talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

L-applikanti bbażaw it-talba tagħhom fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(6)

Wara li stabbiliet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fit-13 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat notifika ta' bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (in-“Notifika ta' Bidu”).

1.3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(7)

L-investigazzjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”).

(8)

L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.4.   Il-partijiet interessati

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni informat speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom; lill-importaturi magħrufa ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli fl-Unjoni, lill-awtoritajiet fir-RPĊ u lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jikkooperaw.

(10)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. L-ebda parti interessata ma talbet seduta ta' smigħ.

1.5.   Teħid ta' kampjun

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni qalet li tista' tieħu kampjun minn fost il-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   It-teħid ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni.

(13)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni ta' prodott simili, li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli.

(14)

Il-kampjun provviżorju magħżul kien fih tliet produtturi tal-Unjoni li jkopru madwar 66 % tal-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju u rċeviet kummenti biss minn Sphere SA, li riedet il-konferma li l-kumpanija tal-produzzjoni tagħha Sphere France SAS biss tkun inkluża fil-kampjun. Għaldaqstant, il-kampjun instab li jirrappreżenta lill-Industrija tal-Unjoni.

1.5.2.   Teħid ta' kampjun ta' importaturi mhux relatati

(15)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom sabiex jippreżentaw ruħhom u sabiex jagħtu informazzjoni speċifika meħtieġa sabiex jiġi deċiż jekk it-teħid tal-kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex jagħżlu kampjun.

(16)

L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Kumpanija waħda wieġbet li la hija importatur u lanqas ma hija utent tal-prodott taħt rieżami.

1.5.3.   It-teħid tal-kampjun tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(17)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni tal-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(18)

Erba' gruppi ta' produtturi Ċiniżi ppreżentaw tweġibiet waqt it-teħid tal-kampjun. Fid-dawl tal-għadd baxx ta' tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċiediet li ma kienx meħtieġ it-teħid ta' kampjun u talbet lill-produtturi Ċiniżi kollha li ppreżentaw tweġibiet waqt it-teħid tal-kampjun biex jimlew il-kwestjonarju.

1.5.4.   L-utenti

(19)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi sabiex jippreżentaw ruħhom u jikkooperaw. L-ebda utent fl-Unjoni jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma ppreżentaw ruħhom.

1.5.5.   Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta' verifika

(20)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif imsemmi fil-premessa (18), il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lil erba' gruppi ta' produtturi fir-RPĊ.

(21)

It-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ippreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, l-ebda produttur Ċiniż li kien ippreżenta tweġibiet waqt it-teħid tal-kampjun ma ppreżenta wara t-tweġibiet kollha għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni; madankollu, l-ebda produttur esportatur ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping u ħsara, u l-interessi tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni li ġejjin:

CeDo Sp. z o.o., Katy Wrocławskie, il-Polonja;

ITS BV, Apeldoorn, in-Netherlands;

SPHERE SA, Pariġi, Franza.

1.6.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(23)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li għandha t-tendenza li turi l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tiftaħ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(24)

Konsegwentement, sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPC jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta' Bidu fir-rigward tal-fatturi użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Erba' gruppi ta' produtturi Ċiniżi pprovdew informazzjoni f'dan ir-rigward.

(25)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GOC”). Ma waslet l-ebda tweġiba mill-GOC.

(26)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fir-rigward tal-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda preżentazzjoni jew evidenza addizzjonali f'dan ir-rigward mill-GOC jew mill-produtturi esportaturi.

(27)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista' jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali abbażi ta' prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(28)

Fid-19 ta' April 2018, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl (“in-Nota tad-19 ta' April 2018”) li fittxet l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista' tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. Fin-Nota tad-19 ta' April 2018, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera li ntużaw fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, filwaqt li qieset il-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, f'dak l-istadju, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali. Il-Kummissjoni indikat ukoll li hija kienet identifikat produttur, Sedat Tahir A.S., li r-rapporti finanzjarji tiegħu kienu disponibbli għall-pubbliku u li kien qed jipproduċi l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv potenzjali.

(29)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-partijiet interessati kollha biex fi żmien 10 ijiem jikkummentaw, iżda ma wasal l-ebda kumment.

(30)

Fit-“Tieni nota dwar is-sorsi biex jiġi stabbilit il-valur normali” tat-3 ta' Ottubru 2018 (“in-Nota tat-3 ta' Ottubru 2018”), il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tuża lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv, ikkonfermat il-kodiċi doganali u s-sorsi tad-data speċifiċi għall-fatturi tal-produzzjoni u kkonfermat il-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u ċ-ċifri tal-profitt relatati mal-kumpanija Torka Sedat Tahir A.S., li, kieku kien xieraq, hija kellha l-għan li tużahom biex jinħadem l-valur normali.

(31)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-partijiet interessati kollha biex fi żmien 10 ijiem jikkummentaw, iżda ma wasal l-ebda kumment.

2.   IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott taħt rieżami

(32)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-foil tal-aluminju bi ħxuna ta' 0,007 mm jew aktar iżda anqas minn 0,021 mm, mingħajr rinforz, sempliċiment laminat, sew jekk ibbuzzat u sew jekk le, f'rombli ta' piż baxx ta' mhux aktar minn 10 kg, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (il-kodiċi TARIC 7607111110 u 7607191010) (“il-prodott taħt rieżami”).

(33)

Il-prodott taħt rieżami ġeneralment jintuża bħala prodott għall-konsumatur għall-imballaġġ u għal applikazzjonijiet oħrajn fid-djar/fil-catering (“il-foil tal-aluminju tad-djar”).

2.2.   Prodott simili

(34)

Ġie kkunsidrat li l-prodott taħt rieżami li ġie prodott fir-RPĊ u esportat lejn l-Unjoni, il-prodott mmanifatturat fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Turkija, u l-prodott mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-Industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, u l-istess użi bażiċi. L-ebda parti kkonċernata ma kkummentat dwar kif ġie ddeterminat il-prodott simili.

(35)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għaldaqstant prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Talbiet rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott

(36)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott.

3.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(37)

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mir-RPĊ.

(38)

Kif imsemmi fil-premessa (21), l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-produtturi esportaturi naqsu milli jippreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarji, inkluża kwalunkwe data dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, il-kapaċità, il-produzzjoni, l-investimenti, eċċ. Bl-istess mod, il-GOC u l-produtturi esportaturi naqsu milli jindirizzaw l-evidenza fuq il-fajl tal-każ, inkluż id-“Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet ta' Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ” (5) (“ir-Rapport”), u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikanti, li turi li tali prezzijiet u kostijiet kienu affettwati minn interventi sostanzjali tal-gvern. Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(39)

Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Ċiniżi u lill-produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (18) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. Abbażi ta' dan, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b'mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami ta' skadenza, fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, u fl-istatistika disponibbli fl-Artikolu 14(6) tal-bażi tad-data/il-Eurostat.

3.2.   Il-kontinwazzjoni ta' dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(40)

Għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-Eurostat turi li l-prodott taħt rieżami kompla jiġi importat fl-Unjoni mir-RPĊ. Dan ammonta għal 1 519-il tunnellata u kkostitwixxa 1,8 % tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li tali livell mhuwiex baxx b'mod mhux tas-soltu fil-kuntest tar-rieżamijiet ta' skadenza peress li miżuri effettivi li jfittxu li jiġġieldu kontra l-effetti ta' ħsara ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping b'mod loġiku huma mistennija li jnaqqsu l-importazzjonijiet mil-livell preċedenti ta' dumping ta' ħsara. Fil-fatt, il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-PIR jammonta għal 22,9 % tal-importazzjonijiet kollha. Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (165), il-kalkolu tad-dumping abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi matul il-PIR ukoll juri livelli simili ta' dumping. Dan jikkonferma li l-konklużjonijiet li ntlaħqu abbażi tal-volumi tal-importazzjoni fl-UE matul il-PIR huma wkoll rappreżentattivi. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet attwali fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienu rappreżentattivi u, għalhekk, eżaminat jekk id-dumping tkompliex matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.   Il-valur normali

(41)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(42)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f'każ li jiġi ddeterminat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f'dak il-pajjiż ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni”, ugħandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GOC u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.1.   L-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti

3.3.1.1.   Introduzzjoni

(43)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħ u meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi u ta' enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta' element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-Istat f'ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(44)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta' distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew f'ċertu settur f'dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f'dak il-pajjiż jew settur”.

(45)

Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tat-tnedija. Dak il-fajl kien fih, b'mod partikolari, allegazzjonijiet u evidenza mill-applikanti dwar l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-suq tal-aluminju Ċiniż. Il-fajl kien fih ukoll kopja tar-Rapport, prodott mill-Kummissjoni, li juri l-eżistenza ta' intervent sostanzjali tal-gvern f'ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f'diversi fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f'setturi speċifiċi (bħall-aluminju). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(46)

Abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza fir-Rapport, il-Kummissjoni għaldaqstant iddeċidiet li teżamina jekk ikunx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tagħha b'mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti (jiġifieri l-aluminju), inkluż il-prodott taħt rieżami.

(47)

Kif speċifikat fil-premessi (25) - (26), la l-GOC u lanqas il-produtturi esportaturi ma kkummentaw jew ma pprovdew evidenza li tappoġġja jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-investigazzjoni, inkluż ir-Rapport, u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikanti, dwar l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti u/jew l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

3.3.1.2.   L-allegazzjonijiet mill-applikanti u l-evidenza li ġiet ipprovduta biex issostni dawk l-allegazzjonijiet

(48)

It-talba kien fiha xi evidenza rilevanti li tappoġġja l-allegazzjonijiet dwar distorsjonijiet sinifikanti u li tikkomplementa r-Rapport.

(49)

L-ewwel nett, fit-Taqsima III A.1.a tat-talba, l-applikanti indikaw li fl-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Inizjali (6), il-Kummissjoni diġà kienet innotat li “l-prezz għall-materja prima bażika upstream, l-aluminju, kellu distorsjoni” u li “dawn id-distorsjonijiet instabu wkoll fil-prezz tal-materja prima intermedja, il-foil tal-aluminju f'rombli jumbo”.

(50)

F'dan ir-rigward, fl-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Inizjali, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-aluminju primarju jammonta għal madwar 60-70 % tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u għalhekk huwa l-fattur ewlieni tal-ispejjeż fil-produzzjoni tiegħu. It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet tal-aluminju fis-suq Ċiniż (l-hekk imsejjaħ “prezz fl-SHFE”) (7) varjaw b'mod sinifikanti mill-prezz LME (8), li huwa l-prezz dinji ta' referenza. It-tielet, il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni setgħet tiġi spjegata permezz ta' “serje ta' fatturi kkawżati mill-Istat u interferenza sinifikanti mill-Istat fis-suq domestiku permezz ta' għadd ta' strumenti” (9). Abbażi ta' dan t'hawn fuq, fir-Regolament Inizjali, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan ir-rigward li dawn il-fatturi essenzjalment wasslu għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-aluminju primarju u l-prezzijiet tal-prodotti tal-aluminju downstream huma r-riżultat ta' intervent tal-Istat u indipendenti mill-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali.

(51)

It-tieni, fit-Taqsima III A.1.b tat-talba għal rieżami, l-applikanti indikaw li, minbarra r-referenza li saret għall-evidenza fir-Rapport, id-distorsjonijiet enfasizzati mill-Kummissjoni fir-Regolament Inizjali għadhom jeżistu. F'dan ir-rigward, dawn jindikaw li d-distorsjonijiet tas-suq fl-industrija Ċiniża tal-metalli mhux ferrużi ġew enfasizzati f'rapport li tħejja għal WV Metalle, l-assoċjazzjoni tal-industrija Ġermaniża tal-metalli mhux ferrużi, tal-24 ta' April 2017 (“ir-Rapport dwar WV Metalle”) (l-Anness 5 tat-talba). Ir-Rapport dwar WV Metalle kkonferma b'mod partikoli li s-settur tal-metall mhux ferruż jikkostitwixxi element fundamentali tal-ippjanar tal-gvern fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-Industriji Strateġiċi Emerġenti, il-Pjan Magħmula fiċ-Ċina 2025, kif ukoll programmi oħra ta' livell għoli. Dan jindika li l-GOC jintervjeni b'mod dirett fl-ipprezzar tal-kapital, il-manodopera, l-art, il-materja prima u l-inputs bażiċi għall-proċess tal-produzzjoni.

(52)

Skont l-applikanti, ir-Rapport dwar WV Metalle jindika wkoll li l-inizjattiva tal-iskambju kontemporanju ta' dejn ma' ekwità mhijiex xprunata mis-suq, li s-settur tal-metall mhux ferruż ibbenefika b'mod konsistenti u jkompli jibbenefika mill-appoġġ finanzjarju u mhux monetarju ġeneruż, li s-settur tal-metall mhux ferruż taċ-Ċina rċieva sussidji sostanzjali, inklużi sussidji għall-enerġija, b'mod partikolari mmirati lejn l-intrapriżi tal-Istat u li l-GOC jikkontrolla b'mod strett il-volumi u l-prezzijiet tal-prodotti tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi, inkluż permezz ta' dazji tal-esportazzjoni, kwoti, liċenzji, restrizzjonijiet tal-esportazzjoni, sussidji promozzjonali, taxxi u rifjużjonijiet tat-taxxa.

(53)

It-tielet, fl-Anness 6 tat-talba, l-applikanti indikaw li s-sejbiet preliminari affermattivi tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, fl-investigazzjoni tiegħu dwar id-Dazju Kumpensatorju ta' ċertu aluminju miċ-Ċina, indikaw li 37 % tal-konsum domestiku tal-aluminju fiċ-Ċina jsir minn intrapriżi tal-Istat u li l-GOC jimponi tariffa tal-esportazzjoni ta' 30 % fuq l-aluminju primarju, li jirriżulta f'distorsjonijiet tas-suq domestiku downstream Ċiniż tal-aluminju. Fil-5 ta' Marzu 2018, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti kkonferma s-sejbiet provviżorji fid-Determinazzjoni Finali.

(54)

Barra minn hekk, l-applikanti kkunsidraw li d-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti stabbilixxa li l-produtturi Ċiniżi tal-foil tal-aluminju bbenefikaw minn għadd ta' sussidji kumpensatorji, u għalhekk, l-applikanti kkunsidraw li s-suq Ċiniż tal-aluminju huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida ta' politika tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur, li l-ordnijiet pubbliċi jinfluwenzaw u jgħawwġu l-forzi tas-suq ħieles fis-suq Ċiniż tal-aluminju u li l-produtturi Ċiniżi għandhom aċċess għal finanzjament li jingħata mill-istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux b'mod indipendenti mill-Istat. Dan allegatament jirriżulta f'distorsjonijiet tal-prezzijiet fl-SHFE.

3.3.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(55)

Il-pedament stess tas-sistema ekonomika Ċiniża, jiġifieri l-kunċett tal-hekk imsejħa “ekonomija tas-suq soċjalista”, jinsab f'kunflitt mal-kunċett tal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Dan il-kunċett huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju fundamentali ta' din is-sistema huwa “s-sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri, is-sjieda tal-persuni kollha u s-sjieda kollettiva tal-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat titqies bħala “il-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (10). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda tali interventi huma obbligatorji b'mod espliċitu. Il-kunċett ta' supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata jidħol fis-sistema legali sħiħa u jiġi enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċar ta' din ir-relazzjoni kawżali: Din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandu jkollha rwol dominanti. Forom oħra ta' sjieda huma ttollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma' spalla mas-sjieda tal-Istat (11).

(56)

Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża rilevanti, l-ekonomija tas-suq soċjalista għandha tiżviluppa taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP, Chinese Communist Party”). L-istruttura tal-Istat Ċiniż u dik tas-CCP huma relatati ma' xulxin f'kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw superstruttura li fiha ma tkunx tista' ssir distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f'Marzu 2018, ir-rwol mexxej tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar b'sejba li ġiet affermata mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” u ddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “Il-karatteristika li tiddefnixxi s-soċjaliżmu b'karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (12) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dan il-kontroll huwa inerenti għas-sistema Ċiniża u jmur ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku mifrux fi ħdan il-limiti li jaħdmu fihom il-forzi tas-suq ħieles.

(57)

L-Istat Ċiniż iwettaq politika ekonomika intervenzjonali biex isegwi għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stipulata mis-CCP, minflok ma jirrifletti l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f'suq ħieles (13). L-għodod ekonomiċi intervenzjonali użati mill-awtoritajiet Ċiniżi jinqasmu f'diversi friegħi, inkluż is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll diversi aspetti tal-ambjent regolatorju.

(58)

L-ewwel nett, fil-livell ta' kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija regolata minn sistema kumplessa ta' ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta' dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiva u kumplessa ta' setturi u politiki trażversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali għandhom it-tendenza li jkunu kemxejn dettaljati, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għandhom it-tendenza li jistabbilixxu miri kemxejn usa'. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll is-sett ta' għodod sabiex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta' żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet xorta jistgħu jinkludu miri espliċiti tal-output, li kienu karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont dawk il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta' żvilupp speċifiċi attribwiti magħhom (l-aġġornament industrijali, l-espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b'mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhux biss minħabba n-natura formalment vinkolanti tal-pjanijiet. B'mod kruċjali, l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta' pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, biex b'hekk jisfurzaw lill-operaturi biex jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll il-punt 3.3.1.5 hawn taħt) (14).

(59)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali bi sjieda tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplementaw il-politika tas-self tagħhom, jeħtieġ li jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma primarjament jivvalutaw il-merti ekonomiċi ta' proġett partikolari (ara wkoll il-punt 3.3.1.8 hawn taħt) (15). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Minkejja s-sinifikat aktar baxx tas-settur bankarju, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b'mod li mhuwiex xprunat biex jisfrutta bl-aħjar mod il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżgura l-kontroll u jippermetti l-intervent mill-Istat u mis-CCP (16).

(60)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta' forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw b'mod regolari biex jiġu segwiti għanijiet ta' politika minbarra l-effiċjenza ekonomika, li b'hekk jiddgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b'mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta' dawn l-għanijiet għadha mhix definita, li b'hekk tħalli marġni wiesa' ta' apprezzament għall-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet (17). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-gvern Ċiniż iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll tal-investiment privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (18).

(61)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti azzjonijiet bażiċi li jipprovdu għal u li jħeġġu interventi tal-gvern li jinqasmu f'diversi friegħi. Tali interventi sostanzjali tal-gvern jinsabu f'kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f'konformità mal-prinċipji tas-suq (19).

3.3.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika u gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(62)

Fl-isfond imsemmi hawn fuq tad-dominanza tas-sjieda tal-Istat fil-mudell ekonomiku Ċiniż, l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) jirrappreżentaw parti essenzjali tal-ekonomija Ċiniża. Il-gvern u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-SOEs. L-Istat parti mhux biss jifformula u jissorvelja b'mod attiv l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jsostni d-drittijiet tiegħu li jieħu sehem f'teħid ta' deċiżjonijiet operazzjonali tal-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta' membri importanti bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta' membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ċelloli tal-partiti fil-kumpaniji (ara wkoll il-punt 3.3.1.4 hawn taħt), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (20). Min-naħa tagħhom, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta' benefiċċji ekonomiċi, b'mod partikolari protezzjoni mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (21).

(63)

B'rabta ma' dan, studju ppubblikat f'Jannar 2019 (“Studju tal-OECD”) (22) jirreferi għall-SOEs fis-settur tal-aluminju li fil-preżentazzjonijiet regolatorji tagħhom speċifikament jenfasizzaw kif is-sjieda tal-Istat tinfluwenza l-politiki industrijali rilevanti u kif is-sjieda tal-Istat issarraf f'appoġġ tal-gvern. B'mod aktar speċifiku, SOE waħda, fil-prospett tal-bonds tal-2016 tagħha, issemmi li hija waħda mit-52 intrapriża tal-Istat prinċipali, li għandha rwol ewlieni fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' politiki fis-settur tal-enerġija u li tirċievi appoġġ komprensiv u sostenibbli mill-GOC. SOE oħra, fil-prospett tal-bonds tal-2017 tagħha, tagħmel referenza għall-fatt li l-gvern provinċjali rispettiv jista' jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-grupp (23).

(64)

Dan huwa aktar importanti meta jitqies li r-RPĊ hija l-akbar produttur tal-aluminju fid-dinja, fejn diversi SOEs kbar jikklassifikaw bħala l-ogħla produtturi individwali madwar id-dinja. Skont l-istimi, l-SOEs jammontaw għal aktar minn 50 % tal-output totali tal-aluminju primarju fir-RPĊ. (24) Studju riċenti dwar l-industrija tal-metall mhux ferruż fir-RPĊ ukoll jindika lejn id-direzzjoni li l-SOEs jammontaw għal sehem dominanti tas-suq domestiku. (25) Filwaqt li żieda fil-kapaċità fis-snin riċenti hija parzjalment attribwita għal kumpaniji bi sjieda privata, tali żieda fil-kapaċità normalment tinvolvi wkoll diversi forom ta' involviment tal-gvern (lokali), bħat-tolleranza tal-espansjoni illegali tal-kapaċità (26). Barra minn hekk, żdiedet ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni tal-aluminju fost l-SOEs ewlenin, minkejja li f'livell inqas (27).

(65)

Permezz ta' livell għoli ta' intervent tal-gvern fl-industrija tal-aluminju u sehem għoli ta' SOEs fis-settur, anki l-produtturi tal-aluminju bi sjieda privata ma jitħallewx joperaw taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk bi sjieda privata fis-settur tal-aluminju huma wkoll soġġetti għal superviżjoni politika u gwida kif stabbilit fit-taqsima 3.3.1.5 hawn taħt.

(66)

Il-kontroll u l-intervent tal-Istat fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat (foil tal-aluminju tad-djar) iseħħu fil-qafas ġenerali deskritt. Fil-fatt, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-biċċa l-kbira tal-produtturi ewlenin tal-prodott taħt rieżami huma proprjetà tal-Istat. Għaldaqstant, l-evidenza disponibbli tissuġġerixxi li l-produtturi tal-foil tal-aluminju fir-RPĊ huma soġġetti għall-istess sjieda, kontroll jew superviżjoni tal-politika u gwida mill-gvern Ċiniż u għaldaqstant ma joperawx f'konformità mal-prinċipji tas-suq.

3.3.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f'ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet.

(67)

Minbarra milli jeżerċia kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs, l-Istat Ċiniż qiegħed f'pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat jaħtru u jneħħu persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista' jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet tas-sjieda korrispondenti (28), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privata, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista' jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f'kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (29)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b'mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta' prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex iqiegħdu l-“patrijottiżmu” bħala prijorità u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (30). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f'madwar 70 % ta' madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni li bdiet dejjem tiżdied biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjoni kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (31). Dawn ir-regoli japplikaw b'mod ġenerali fl-ekonomija Ċiniża, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u l-fornituri tal-inputs tagħhom.

(68)

L-eżempju li ġej juri sew ix-xejra msemmija hawn fuq ta' livell ta' intervent mill-GOC li qed jiżdied fis-settur tal-aluminju:

(69)

Fl-2017, produttur tal-aluminju tal-Istat Ċiniż, China Aluminium International Engineering Corporation Limited (“Chalieco”), emenda l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tiegħu biex jagħti aktar prominenza lir-rwol taċ-ċelloli tal-partiti fl-kumpanija. Din inkludiet kapitolu sħiħ dwar il-Kumitat tal-Partit, u l-Artikolu 113 tiegħu jistipula: “Fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet korporattivi prinċipali, il-Bord għandu jikkonsulta mal-Kumitat tal-Partit tal-Kumpanija bil-quddiem.” (32) Barra minn hekk, fir-Rapport Annwali tal-2017 (33) tagħha, l-Aluminum Corporation of China (“Chalco”) tiddikjara li għadd ta' diretturi, superviżuri, u maniġment superjuri – inkluż il-President u d-Direttur Eżekuttiv, u l-President tal-Kumitat Superviżorju – huma membri tas-CCP.

(70)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta' materja prima u inputs iħallu wkoll effett ta' distorsjoni fuq is-suq. Għaldaqstant, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inklużi l-SOEs, fis-setturi tal-aluminju u f'setturi oħra (bħas-setturi finanzjarji u tal-input) tippermetti lill-gvern biex jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.3.1.6.   Distorsjonijiet sinifikant skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, it-tielet inċiż: ordnijiet jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles.

(71)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija, f'livell sinifikanti, idderminata permezz ta' sistema elaborata ta' ppjanar li jistabbilixxi l-prijoritajiet u jippreskrivi dawk li għandhom ikunu l-miriet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jkunu jridu jiffukaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta' natura vinkolanti u l-awtoritajiet f'kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B'mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi mfassla bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jkunu allokati skont il-forzi tas-suq (34).

(72)

Pereżempju, il-gvern għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tas-settur Ċiniż tal-aluminju (inkluż il-prodott taħt rieżami). Hemm diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn li jappartjenu għall-aluminju, maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, li juru b'mod ċar il-grad għoli ta' intervent tal-gvern Ċiniż. Permezz ta' dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-gvern imexxi u jikkontrolla virtwalment kull aspett tal-iżvilupp u tal-funzjonament tas-settur tal-aluminju.

(73)

Dawn il-politiki u l-miri għas-settur tal-aluminju għandhom impatt importanti dirett jew indirett fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami.

(74)

Minkejja li t-13-il Pjan ta' Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (35) ma fihx dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aluminju, fil-każ tal-industrija tal-metall mhux ferruż inġenerali, dan jipprevedi strateġija tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni dwar il-kapaċità tal-produzzjoni internazzjonali u l-manifattura tat-tagħmir. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet, il-pjan jikkonferma li se jissaħħu s-sistemi ta' sostenn relatati mal-pjattaformi tat-tassazzjoni, tal-finanzi, tal-assigurazzjoni, tal-investiment u tal-finanzjament, kif ukoll mal-pjattaformi tal-valutazzjoni tar-riskju (36).

(75)

Il-pjan settorjali korrispondenti, il-Pjan ta' Żvilupp għall-Industrija tal-Metall Mhux Ferruż (2016-2020) (“il-Pjan”) jistabbilixxi politiki u miri speċifiċi li l-gvern għandu l-għan li jilħaq għal għadd ta' industriji tal-metalli mhux ferrużi (37), inkluż l-aluminju.

(76)

Il-Pjan għandu l-għan li jkabbar il-firxa tat-tipi ta' prodotti li jiġu prodotti mill-industrija Ċiniża tal-aluminju, fost l-oħrajn billi tiġi appoġġata l-innovazzjoni. Dan jitlob li jkun hemm l-iżvilupp rapidu tas-sistema ta' sjieda mħallta u li tingħata spinta lill-vitalità tal-SOEs. Din tkompli tipprevedi l-possibbiltà tal-ħażna tal-metalli mhux ferrużi, it-titjib tas-sigurtà tar-riżorsi, inkluż l-aluminju, u tistabbilixxi miri kwantitattivi biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, jiżdied il-proporzjon ta' aluminju li jiġi rriċiklat fil-produzzjoni u jiżdied l-użu tal-kapaċità (38).

(77)

Il-Pjan jipprevedi wkoll aġġustamenti strutturali b'kontroll aktar strett fuq faċilitajiet ġodda tat-tidwib u l-eliminazzjoni tal-kapaċità li tkun skadiet. Din tipprevedi d-distribuzzjoni ġeografika tal-impjanti tal-ipproċessar, tiffoka fuq proġetti biex jiżdied l-isfruttament tar-riżorsi tal-boksajt u tal-alumina u tkopri l-politika tal-provvista u tal-ipprezzar tal-elettriku (39).

(78)

Permezz ta' din il-firxa wiesgħa ta' miżuri u politiki, il-Pjan jirrappreżenta kontinwazzjoni tal-Pjan ta' Aġġustament u Rivitalizzazzjoni għall-Industrija tal-Metalli Mhux Ferrużi tal-2009 li ġie adottat sabiex jittaffu l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja fuq l-industrija tal-metall mhux ferruż. L-objettivi ewlenin stabbiliti fil-pjan jinkludu, fost oħrajn, il-kontroll tal-volum tal-produzzjoni, ir-ristrutturar, il-provvista tal-materja prima, il-politika dwar it-tassazzjoni tal-esportazzjoni, is-sigurtà tar-riżorsi, il-ħażna, l-innovazzjoni teknoloġika, il-politika finanzjarja u l-ippjanar u l-implimentazzjoni (40).

(79)

Dokument ta' politika ieħor immirat lejn is-settur tal-aluminju huwa l-Kundizzjonijiet Standard applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju li nħarġu mill-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”) fit-18 ta' Lulju 2013, sabiex jitħaffef l-aġġustament strutturali u tittaffa l-espansjoni diżorganizzata tal-kapaċitajiet tat-tidwib tal-aluminju. Il-Kundizzjonijiet Standard jintroduċu kwantitajiet minimi tal-produzzjoni għal pjanti ġodda, standards ta' kwalità u sigurtà tal-provvista għall-boksajt u għall-alumina li jiġu importati u pprovduti fuq livell domestiku. Il-Kundizzjonijiet Standard jindikaw li l-MIIT huwa l-awtorità inkarigata mill-istandardizzazzjoni u mill-ġestjoni tal-industrija tal-aluminju, kif ukoll mill-pubblikazzjoni tal-lista ta' kumpaniji awtorizzati biex joperaw fl-industrija tal-aluminju (41).

(80)

Barra minn dan, il-Kundizzjonijiet tad-Dħul Applikabbli għall-Industrija tal-Aluminju, li nħarġu mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi (“NDRC”) f'Ottubru 2007 u li kienu formalment fis-seħħ sal-2016, bħala l-objettiv ewlieni tagħhom kellhom il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-industrija tal-aluminju u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (42).

(81)

Fl-aħħar nett, il-Linji Gwida biex Jitħaffef ir-Ristrutturar tal-Industrija tal-Aluminju (“Linji Gwida għar-Ristrutturar”) (43), li nħarġu mill-NDRC f'April 2006, iqisu l-aluminju bħala prodott fundamentali fl-iżvilupp tal-ekonomija nazzjonali.

(82)

Il-Linji Gwida għar-Ristrutturar jistqarru li, fl-implimentazzjoni tal-Politika għall-Iżvilupp Industrijali li ġiet approvata mill-Kunsill tal-Istat, għandhom jinkisbu objettivi speċifiċi f'ċerti oqsma. Dawn l-oqsma huma:

It-tisħiħ tal-konċentrazzjoni fl-industrija;

L-aċċess għal kapital finanzjarju (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.8 hawn taħt);

L-organizzazzjoni tal-industrija;

Il-kontroll strett tal-esportazzjonijiet tal-aluminju elettrolitiku; u

L-eliminazzjoni tal-kapaċità li tkun skadiet.

(83)

Fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-industrija u l-eliminazzjoni tal-kapaċità li tkun skadiet, l-objettivi ddikjarati fil-Linji Gwida għar-Ristrutturar ġew segwiti wkoll minn politiki aktar riċenti, bħal mill-Pjan li jħeġġeġ l-intrapriżi tal-metall mhux ferruż jiżviluppaw alleanzi upstream u downstream u jirristrutturaw fis-settur u f'diversi setturi, iżidu l-livell ta' konċentrazzjoni tas-settur u jsaħħu l-integrazzjoni tan-negozju u l-konfigurazzjoni tal-proċessi (ara wkoll il-premessi (74) - (76)).

(84)

Għalhekk, id-diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn li jappartjenu għall-aluminju, maħruġa fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, li juru b'mod ċar il-grad għoli ta' intervent tal-gvern Ċiniż fis-settur tal-aluminju (44). Permezz ta' dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-gvern imexxi u jikkontrolla virtwalment kull aspett tal-iżvilupp u tal-funzjonament tas-settur.

(85)

Lil hinn mill-pjanijiet, l-intervent tal-gvern fis-settur ħa l-forma, fost oħrajn, ta' miżuri relatati mal-esportazzjoni, inklużi dazji tal-esportazzjoni, kwoti tal-esportazzjoni, rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u rekwiżiti minimi tal-prezz tal-esportazzjoni fuq materja prima differenti għall-aluminju.

(86)

Il-GOC ikompli jiskoraġġixxi l-esportazzjonijiet ta' aluminju primarju u l-inputs tiegħu, bl-għan li jippromwovi prodotti tal-aluminju b'valur miżjud ogħla. Dan l-objettiv jiġi segwit bl-għoti ta' rifużjonijiet sħaħ jew parzjali tal-VAT fuq prodotti tal-aluminju downstream flimkien ma' rifużjonijiet mhux kompluti tal-VAT u taxxi tal-esportazzjoni fuq l-aluminju primarju (45).

(87)

Barra minn hekk, instab li l-prezz ta' inputs ewlenin bħall-enerġija u l-elettriku jiġi influwenzat minn tipi differenti ta' intervent tal-gvern (46). Tipi oħrajn ta' intervent tal-gvern li jwasslu għal distorsjonijiet tas-suq jinkludu l-politika tal-ħażna permezz tal-Bureau tar-Riżerva tal-Istat u r-rwol tal-SHFE (47). Barra minn hekk, diversi investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ stabbilixxew li l-gvern Ċiniż ta b'mod konsistenti tipi differenti ta' miżuri ta' appoġġ mill-Istat lill-produtturi tal-aluminju (48). L-intervent estensiv tal-GOC fis-settur tal-aluminju wassal għall-kapaċità żejda (49), li aktarx huwa l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GOC u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw.

(88)

L-Istudju tal-OECD identifika wkoll appoġġ tal-gvern addizzjonali li jinfluwenza l-forzi tas-suq fis-settur tal-aluminju. Tali appoġġ tipikament jieħu l-forma ta' inputs, b'mod partikolari l-elettriku (50) u l-alumina primarja, mibjugħa bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-suq (51). L-Istudju tal-OECD jiddeskrivi wkoll kif l-objettivi tal-GOC għas-settur tal-aluminju jissarrfu f'politiki industrijali u f'azzjonijiet speċifiċi fil-livell provinċjali u lokali, inkluż pereżempju injezzjonijiet ta' kapital, drittijiet ta' pussess ta' prijorità għar-riżorsi minerali, għotjiet u sussidji tal-gvern jew inċentivi fiskali (52).

(89)

Fil-qosor, il-GOC għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw l-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u l-materja prima li tintuża biex dan jiġi prodott. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b'mod normali.

3.3.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba' inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(90)

Is-sistema Ċiniża tal-falliment jidher li mhijiex adegwata biex tilħaq l-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dak li tħallas il-pretensjonijiet u d-djun b'mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fuq il-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b'mod formali fuq prinċipji simili bħal-liġijiet korrispondenti f'pajjiżi oħra, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta' infurzar sistematiku. L-għadd ta' fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment għaliex il-proċedimenti ta' insolvenza għandhom għadd ta' nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet tal-fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta' insolvenza għadu wieħed b'saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (53).

(91)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta' proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (54). L-art kollha hija l-proprjetà tal-Istat (art rurali ta' proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b'mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta' proċeduri ta' offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux rispettati b'mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b'rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (55). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (56).

(92)

Għalhekk, jidher li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, li jirriżulta f'distorsjonijiet meta ditti insolventi jkunu qed jinżammu attivi u fir-rigward tal-provvista u l-akkwist tal-art fir-RPĊ. Dawn il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidher li japplikaw b'mod sħiħ fis-settur tal-aluminju wkoll u, b'mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

(93)

Din il-konstatazzjoni hija appoġġjata mid-determinazzjoni affermattiva provviżorja tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, fl-Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju ta' ċertu Foil tal-Aluminju mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li, bl-użu tal-fatti negattivi disponibbli, sabet li l-provvista tal-art tal-Gvern tar-RPĊ għal Remunerazzjoni Inqas Minn Adegwata tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tat-Taqsima 771 (5)(D) tal-Att dwar it-Tariffi tal-1930, kif emendat (57).

3.3.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(94)

Sistema ta' pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa għal kollox fir-RPĊ peress li l-ħaddiema u l-impjegaturi jiġu ostakolati fid-drittijiet tagħhom ta' organizzazzjoni. Ir-RPĊ ma rratifikax għadd ta' konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO, International Labour Organisation”), b'mod partikolari dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (58). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu fi stadju rudimentarju (59). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta' żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f'ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f'pożizzjoni ta' impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi b'reġistrazzjoni ta' residenza (60). Dawk il-konstatazzjonijiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(95)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza li s-settur tal-aluminju, inkluż il-prodott taħt rieżami, mhux se jkun soġġett għas-sistema Ċiniża tal-liġi tax-xogħol, kif deskritt hawn fuq. Għaldaqstant, is-settur tal-aluminju huwa affettwat minn distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed jimmanifattura l-prodott taħt rieżami) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għall-kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

3.3.1.9.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(96)

L-aċċess għal kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(97)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni qawwija fis-suq tal-banek tal-Istat (61), li, meta tkun qed tagħti aċċess għal finazjament, tqis kriterji oħrajn minbarra l-vijabbiltà ekonomika ta' proġett. B'mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta' azzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (62) u, għal darb'oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b'mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma' obbligu legali li jmexxu n-negozju tagħhom f'konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (63). Dan jiġi amplifikat permezz ta' regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f'setturi li l-gvern jagħżel li jinċentivahom jew li b'xi mod ieħor huma importanti (64).

(98)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li tiġi rrispettata l-imġiba bankarja normali kif ukoll li jiġu rispettati r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(99)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern Ċiniż u mis-saħħa ta' kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b'mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi.

(100)

Dan jiġi amplifikat permezz ta' regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f'setturi li l-gvern jagħżel li jinċentivahom jew li b'xi mod ieħor huma importanti (65). Fis-settur tal-aluminju, il-Linji Gwida għar-Ristrutturar taw is-setgħa tal-provvista ta' self lill-kumpaniji li ssodisfaw il-politiki rilevanti tal-industrija tal-Istat (66). Tali interventi fl-allokazzjoni tal-kapital jirriżultaw fi preġudizzju għas-self lil SOEs, ditti privati kbar b'ħafna konnessjonijiet u ditti f'setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhuwiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. Fil-fatt hemm evidenza, inkluż għas-settur tal-aluminju, li l-SOEs jirċievu trattament privileġġjat minn banek fil-forma ta' rati tal-imgħax, ta' ammonti u termini ta' self, li jirriżulta f'vantaġġ kompetittiv għall-SOEs (67).

(101)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b'mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b'redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-influwenza korporattiva fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profitabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux tweġibiet kummerċjali normali.

(102)

F'dan ir-rigward, l-Istudju tal-OECD jagħmel referenza għal evidenza aneddotali li ċerti produtturi tal-aluminju fir-RPĊ kisbu finanzjament fuq termini preferenzjali, fejn il-kost tal-finanzjament jidher li mhuwiex assoċjat mal-livell korrispondenti ta' influwenza korporattiva. Skont l-istudju, fil-prospett tal-bonds tiegħu tal-2016, produttur wieħed tal-aluminju tal-Istat iddikjara b'mod espliċitu li huwa jattira appoġġ finanzjarju konsiderevoli mill-banek ta' politika Ċiniżi u jkollu rata tal-imgħax aktar baxxa mill-valur referenzjarju. Bl-istess mod, il-prospett tal-bonds tal-2017 ta' produttur ieħor tal-Istat jirreferi għar-rabtiet mill-qrib li l-kumpanija żżomm mal-banek Ċiniżi, inklużi banek ta' politika li jkunu taw sorsi ta' finanzjament b'kost baxx lil dik il-kumpanija. B'rabta ma' dan, l-Istudju tal-OECD jikkonkludi li filwaqt li jista' jkun hemm ħafna raġunijiet għaliex ir-rati tal-imgħax huma baxxi għal dawn id-ditti, il-kuntrast bejn indikaturi finanzjarji dgħajfin u rati tal-imgħax aktar baxxi jistgħu jissuġġerixxu xi prezzijiet aktar baxxi potenzjali tar-riskju assoċjat ma' dawk il-mutwatarji (68).

(103)

It-tielet, minkejja li f'Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Fil-fatt, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għall-kreditu mmirat jidher li żdied, peress li dan is-sehem żdied b'mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b'mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(104)

It-tkabbir tal-kreditu ġenerali fir-RPĊ jindika effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital li sejra għall-agħar mingħajr ebda sinjal ta' restrizzjoni ta' kreditu li tkun mistennija f'ambjent tas-suq mhux distort. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b'mod rapidu tul dawn l-aħħar snin. Meta kellu jiffaċċja sitwazzjoni ta' dejn f'riskju li kien qed jiżdied, il-gvern Ċiniż għażel li jevita l-inadempjenzi. Konsegwentement, kwistjonijiet ta' dejn irrekuperabbli ġew trattati permezz tar-riportament tad-dejn, biex b'hekk jinħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew bit-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta' fużjonijiet jew skambji ta' dejn ma' ekwità), mingħajr ma neċessarjament ineħħu l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizzaw il-kawżi prinċipali tagħha.

(105)

Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiva fir-RPĊ hija affettwata minn kwistjonijiet sistemiċi sinifikanti u distorsjonijiet li jirriżultaw mir-rwol mifrux kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali.

(106)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li tgħid li s-settur tal-aluminju, inkluż il-prodott taħt rieżami, ikun eżentat mill-intervent tal-gvern imsemmi hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b'mod sever fil-livelli kollha.

3.3.1.10.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(107)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport mhumiex limitati għas-settur tal-aluminju inġenerali jew għall-prodott taħt rieżami b'mod partikolari. Għall-kuntrarju ta' dan, l-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritta hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.1. – 3.3.1.5. kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi tal-ekonomija kollha. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.6– 3.3.1.8. hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport.

(108)

Sabiex jiġi manifatturat il-prodott taħt rieżami, hija meħtieġa firxa ta' inputs. Ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl tal-investigazzjoni li dawk l-inputs ma jiġux ipprovduti fir-RPĊ. Meta l-produtturi Ċiniżi tal-foil tal-aluminju jixtru/jikkuntrattaw dawk l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) ikunu esposti b'mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija hawn fuq. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet; Il-fornitur fir-RPĊ jistgħu jisilfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital; dawn ikunu soġġetti għal sistema ta' drittijiet għall-użu tal-art li toħloq disorsjoni fil-kost għall-użu tal-art; u, fuq kollox, dawn ikunu soġġetti għas-sistema tal-ippjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi, li b'hekk tidħol ukoll fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom b'mod dirett u indirett.

(109)

Bħala konsegwenza, mhux biss jistgħu ma jintużawx il-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi tal-prodott taħt rieżami, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) jiġu affettwati bl-istess mod minn distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għaliex il-formazzjoni tal-prezz tagħhom tiġi affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Fil-fatt, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li fih innifsu ġie prodott fir-RPĊ bit-taħlita ta' firxa ta' fatturi ta' produzzjoni x'aktarx ikun espost għal distorsjonjiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza – lanqas ma stabbilixxiet evidenza kuntrarja – li tikkontesta din is-sejba. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Ma tressqet l-ebda evidenza jew argument mill-GOC jew mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni preżenti kontra dan.

3.3.1.11.   Konklużjoni

(110)

L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.3.1.2. – 3.3.1.9, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli fir-rigward tal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha inġenerali kif ukoll fis-settur tal-aluminju (inkluż il-prodott taħt rieżami) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għaliex dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kooperazzjoni mill-GOC u mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f'dan il-każ.

(111)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tfassal il-valur normali b'mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f'dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq, f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. Il-Kummissjoni fakkret li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera mal-investigazzjoni wara li ppreżenta l-formoli tal-kampjunar u li ma ġiet ippreżentata l-ebda pretensjoni li xi kostijiet domestiċi jiġu distorti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Il-pajjiż rappreżentattiv

3.3.2.1.   Kummenti ġenerali

(112)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, il-valur normali tfassal abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(113)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat il-pajjiżi b'introjtu nazzjonali gross simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji;

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f'dak il-pajjiż (69);

Id-disponibbiltà ta' data pubblika rilevanti f'dak il-pajjiż;

F'każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, għandha tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta' protezzjoni soċjali u ambjentali.

(114)

Kif spjegat fil-premessi minn (28) sa (29), fin-Nota tad-19 ta' April 2018, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li hija kienet identifikat biss lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jissuġġerixxu pajjiżi oħra. Ma wasal l-ebda kumment f'dan l-aspett.

(115)

Kif indikat fil-premessi (30) sa (31), fin-Nota tat-3 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tuża t-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv potenzjali u talbet li jitressqu kummenti. Sussegwentement, ma wasal l-ebda kumment f'dan l-aspett lanqas.

3.3.2.2.   Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(116)

It-Turkija titqies mill-Bank Dinji bħala pajjiż li għandu livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ, jiġifieri dan il-pajjiż jiġi kklassifikat bħala pajjiż b'“introjtu medju għoli” fuq il-bażi tal-introjtu nazzjonali gross (“ING”) (70), b'mod simili għar-RPĊ.

3.3.2.3.   Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv

(117)

Fin-Nota tad-19 ta' April 2018, il-Kummissjoni indikat li kienet identifikat produttur tal-prodott taħt rieżami fit-Turkija, Sedat Tahir A.Ș. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw u jipproponu produtturi oħra f'pajjiżi rappreżentattivi oħra li kienu jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment jew proposta, la dwar l-adegwatezza tal-pajjiż rappreżentattiv, u lanqas biex jiġu ssuġġeriti pajjiżi oħra għajr it-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi.

3.3.2.4.   Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

(118)

Fin-Nota tat-19 ta' April 2018, il-Kummissjoni indikat li kemm il-materja prima ewlenija tal-input (jiġifieri l-foil tal-aluminju f'hekk imsejħa rombli jumbo ta' piż ta' mhux aktar minn 10 kg) kif ukoll il-prodott taħt rieżami (jiġifieri l-foil tal-aluminju f'rombli żgħar ta' piż ta' mhux aktar minn 10 kg) jiġu kklassifikat fl-istess kodiċijiet tas-SA, jiġifieri 7607 11 u 7607 19. Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta tal-materjal tal-input, il-pajjiżi li jkomplu jagħmlu distinzjoni bejn il-materjal ewlieni tal-input u l-prodott taħt rieżami biss jistgħu jitqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa sabiex jiġi kkalkolat b'mod xieraq il-valur normali. F'dan l-istadju, kien meqjus li fit-Turkija biss il-materjal ewlieni tal-input jiġi kklassifikat f'kodiċijiet differenti mill-prodott taħt rieżami u li huwa disponibbli sett komplut ta' data pubblika.

(119)

Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija, fost oħrajn, skont il-kriterji t'hawn fuq. Ma wasal l-ebda kumment.

(a)   Id-data dwar il-fatturi tal-produzzjoni

(120)

Fir-rigward tat-Turkija, id-data tal-importazzjoni fir-rigward tal-materja prima ewlenija li ntużat fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami kienet faċilment disponibbli fi Global Trade Atlas, filwaqt li d-data dwar fatturi importanti oħra tal-produzzjoni, bħall-kostijiet lavorattivi u tal-elettriku, kienet ukoll faċilment disponibbli mis-sit web tal-Istitut Statistiku tat-Turkija.

(b)   Id-data finanzjarja (spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti)

(121)

L-investigazzjoni wriet li d-data finanzjarja hija disponibbli pubblikament għall-produttur Tork, Sedat Tahir A.Ș., għas-sena 2017.

3.3.2.5.   Konklużjoni

(122)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, l-objettiv huwa li f'pajjiż rappreżentattiv possibbli, jinstabu l-fatturi mhux distorti korrispondenti kollha tal-produzzjoni jew kemm jista' jkun fatturi li ntużaw mill-produtturi Ċiniżi kooperattivi u l-ammonti kollha possibbli mhux distorti għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti.

(123)

Fid-dawl tal-analiżi t'hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B'mod partikolari, it-Turkija kellha l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u sett komplut ta' data disponibbli għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt.

(124)

Wara li ġie stabbilit li f'dan il-każ, it-Turkija hija pajjiż rappreżentattiv xieraq, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jiġi analizzat aktar il-livell ta' protezzjoni soċjali u ambjentali fit-Turkija.

3.3.3.   Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti

(125)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a), ir-raba' paragrafu tar-Regolament bażiku, “il-valur normali mfassal għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli għall-kostijiet u għall-profitti amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali”.

(126)

Kif imsemmi fil-premessi (28) sa (31), il-Kummissjoni indikat li hija kienet identifikat produttur, Sedat Tahir A.S., li r-rapporti finanzjarji tagħha kienu disponibbli għall-pubbliku u li kienet qed tipproduċi l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv prospettiv. Hija indikat ukoll li kellha l-ħsieb li tuża ċ-ċifri tar-Rapport tal-Introjtu ta' Sedat Tahir A.Ș. għall-2017 bħala bażi għall-istabbiliment tal-SG&A u l-perċentwali tal-profitt sabiex jitfassal il-valur normali. Ma wasal l-ebda kumment f'dan l-aspett fi żmien l-iskadenza ta' 10 ijiem li ġiet stipulata.

(127)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ma jiġux identifikati b'mod separat fiċ-ċifri tar-Rapport tal-Introjtu disponibbli ta' Sedat Tahir A.Ș. u għalhekk, il-Kummissjoni qieset li dawn jiġu inklużi fil-kost tal-oġġetti mibjugħa jew fil-kost tal-manifattura.

(128)

Il-Kummissjoni mbagħad użat iċ-ċifri tar-Rapport tal-Introjtu ta' Sedat Tahir A.Ș. għall-2017 bħala bażi għall-istabbiliment tal-SG&A u l-perċentwali tal-profitt tal-kost tal-manifattura li għandhom jiġu applikati għall-kost imfassal tal-manifattura sabiex jinbena l-valur normali mfassal.

3.3.4.   Is-sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni

(129)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni” u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(130)

Fin-Nota tad-19 ta' April 2018, il-Kummissjoni ddikjarat li kellha l-ħsieb li tuża l-bażi tad-data ta' Global Trade Atlas (“GTA”) sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni għall-ewwel ħames materji primi tal-input identifikati fit-tabella 1 t'hawn taħt. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li hija kellha l-ħsieb li tuża l-Istitut Statistiku tat-Turkija bħala s-sors tal-kostijiet lavorattivi u l-kostijiet tal-elettriku. Hija ddikjarat ukoll li kellha l-għan li tuża l-bażi tad-data ta' Orbis bħala s-sors tar-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku sabiex tistabbilixxi ammont reġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti.

3.3.4.1.   Il-fatturi tal-produzzjoni

(131)

Kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (28), fin-Nota tad-19 ta' April 2018, il-Kummissjoni stabbilixxiet lista inizjali tal-fatturi tal-produzzjoni u tas-sorsi Torok maħsuba li jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami.

(132)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-kwantitajiet tal-konsum tad-diversi fatturi tal-produzzjoni, li ntużaw fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, li nkisbu minn produttur kbir tal-Unjoni inkluż fil-kampjun u applikathom għall-kostijiet tal-unità Torok li nkisbu mid-diversi sorsi li ġew indikati fil-premessi minn (130) sa (144) għall-fatturi differenti tal-produzzjoni li ntużaw biex jiġi prodott il-prodott taħt rieżami, sabiex jiġi stabbilit il-Kost tal-Produzzjoni. Fil-fatt, abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-investigazzjoni oriġinali, il-proċess tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-materjali użati jidher li huwa identiku bħal dak li ġie pprovdut mill-produttur tal-Unjoni inkwistjoni.

(133)

Meta titqies l-informazzjoni kollha li ġiet ippreżentata mill-partijiet interessati u r-riżultati taż-żjara ta' verifika fil-bini ta' wieħed mill-applikanti, meta kien applikabbli, ġew identifikati l-fatturi li ġejjin tal-produzzjoni, il-kodiċijiet tas-SA, u l-kodiċijiet tariffarji bi 12-il numru tat-Turkija.

Tabella 1

Fattur tal-produzzjoni

Kodiċi tariffarja

Valur tal-importazzjoni tal-unità

Foil tal-aluminju, mingħajr rinforz, irrumblati iżda mhux maħduma aktar (rombli jumbo)

7607 11 19 00 11

7607 11 19 00 12

EUR 3,83/kg

Kaxxa kkulurita/kaxxa tal-kartun għal romblu wieħed

4819 20

EUR 3,20/kg

Qalba tal-karta

4822 90

EUR 1,25/kg

Imballaġġ estern li jintuża biex jiġu ppakkjati 24 romblu

4819 20

EUR 3,20/kg

Manodopera (manodopera diretta u indiretta),

Pagi fis-settur tal-manifattura

[mhux applikabbli]

EUR 8,15/Siegħa ta' xogħol

Elettriku

[mhux applikabbli]

EUR 0,06/kWh

3.3.4.2.   Materjali

(134)

Fir-rigward tal-foil tal-aluminju, l-applikanti indikaw li l-materja prima standard li tintuża hija l-foil tal-aluminju, mingħajr rinforz, irrumblati iżda mhux maħduma aktar, li jaqgħu taħt il-kodiċi HS 7607 11. Dan ġie appoġġjat minn tnejn mill-erba' produtturi Ċiniżi li pprovdew tweġibiet għall-Anness III tan-Notifika ta' Bidu. Wieħed mill-applikanti pprovda informazzjoni ulterjuri li l-kodiċijiet tariffarji bi 12-il numru tat-Turkija għal rombli jumbo huma 7607 11 19 00 11 u 7607 11 19 00 12. Fin-nuqqas ta' informazzjoni ulterjuri mill-produtturi Ċiniżi u kummenti minn partijiet interessati oħra, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-kodiċijiet tariffarji bi 12-il numru sabiex jitfassal il-valur normali.

(135)

Fir-rigward tal-kaxxa tal-kulur/kaxxa tal-kartun għal romblu wieħed, l-applikanti indikaw li l-kodiċi HS applikabbli kien 4819 10, filwaqt li produttur Ċiniż wieħed indika li l-kodiċi HS applikabbli huwa 4819 20. Il-kodiċi HS 4819 10 jinkludi “…kaxxi ta' karta jew kartun immewwġin”, filwaqt li l-kodiċi 4819 20 jinkludi “...kaxxi ta' karta jew kartun mhux immewwġin”. Peress li l-kaxxi applikabbli mhumiex immewwġin, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina l-kodiċi HS 4819 20. In-nomenklatura Torka ġiet eżaminata f'livell aktar dettaljat f'dan il-kodiċi HS, iżda ma ġiet iddeterminata l-ebda deskrizzjoni xierqa aktar preċiża. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-livell tal-kodiċi HS b'6 ċifri sabiex tistabbilixxi l-kost ta' dak l-element tal-kost tal-produzzjoni li għandu jintuża biex jitfassal il-valur normali.

(136)

Fir-rigward tal-qalba tal-karta, l-applikanti indikaw l-istess kodiċi HS 4819 10 anki għall-kaxxa tal-kulur/kaxxa tal-kartun. Bħala reviżjoni tad-deskrizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala “irkiekel oħrajn tal-kartun”, taħt il-kodiċi HS 4822 90. In-nomenklatura Torka ġiet eżaminata f'livell aktar dettaljat f'dak il-kodiċi HS, iżda ma ġiet iddeterminata l-ebda deskrizzjoni xierqa aktar preċiża, u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-livell tal-kodiċi HS 4822 90 b'6 numri sabiex tistabbilixxi l-kost ta' dak l-element tal-kost tal-produzzjoni li għandu jintuża għat-tfassil tal-valur normali.

(137)

Wieħed mill-applikanti pprovda informazzjoni li jeħtieġ li jiġi inkluż imballaġġ estern (li jintuża biex jiġu ppakkjati 24 romblu ta' foil tal-aluminju) bħala fattur tal-produzzjoni. Bħala reviżjoni tad-deskrizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prodott għandu jiġi kklassifikat ukoll taħt il-kodiċi HS 4819 20. In-nomenklatura Torka ġiet eżaminata f'livell aktar dettaljat f'dak il-kodiċi HS, iżda ma ġiet iddeterminata l-ebda deskrizzjoni xierqa aktar preċiża, u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-livell tal-kodiċi HS 4819 20 b'6 numri sabiex tistabbilixxi l-kost ta' dak l-element tal-kost tal-produzzjoni li għandu jintuża għat-tfassil tal-valur normali.

(138)

Fil-każ tal-foil tal-aluminju, il-Kummissjoni ħadet il-valur tal-importazzjoni f'EUR u l-kwantità f'kilogrammi mill-bqija tad-dinja, eskluża r-RPĊ, għat-Turkija, fis-sena 2017, għall-kodiċijiet tariffarji tat-Turkija 7607 11 19 00 11 u 7607 11 19 00 12. Abbażi ta' dawn iċ-ċifri, il-Kummissjoni mbagħad ikkalkolat il-valur medju ponderat tal-importazzjoni f'Euro għal kull kg għar-rombli jumbo tal-aluminju, li għandu jintuża bħala l-kost tal-materja prima rilevanti fil-kost tal-produzzjoni.

(139)

Fir-rigward tal-kaxxa tal-kulur/kaxxa tal-kartun u fir-rigward tal-imballaġġ estern, il-Kummissjoni ħadet il-valur tal-importazzjoni f'EUR u l-kwantità f'kilogrammi mill-bqija tad-dinja, eskluża r-RPĊ, għat-Turkija fis-sena 2017 għall-kodiċi HS 4819 20. Abbażi ta' dawk iċ-ċifri, il-Kummissjoni mbagħad ikkalkolat il-valur medju ponderat tal-importazzjoni f'EUR għal kull kg għall-kaxxa tal-kulur/kaxxa tal-kartun u għall-imballaġġ estern li għandhom jintużaw bħala l-kostijiet tal-materja prima rilevanti fil-kost tal-produzzjoni.

(140)

Fil-każ tal-qalba tal-karta, il-Kummissjoni ħadet il-valur tal-importazzjoni f'EUR u l-kwantità f'kilogrammi mill-bqija tad-dinja, eskluża r-RPĊ, għat-Turkija, fis-sena 2017, għall-kodiċi HS 4822 90. Abbażi ta' dawn iċ-ċifri, il-Kummissjoni mbagħad ikkalkolat il-valur medju ponderat tal-importazzjoni f'Euro għal kull kg għall-qalba tal-karta, li għandu jintuża bħala l-kost tal-materja prima rilevanti fil-kost tal-produzzjoni.

(141)

Fir-rigward tal-iskart tal-foil tal-aluminju, skont wieħed mill-applikanti, l-iskart jista' jitqies li huwa żero u għalhekk, l-ebda valur ma għandu jkun inkluż fil-kost imfassal tal-produzzjoni għall-iskart. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta dak l-approċċ.

(142)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mhux distort tal-materja prima kif jasal fil-fabbrika tal-produttur esportatur, il-Kummissjoni qieset jekk huwiex xieraq li żżid id-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, it-Turkija, u l-kostijiet għat-trasport domestiku tal-materjali mal-prezz tal-importazzjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li t-Turkija ma applikatx dazju tal-importazzjoni fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija, il-foil tal-aluminju f'rombli jumbo, mill-pajjiżi għajr mir-RPĊ, li minnhom ġew ipprovduti l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet. F'dak li jirrigwarda t-trasport domestiku tal-materjali, peress li l-ebda produttur Ċiniż ma kkoopera, tali informazzjoni mhix disponibbli. Madankollu, kif indikat fil-premessa (153), il-valur normali ma kienx aġġustat għal tali dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport diġà juru li l-bejgħ għall-esportazzjoni huma l-oġġett ta' dumping f'livelli għoljin ħafna. Għalhekk, eżami tal-kostijiet tat-trasport domestiku tal-materjali u tad-dazji tal-importazzjoni, bil-konsegwenza li l-valur normali jkun jeħtieġ li jiġi aġġustat 'il fuq għal tali kostijiet, seta' jwassal biss għal żieda fil-valur normali, u għalhekk fil-marġni tad-dumping. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, f'dan il-każ il-Kummissjoni ma qisitx li kellha taġġusta l-kostijiet tal-materja prima għad-dazju tal-importazzjoni u għall-kostijiet tat-trasport domestiku.

3.3.4.3.   Manodopera

(143)

Fir-rigward tal-kostijiet lavorattivi, fin-Nota tagħha tat-3 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni indikat li kellha l-ħsieb li tuża d-data ppubblikata mill-Istitut Statistiku tat-Turkija. B'mod partikolari, il-Kummissjoni indikat li kellha l-ħsieb li tuża l-kostijiet lavorattivi ta' kull siegħa fis-settur tal-manifattur għall-2016, għall-attività ekonomika C.24 (il-manifattura tal-metalli bażiċi (71)) skont in-NACE Rev.2 (72), li hija l-aktar statistika riċenti disponibbli (73). Din kompliet tindika li l-valuri jkunu aġġustati b'mod xieraq skont l-inflazzjoni permezz tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi (74) li ġie ppubblikat mill-Istitut Statistiku tat-Turkija. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni adottat dak l-approċċ.

3.3.4.4.   Elettriku

(144)

Fir-rigward tal-kostijiet tal-elettriku, fin-Nota tagħha tat-3 ta' Ottubru 2018, fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-livelli ta' konsum fir-RPĊ, il-Kummissjoni indikat li kellha l-ħsieb li tapplika l-prezz medju tal-unità tal-elettriku għall-utenti industrijali, li ġie pprovdut fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Istitut Statistiku tat-Turkija (75). Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment, il-Kummissjoni adottat dak l-approċċ.

3.3.5.   Kalkoli

(145)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali mfassal, il-Kummissjoni segwiet iż-żewġ passi li ġejjin.

(146)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni mbagħad immultiplikat il-fatturi tal-użu li ġew osservati fil-livell tal-proċess tal-produzzjoni ta' wieħed mill-applikanti għall-materjali, il-manodopera u l-enerġija bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Turkija.

(147)

It-tieni, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt ta' Sedat Tahir A.Ș. mal-kostijiet tal-manifattura identifikati hawn fuq. Dawn ġew identifikati abbażi tar-rapport annwali tal-2017 ta' Sedat Tahir A.Ș.

(148)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta' prodott fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika, f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera, il-valur normali kien stabbilit fuq bażi tal-pajjiż kollu u mhux għal kull esportatur u produttur b'mod separat.

3.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(149)

Kif imsemmi fil-premessa (21), il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarji mill-produtturi fir-RPĊ. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet prezz medju ponderat wieħed tal-esportazzjoni għat-tipi kollha ta' foil tal-aluminju tad-djar abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat (“COMEXT”).

3.5.   Paragun

(150)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

(151)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Sar aġġustament 'il fuq ta' 2 % għall-valur normali għall-kostijiet tal-VAT mhux rimborżabbli, u sar aġġustament 'l isfel ta' 1 % - 3 % għall-prezz tal-esportazzjoni għall-kostijiet tal-merkanzija internazzjonali, tal-assigurazzjoni u tat-trasport domestiku.

3.6.   Marġni tad-dumping

(152)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz medju ponderat tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni, f'konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(153)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet marġni ta' dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas, f'livell ta' aktar minn 150 %. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.7.   Probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati

(154)

Wara li rriżulta dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati.

(155)

Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi mir-RPĊ, dan l-eżami kien ibbażat fuq l-informazzjoni li kienet disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri, l-informazzjoni li ġiet ipprovduta għal rieżami u informazzjoni minn sorsi disponibbli indipendenti oħra, bħal statistika uffiċjali dwar l-importazzjoni u informazzjoni miksuba minn partijiet interessati matul l-investigazzjoni.

(156)

Sabiex jiġi eżaminat l-iżvilupp probabbli tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati, il-Kummissjoni analizzat il-kapaċità żejda fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.7.1.   Kapaċità żejda fir-RPĊ

(157)

Fit-talba għal rieżami, l-applikanti fakkru li r-rombli jumbo tal-aluminju jeħtieġ biss li jiġu maqtugħin biex isiru l-prodott taħt rieżami, għalhekk il-kapaċità Ċiniża żejda għar-rombli jumbo tal-aluminju hija rilevanti biex tiġi ddeterminata l-kapaċità żejda għall-prodott taħt rieżami.

(158)

Kif issemma fit-talba għal rieżami, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2015 li testendi miżuri anti-dumping fuq ir-rombli jumbo tal-foil tal-aluminju wara rieżami ta' skadenza (76), ġie stmat li l-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża għat-tipi kollha ta' foil tal-aluminju kienet 450 000 tunnellata akbar mill-konsum domestiku totali Ċiniż. Ġie stmat ukoll li din il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet minn 2,5 miljun tunnellata fl-2014 għal 2,8 miljun tunnellata fl-2018, filwaqt li ż-żieda fil-konsum domestiku x'aktarx ma tkunx biżżejjed biex tassorbi ż-żieda fil-kapaċità (77). Il-konsum tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huwa madwar 85 600 tunnellata.

(159)

Fid-determinazzjoni finali fl-investigazzjonijiet anti-dumping u kumpensatorji dwar ir-rombli jumbo tal-foil tal-aluminju, abbażi ta' tweġibiet mill-esportaturi u mill-produtturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti pprevediet il-kapaċità żejda tal-foil tal-aluminju fir-RPĊ għall-2017 u għall-2018 ta' 161 233 tunnellata u 157 305 tunnellati rispettivament (78), b'hekk qabżet b'mod sinifikanti d-domanda tal-UE.

(160)

Barra minn hekk, it-tweġibiet li waslu mill-erba' gruppi ta' produtturi fir-RPĊ li ppreżentaw tweġibiet fil-kampjun, ikkonfermaw li dawn għandhom kapaċità żejda ta' madwar 25 % bħala medja.

(161)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni sabet li hemm kapaċitajiet żejda sostanzjali disponibbli fir-RPĊ u, bħala konsegwenza, hemm probabbiltà kbira li l-volumi tal-importazzjoni se jiżdiedu b'mod sinifikanti u jeżerċitaw pressjoni akbar fuq il-prezzijiet, fil-każ li l-miżuri anti-dumping jiġu rrevokati.

(162)

L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti f'dan ir-rigward ma ġietx ikkontestata mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li kkontradixxiet din l-informazzjoni.

3.7.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(163)

Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu revokati, il-Kummissjoni qieset l-attrattività tas-suq tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet.

(164)

F'dan ir-rigward, analiżi tal-istatistika dwar il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż mhijiex utli, peress li kemm il-materja prima kif ukoll il-prodott lest huma rrapportati taħt l-istess kodiċijiet tas-SA fir-RPĊ.

(165)

Madankollu, analiżi tat-tweġibiet fil-kampjun ipprovduta mill-produtturi Ċiniżi turi li – bħala medja – dawn jitolbu prezzijiet ogħla lis-suq tal-UE milli lil swieq ta' pajjiżi terzi oħra u lis-suq domestiku, minkejja l-miżuri li hemm fis-seħħ. Fil-fatt, bħala medja, il-prezzijiet lis-suq tal-UE kienu 5 % - 10 % ogħla mill-prezzijiet lil pajjiżi terzi oħra, u bħala medja 20 % - 25 % ogħla mill-prezzijiet fis-suq domestiku.

(166)

Kif indikat fit-talba għal rieżami, kemm it-Turkija kif ukoll l-Indja applikaw miżuri anti-dumping kontra l-foil tal-aluminju mir-RPĊ mill-2014 u mill-2017 rispettivament. F'każ li l-miżuri tal-UE fuq il-foil tal-aluminju tad-djar jitħallew jiskadu, l-eżistenza ta' miżuri fil-konfront tal-importazzjonijiet lejn dawn is-swieq u l-attraenza tas-suq tal-UE f'termini tal-prezz iżidu ħafna l-probabbiltà ta' ridirezzjoni tal-bejgħ lejn is-suq tal-UE.

(167)

Il-volumi sinifikanti tal-esportazzjoni u l-ishma mis-suq mir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali (12 994 tunnellata, 13,4 %) u l-esportazzjoni kontinwa tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat (1 519-il tunnellata, 1,8 %), jippermettu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ.

(168)

Konsegwentement, f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni x'aktarx jiżdiedu b'mod sinifikanti fi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

3.7.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta' dumping

(169)

Abbażi ta' dan t'hawn fuq, b'mod partikolari minħabba l-marġni ta' dumping stabbilit fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fir-RPĊ, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistenna li t-tneħħija tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dumping, u li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping se jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Għalhekk huwa kkunsidrat li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri anti-dumping attwali jitħallew jiskadu.

3.7.4.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping

(170)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Minkejja l-volumi tal-importazzjoni relattivament baxxi meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni, il-marġni tad-dumping huma kkonfermati bl-analiżi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra, li jidhru li huma saħansitra aktar baxxi, kif deskritt fil-premssa (165). Fid-dawl tal-elementi eżaminati fit-taqsimiet 3.7.1 u 3.7.2, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li hemm probabbiltà kbira li l-produtturi Ċiniżi jesportaw kwantititajiet sinifikanti ta' foil tal-aluminju tad-djar lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, f'każ li l-miżuri jiskadu. Għaldaqstant, hemm evidenza ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping u, f'kull każ, ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu.

4.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(171)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien prodott minn 20 produttur magħrufa fl-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

4.2.   Kummenti preliminari

(172)

Il-Kummissjoni vvalutat il-ħsara abbażi tax-xejriet fir-rigward tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u t-tkabbir, li hija ġabret fil-livell tal-industrija totali tal-Unjoni u xejriet fir-rigward tal-prezzijiet, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-abbiltà li jżidu l-kapital u investimenti, l-istokks, ir-redditu fuq l-investiment u l-pagi, li hija ġabret fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

4.3.   Il-konsum tal-Unjoni

(173)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum ta-Unjoni billi żiedet flimkien il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni kif irrapportat mill-Eurostat.

(174)

Il-konsum tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

PIR

Konsum totali

104 521

93 058

88 707

85 666

Indiċi (2014 = 100)

100

89

85

82

Sors: Eurostat, data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(175)

Il-konsum tal-Unjoni naqas gradwalment bi 18 % fil-perjodu kkunsidrat. Analiżi ta' sena b'sena turi dan it-tnaqqis gradwali matul il-perjodu, li kellu rata aktar mgħaġġla bejn l-2014 u l-2015 u mbagħad laħaq rata kostanti bejn l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.4.   Importazzjonijiet mir-RPĊ

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(176)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fl-Unjoni abbażi tad-data tal-Eurostat fil-livell tat-TARIC u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif jidher fit-Tabella 2.

(177)

Is-sehem tas-suq u l-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

3 510

2 549

2 650

1 519

Indiċi (2014 = 100)

100

73

75

43

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (%)

3,4

2,7

3,0

1,8

Indiċi (2014 = 100)

100

82

89

53

Sors: Eurostat

(178)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2014, bi tnaqqis sinifikanti fl-2015, irkupru żgħir fl-2016 u tnaqqis sinifikanti ieħor fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, li rriżultaw fi tnaqqis ġenerali ta' 57 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet naqas minn 3,4 % għal 1,8 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(179)

Huwa rilevanti għall-analiżi tal-ħsara li jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jidħlu fl-Unjoni, b'dazji mħallsa, matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(180)

Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ irrappurtati mill-Eurostat.

(181)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ (EUR għal kull tunnellata)

2 340

2 934

2 827

2 413

Indiċi (2014 = 100)

100

125

121

103

Sors: Eurostat

(182)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'25 % bejn l-2014 u l-2015, naqsu ftit fl-2016 u mbagħad naqsu kważi għal-livell tal-2014 fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(183)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjoni medji għal kull tunnellata mir-RPĊ baqgħu aktar baxxi b'mod sinifikanti kemm mill-prezz tal-bejgħ medju għal kull tunnellata kif ukoll mill-kost tal-produzzjoni medju għal kull tunnellata tal-industrija tal-Unjoni, kif irrapportat fit-Tabella 10.

4.4.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(184)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ġew mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika, mad-data dwar il-prezz tal-importazzjoni mill-Eurostat għall-prodott taħt rieżami mir-RPĊ f'livell ta' CIF, aġġustat għal prezz tal-iżbark, li jinkludi ammont ta' dazju doganali konvenzjonali.

(185)

Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(186)

Għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, it-tqabbil wera twaqqigħ tal-prezz medju ta' 29,3 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.5.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

(187)

Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra jidhru fit-Tabella 5. Ix-xejriet tal-volum u tal-prezzijiet huma bbażati fuq id-data tal-Eurostat.

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

 

2014

2015

2016

PIR

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati)

4 011

2 525

4 029

5 119

Indiċi (2014 = 100)

100

63

100

128

Sehem mis-suq (%)

3,8

2,7

4,5

6,0

Indiċi (2014 = 100)

100

71

118

156

Prezz medju tal-importazzjoni (EUR għal kull tunnellata)

2 621

2 685

2 653

2 888

Indiċi (2014 = 100)

100

102

101

110

Sors: Eurostat

(188)

Il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra varjaw matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn naqsu b'37 % mill-2014 għall-2015, iżda mbagħad fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami rduppjaw, fejn urew żieda ġenerali ta' 28 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(189)

Peress li l-konsum totali tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, din iż-żieda ssarrfet f'żieda tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul l-istess perjodu minn 3,8 % fl-2014 għal 6,0 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(190)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ żdiedu b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu ferm aktar baxxi mil-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kif irrapportat fit-Tabella 10.

(191)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra primarjament kienu mit-Turkija, min-Norveġja u mit-Tajlandja.

(192)

Fit-talba tagħhom għal rieżami, l-applikanti saħqu li l-importazzjonijiet min-Norveġja żdiedu b'mod konsiderevoli fil-perjodu kkunsidrat mingħajr ma kien hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, skont l-għarfien tagħhom tas-suq. L-applikanti saħqu wkoll li qed isiru prattiki tat-trasbord tal-prodott taħt rieżami fit-Tajlandja u fl-Indoneżja u jissuspettaw li dawn il-prodotti joriġinaw fir-RPĊ.

(193)

Il-Kummissjoni analizzat id-data tal-Eurostat fir-rigward tal-importazzjonijiet inkwistjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni min-Norveġja, mit-Tajlandja u mill-Indoneżja żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Importazzjonijiet min-Norveġja, mit-Tajlandja u mill-Indoneżja

 

2014

2015

2016

PIR

Il-volum tal-importazzjonijiet min-Norveġja (tunnellati)

233

86

790

1 186

Indiċi (2014 = 100)

100

37

339

509

Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja (tunnellati)

0

0

70

654

Indiċi (2016 = 100)

0

0

100

934

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja (tunnellati)

0

0

0

196

Sors: Eurostat

(194)

Il-Kummissjoni mhix konxja ta' xi produzzjoni fin-Norveġja tal-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni sabet ukoll li fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet min-Norveġja, mit-Tajlandja u mill-Indoneżja kkumpensaw għalkollox it-tnaqqis tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-applikanti ressqu talba ta' ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ permezz ta' prattiki tat-trasbord fin-Norveġja, fit-Tajlandja u fl-Indoneżja. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-evidenza li waslet li ssostni din l-affermazzjoni.

4.6.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.6.1.   Kummenti ġenerali

(195)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-Istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(196)

Kif imsemmi fil-premessa (12), il-Kummissjoni ħadet kampjuni sabiex tiddetermina l-ħsara li setgħet sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(197)

Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi tal-ħsara.

(198)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li ġiet ippreżentata mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda l-produtturi kollha tal-Unjoni.

(199)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(200)

Il-Kummissjoni sabet li ż-żewġ settijiet ta' data kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(201)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi u l-produttività.

(202)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost medju tal-unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(203)

Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

104 344

96 478

89 070

86 254

Indiċi (2014 = 100)

100

92

85

83

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

160 145

163 178

144 653

147 950

Indiċi (2014 = 100)

100

102

90

92

Użu tal-kapaċità (%)

65

59

62

58

Indiċi (2014 = 100)

100

91

95

89

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(204)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat u segwa t-tnaqqis tal-konsum tal-Unjoni. It-tnaqqis sar inqas evidenti bejn l-2016 u t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(205)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, li juri li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tnaqqas għalkollox il-kapaċità biex tittratta t-tnaqqis fil-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(206)

Kien hemm varjazzjoni fl-użu tal-kapaċità matul il-perjodu kkunsidrat, iżda dan kien l-aktar baxx fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2014. B'mod ġenerali, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(207)

Il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

97 000

87 984

82 028

79 028

Indiċi (2014 = 100)

100

91

85

81

Sehem mis-suq (%)

92,8

94,5

92,5

92,3

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(208)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b'19 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis segwa t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni.

(209)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikseb sehem mis-suq bejn l-2014 u l-2015, iżda reġgħet tilfitu fl-2016. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni saħansitra huwa ftit aktar baxx milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.3.   Tkabbir

(210)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 17 % filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 18 % u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b'19 %. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat jenħtieġ li jitqies fil-kuntest tal-konsum li kien qed jonqos matul l-istess perjodu. Is-sehem mis-suq tal-Unjoni naqas ftit.

4.6.2.4.   Impjiegi u produttività

(211)

L-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

L-għadd ta' impjegati (Ekwivalenti għall-Full Time jew FTE)

1 048

1 033

1 015

977

Indiċi (2014 = 100)

100

99

97

93

Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

100

93

88

88

Indiċi (2014 = 100)

100

94

88

89

Sors: Data ppreżentata mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(212)

Minħabba tnaqqis fil-produzzjoni, l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu wkoll b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan it-tnaqqis fl-impjiegi huwa aktar baxx mit-tnaqqis ta' 17 % fil-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dan affettwa l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni, li naqset bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.6.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(213)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kostijiet tal-unità

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-bejgħ għal kull tunnellata (EUR)

3 723

3 844

3 596

3 703

Indiċi (2014 = 100)

100

103

97

99

Kost medju tal-produzzjoni għal kull tunnellata (EUR)

3 539

3 719

3 549

3 802

Indiċi (2014 = 100)

100

105

100

107

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(214)

Il-prezz medju tal-bejgħ għal kull tunnellata tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas ftit b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tiegħu għal kull tunnellata żdied b'7 % matul l-istess perjodu.

4.6.3.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(215)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2014

2015

2016

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR għal kull FTE)

26 187

26 509

26 383

25 348

Indiċi (2014 = 100)

100

101

101

97

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(216)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull ħaddiem tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.3.3.   Stokks

(217)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Stokks

 

2014

2015

2016

PIR

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

1 378

1 321

1 598

1 285

Indiċi (2014 = 100)

100

96

116

93

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(218)

Kien hemm varjazzjoni fil-livell tal-istokks tal-għeluq matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod ġenerali, dan naqas b'7 % matul dan il-perjodu.

4.6.3.4.   Il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(219)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(220)

Il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2014

2015

2016

PIR

Profittabbiltà tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

5,1

5,5

1,4

-2,8

Indiċi (2014 = 100)

100

109

27

-55

Fluss tal-flus (EUR f'eluf)

3 306

6 758

2 085

612

Indiċi (2014 = 100)

100

204

63

19

Investimenti (EUR, f'eluf)

1 818

2 068

2 074

1 887

Indiċi (2014 = 100)

100

114

114

104

Redditu fuq l-investimenti (%)

256

254

78

-115

Indiċi (2014 = 100)

100

99

30

-45

Sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(221)

B'mod ġenerali, il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset drastikament b'155 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja li din żdiedet b'9 % bejn l-2014 u l-2015, din waqgħet għal livell fejn kien qed isir telf matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(222)

Il-fluss tal-flus nett, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, naqas b'81 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan irdoppja bejn l-2014 u l-2015 iżda mbagħad naqas drastiment fl-2016 u matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(223)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti annwali fil-prodott simili li saru mill-industrija tal-Unjoni żdiedu b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(224)

Ir-redditu fuq l-investiment tal-industrija tal-Unjoni, fejn il-profitt tkejjel bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-assi, naqas b'145 % matul il-perjodu kkunsidrat u sar negattiv fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.6.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(225)

L-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi ta' ħsara żviluppaw b'mod negattiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat.

(226)

Bil-miżuri fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżomm il-livelli tal-prezzijiet u s-sehem mis-suq tagħha f'suq li kien sejjer għall-agħar.

(227)

Il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni segwew l-istess xejra negattiva bħall-konsum tal-Unjoni. Madankollu, ix-xejriet negattivi tal-profitabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment tagħha mhumiex korrelatati mal-iżviluppi negattivi tal-konsum. Dawn l-indikaturi żviluppaw b'mod pożittiv fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, wara l-impożizzjoni tal-miżuri, iżda bdew jiddeterjoraw malajr bħala riżultat tat-tnaqqis sinifikanti fil-konsum u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel inqas telf fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(228)

Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu kemm f'termini tal-volumi assoluti kif ukoll f'termini tas-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat u, kif spjegat fil-premessa (194), ikkumpensaw għalkollox it-tnaqqis tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Minkejja li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu f'livelli aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk dawn l-importazzjonijiet kinux kawża ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni, peress li t-taħlita tal-prodott tagħhom ma kinitx magħrufa. Madankollu, il-prezz medju tal-unità minn pajjiżi terzi għadu ferm ogħla mill-prezzijiet li fihom l-importazzjonijiet mir-RPĊ daħlu fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Konsegwentement, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja li dejjem sejra għall-agħar tal-industrija tal-Unjoni tikkoinċidi mal-preżenza kontinwa ta' volumi rappreżentattivi ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni, li jkomplu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk komplew iqiegħdu pressjoni kompetittiva fuq l-industrija tal-Unjoni.

(229)

Wara valutazzjoni ġenerali tal-fatturi ta' ħsara, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma tejbitx is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħha u ma rkupratx mill-ħsara materjali li l-Kummissjoni sabet fl-investigazzjoni oriġinali.

4.7.   Probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta' ħsara

(230)

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali mill-importazzjonijiet mir-RPĊ hijiex se tkompli f'każ li l-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ saru f'livelli ta' prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (il-premessa (153)) u li kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (il-premessa (169)).

(231)

Sabiex tiġi stabbilità l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tal-ħsara jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jiġu rrevokati, il-Kummissjoni analizzat (i) il-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ, (ii) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u (iii) l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(i)   Il-kapaċità żejda fir-RPĊ

(232)

Kif spjegat fil-premessi minn (157) sa (162), hemm kapaċitajiet żejda sostanzjali fir-RPĊ, li jaqbżu b'mod sinifikanti l-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda element li jista' jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ jew fi kwalunkwe suq ta' pajjiż terz ieħor fil-futur qrib. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-domanda domestika fir-RPĊ jew fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra ma setgħetx tassorbi l-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ.

(ii)   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(233)

Kif spjegat fil-premessi minn (165) sa (167), is-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien ta' 13,4 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (2010 – 2011), li juri l-livell possibbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ f'każ li l-miżuri kellhom jiskadu.

(234)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ, eżkluż id-dazju anti-dumping, kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'29,3 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Din hija indikazzjoni ta' kif x'aktarx ikun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati. Abbażi ta' dan, huwa probabbli li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni tiżdied f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati, li b'hekk twassal biex l-industrija tal-Unjoni ssofri aktar ħsara.

(235)

Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi mir-RPĊ huma probabbli li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kemm f'termini tal-volum kif ukoll f'termini tas-sehem mis-suq, u bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(iii)   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(236)

Il-preżenza kontinwa ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni u l-politika tagħhom ta' prezzijiet baxxi ma ħallewx lill-industrija tal-Unjoni tibbenefika b'mod sħiħ mill-miżuri eżistenti anti-dumping u tirkupra minn prattiki ta' dumping ta' ħsara tal-passat. Minħabba l-preżenza ta' dawn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tirrifletti l-kostijiet miżjuda fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li kkawża deterjorament sinifikanti fil-profitabbiltà tagħha għal livelli fejn kien qed isir telf fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(237)

F'każ li l-miżuri jiġu rrevokati, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi żżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha kontra importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ. Hemm probabbiltà kbira li s-sehem mis-suq tar-RPĊ jiżdied b'mod rapidu f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. It-telf ta' volum tal-bejgħ iwassal għal rata ta' użu saħansitra aktar baxxa u żieda fil-kost medju tal-produzzjoni. Flimkien ma' pressjoni akbar fuq il-prezzijiet, dan iwassal għal deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja diġà prekarja tal-industrija tal-Unjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, l-għeluq tas-siti tal-produzzjoni, u eventwalment l-għajbien tal-industrija.

(238)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal kontinwazzjoni ta' ħsara mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u li s-sitwazzjoni diġà prekarja tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tkompli tiddeterjora.

4.8.   Konklużjoni

(239)

Ir-revoka tal-miżuri kollha probabbilment tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' kontinwazzjoni ta' ħsara f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati.

4.9.   Probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara

(240)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li r-revoka tal-miżuri probabbilment tirriżulta f'rikorrenza ta' ħsara ulterjuri f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati. Fil-fatt, anki jekk il-ħsara kontinwa li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista' tiġi attribwita għall-importazzjonijiet inkwistjoni, il-Kummissjoni sabet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' ħsara abbażi tal-prezzijiet aktar baxxi tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi (ara l-premessa (165), il-livelli sinifikanti ta' kapaċità żejda fir-RPĊ, kif ukoll l-attraenza tas-suq tal-UE (ara t-taqsima 4.7).

5.   INTERESS TAL-UNJONI

(241)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali.

(242)

Il-Kummissjoni bbażat id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni abbażi ta' evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(243)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u ħsara, eżistewx raġunijiet konvinċenti li wasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

5.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(244)

L-investigazzjoni wriet li f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati, hemm probabbiltà kbira li s-sitwazzjoni fraġli tal-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora b'mod sinifikanti.

(245)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra r-RPĊ tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Interess tal-importaturi u tal-utenti

(246)

Kif indikat fil-premessi minn (16) u (19), l-ebda importatur jew utent ma ppreżenta ruħu u kkoopera f'din l-investigazzjoni. Kif instab f'investigazzjonijiet preċedenti b'tali nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwax b'mod negattiv lill-importaturi u lill-utenti tal-Unjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(247)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li ma huwiex fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri anti-dumping eżistenti jiġu estiżi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw mir-RPĊ.

6.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(248)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti għal din id-divulgazzjoni u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. L-ebda kumment jew sottomissjoni, jew talba għal smigħ ma waslu.

(249)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li għandhom jinżammu l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġinaw mir-RPĊ li huma imposti bir-Regolament definittiv.

(250)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għaldaqstant mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawk ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(251)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) jenħtieġ li tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (79) minnufih bl-informazzjoni rilevanti kollha. B'mod partikolari, kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija relatati mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad se jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(252)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (80), meta ammont jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta' kull xahar.

(253)

Il-miżuri li jsir provvediment għalihom f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv anti-dumping huwa bil-preżenti impost fuq importazzjonijiet tal-foil tal-aluminju bi ħxuna ta' 0,007 mm jew aktar iżda anqas minn 0,021 mm, mingħajr rinforz, sempliċiment laminat, sew jekk ibbuzzat u sew jekk le, f'rombli ta' piż baxx ta' mhux aktar minn 10 kg, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (il-kodiċi TARIC 7607111110 u 7607191010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun din li ġejja:

Kumpanija

Dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

CeDo (Shanghai) Ltd., Shanghai

14,2 %

B299

Ningbo Favored Commodity Co. Ltd., Yuyao City

14,6 %

B301

Ningbo Times Aluminium Foil Technology Co. Ltd., Ningbo

15,6 %

B300

Able Packaging Co. Ltd., Shanghai

14,6 %

B302

Guangzhou Chuanlong Aluminium Foil Product Co. Ltd., Guangzhou

14,6 %

B303

Ningbo Ashburn Aluminium Foil Products Co. Ltd., Yuyao City

14,6 %

B304

Shanghai Blue Diamond Aluminium Foil Manufacturing Co. Ltd., Shanghai

14,6 %

B305

Weifang Quanxin Aluminum Foil Co. Ltd., Linqu

14,6 %

B306

Zhengzhou Zhuoshi Tech Co. Ltd., Zhengzhou City

14,6 %

B307

Zhuozhou Haoyuan Foil Industry Co. Ltd., Zhouzhou City

14,6 %

B308

Zibo Hengzhou Aluminium Plastic Packing Material Co. Ltd., Zibo

14,6 %

B309

Yuyao Caelurn Aluminium Foil Products Co. Ltd., Yuyao

14,6 %

B310

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,6 %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddependi fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Meta kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

hu ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1.1. fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2010 u t-30 ta' Settembru 2011;

(b)

mhuwiex relatat ma' xi esportatur jew produttur ieħor fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti minn dan ir-Regolament;

(c)

effettivament esporta l-prodott deskritt fl-Artikolu 1.1. lejn l-Unjoni jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali;

il-Kummissjoni tista' temenda l-Artikolu 1.2. billi żżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali u li għaldaqstant ikunu soġġetti għad-dazju medju ponderat ta' 14,6 %.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 217/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti folji tal-aluminju f'rombli li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 11).

(3)  ĠU C 188, 14.6.2017, p. 21.

(4)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 95, 13.3.2018, p. 8).

(5)  SWD(2017) 483 final/2.

(6)  Regolament Definittiv, premessa (13) li tikkonferma l-premessi (minn 27) sa (53) tar-Regolament tal-Kummssjoni (UE) Nru 833/2012 tas-17 ta' Settembru 2012 li jimponi dazju provviżorju ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina(“ir-Regolament Inizjali”), ĠU L 251, 18.9.2012, p. 29. Ara b'mod partikolari l-Premessa (31).

(7)  Shanghai Futures Exchanges (http://www.shfe.com.cn/en/).

(8)  Ir-Regolament Inizjali, il-Premessa (33).

(9)  Ibid., il-Premessa (34).

(10)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 6-7.

(11)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 10.

(12)  http://en.pkulaw.cn/display.aspx?cgid=311950&lib=law, ikkonsultat fil-25 ta' Jannar 2019.

(13)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 20-21.

(14)  Ir-Rapport – Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(15)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 120-121.

(16)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 122-135.

(17)  Ir-Rapport – Kapitolu 7, p. 167-168.

(18)  Ir-Rapport – Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(19)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 108-109.

(20)  Ir-Rapport – Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.

(21)  Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 104-109.

(22)  OECD (2019), “Measuring distortions in international markets: the aluminium value chain”, OECD Trade Policy Papers, No. 218, OECD Publishing, Paris, https://doi.org/10.1787/c82911ab-en.

(23)  Studju tal-OECD, p. 29.

(24)  Il-Kummissjoni Awstraljana Kontra d-Dumping, Aluminium Extrusions from China (Estrużjonijiet tal-Aluminju miċ-Ċina), REP 248, p. 79 (it-13 ta' Lulju 2015).

(25)  Taube, M. (2017). Analysis of Market Distortions in the Chinese Non-Ferrous Metals Industry (Analiżi tad-Distorsjonijiet tas-Suq fl-Industrija Ċiniża tal-Metalli Mhux Ferrużi), Think!Desk, l-24 ta' April 2017, p. 51.

(26)  Ara pereżempju r-rapport li jikkonċerna n-nuqqas tal-gvern provinċjali ta' Shandong biex irażżan l-espansjoni tal-kapaċità tal-aluminju: https://mp.weixin.qq.com/s?__biz=MzI2OTUyMzA0Nw==&mid=2247494318&idx=1&sn=9690ca50845c19f38eafff659516817a&chksm=eaddaba6ddaa22b071a5e2588aa787ed6f6a1a964ccae55c4d85c6f7ccbfcb5cedd3cdceac9d&scene=0&pass_ticket=JFplYZoDqNTFmOPYUGJbMwF0XlC1N3hAJ3EYPpsKx6rkt4fSeZ4TwIvB5BffX4du#rd (aċċessat fit-22 ta' Frar 2019).

(27)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 387-388.

(28)  Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 100-101.

(29)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 26.

(30)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 31-32.

(31)  Ara https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU, ikkonsultat fil-25 ta' Jannar 2019.

(32)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 388.

(33)  http://www.chalco.com.cn/chalcoen/rootfiles/2018/04/19/1524095189602052-1524095189604257.pdf, ikkonsultat fit-8 ta' Marzu 2019

(34)  Ir-Rapport – Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(35)  It-13-il Pjan ta' ħames snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), http://en.ndrc.gov.cn/newsrelease/201612/P020161207645765233498.pdf.

(36)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 377.

(37)  Ir-Rapport – Kapitolu 12, p. 275-282 u l-Kapitolu 15, p. 378-382.

(38)  Ir-Rapport – Kapitolu 12, p. 275-282

(39)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 378-382, 390.

(40)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 384-385.

(41)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 382-383.

(42)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 385-386.

(43)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 386.

(44)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 377 - 387.

(45)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 378 u 389; Studju tal-OECD, p. 25-26.

(46)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 390 – 391.

(47)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 392 – 393.

(48)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 393 – 394.

(49)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, pp. 395 – 396.

(50)  Il-provvista ta' elettriku bi prezz orħos huwa rrapportat ukoll minn sorsi oħra. Ara pereżempju: Economic Information Daily: Tħassib dwar it-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir, ir-reġjun tal-Punent joħroġ politiki preferenzjali biex jappoġġja l-industriji b'konsum għoli tal-enerġija http://jjckb.xinhuanet.com/2012-07/24/content_389459.htm (ikkonsultat fit-22 ta' Frar 2019), li jirrapporta dwar kif il-provinċji Ċiniżi tal-Punent, bħal Shaanxi, Ningxia, Qinghai u Gansu, komplew jipprovdu l-elettriku bi prezz irħis biex jattiraw aktar investimenti.

(51)  Ibid., p. 16, p. 30. Madankollu, l-awtoritajiet Ċiniżi jinterferixxu fir-rigward ta' inputs oħrajn ukoll. Eżempju tipiku huwa l-faħam, fejn il-gvern għandu s-setgħa li jbaxxi ż-żidiet fil-prezz tal-faħam. Ara: https://policycn.com/policy_ticker/coal-price-unlikely-to-jump-during-heating-season/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat fit-22 ta' Frar 2019).

(52)  Ibid., p. 16-18.

(53)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 138-149.

(54)  Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 216.

(55)  Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 213-215.

(56)  Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 209-211.

(57)  Memorandum ta' Deċiżjoni għad-Determinazzjoni Affermattiva Preliminari: Investigazzjoni dwar id-Dazju Kumpensatorju ta' ċertu Foil tal-Aluminju mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ippubblikata mill-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali, id-Dipartiment tal-Kummerċ, fis-7 ta' Awwissu 2017, IX.E. p. 30, disponibbli fuq https://enforcement.trade.gov/frn/summary/prc/2017-17113-1.pdf (ikkonsultat l-aħħar fil-11 ta' Marzu 2019).

(58)  Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 332-337.

(59)  Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 336.

(60)  Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 337-341.

(61)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 114-117.

(62)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 119.

(63)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 120.

(64)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(65)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(66)  Ir-Rapport – Kapitolu 15, p. 386.

(67)  Ara pereżempju: China Economic Daily: Ir-Rapporti tal-Akkademja Ċiniża tax-Xjenzi Fiskali jindikaw li l-SOEs qed jingħataw self b'rati li huma 1,5 % aktar baxxi minn dawk tal-kumpaniji privati http://www.ce.cn/xwzx/gnsz/gdxw/201708/01/t20170801_24724804.shtml (ikkonsultat fit-22 ta' Frar 2019).

(68)  Studju tal-OECD, p. 21.

(69)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta' żvilupp, tista' titqies il-produzzjoni ta' prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.

(70)  https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income, ikkonsultat fil-25 ta' Jannar 2019.

(71)  Il-kategorija “metalli bażiċi” tinkludi l-aluminju taħt il-kodiċi C24.4.2.

(72)  Il-kodiċi NACE jinsabu fuq http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/index/nace_all.html.

(73)  Il-kostijiet lavorattivi jinsabu fuq http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2088.

(74)  L-istqarrija għall-istampa li tippubblika t-tibdil ta' kull sena fl-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi għas-settur tal-manifattura tinsab fuq http://www.turkstat.gov.tr/PreTabloArama.do?metod=search&araType=hb_x.

(75)  L-istqarrija għall-istampa li tippubblika l-prezzijiet tal-elettriku fit-Turkija tinsab fuq http://www.turkstat.gov.tr/PreHaberBultenleri.do?id=27665.

(76)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2384 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fil-Brażil wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, ĠU L 332, 18.12.2015, p. 63, il-Premessa (31).

(77)  Idem., il-Premessi (83-84).

(78)  Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, il-Foil tal-Aluminju miċ-Ċina, Investigazzjoni Nri 701-TA-570 u 731-TA-1346 (Finali), April 2018, Tabella VII-4.

(79)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, B-1049 Brussell, il-Belġju.

(80)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1.3.:

(1)

l-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li joħroġ il-fattura kummerċjali;

(2)

id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li (l-volum) ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli mibjugħ gћall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea u li huwa kopert b'din il-fattura, ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u s-sede reġistrata) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.

Data u firma”.


Top