Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R2033

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/2033 tat-18 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2019-2021

C/2018/6794

ĠU L 327, 21.12.2018, pp. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Imħassar b' 32019R2237

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/2033/oj

21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2033

tat-18 ta' Ottubru 2018

li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2019-2021

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv l-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid.

(2)

Sabiex jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta pjanijiet għall-iskartar permezz ta' att delegat għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2439 (2), il-Kummissjoni stabbiliet pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2016-2018, li kien imħassar u sostitwit mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 (3), wara rakkomandazzjoni konġunta mressqa mill-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall fl-2016. Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 kien emendat permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/44 (4).

(4)

Fil-31 ta' Mejju 2018 il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall ippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni wara li kkonsultaw il-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Lbiċ. Inkisbu kontribuzzjonijiet xjentifiċi mingħand il-korpi xjentifiċi rilevanti li ġew evalwati mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) (5). Fil-11 ta' Settembru 2018 saret laqgħa tal-grupp ta' esperti li għaliha attendew ir-rappreżentanti tat-28 Stat Membru, tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Parlament Ewropew bħala osservatur, u ġew diskussi l-miżuri kkonċernati.

(5)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 kien jinkludi eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għall-iskampu maqbud bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Subżoni 8 u 9 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), billi l-evidenza xjentifika eżistenti indikat il-possibbiltà ta' rati ta' sopravivenza għoljin, filwaqt li tqiesu l-karatteristiċi tal-irkapti użati biex jimmiraw lejn dik l-ispeċi, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema. Fl-evalwazzjoni (6) tiegħu l-STECF ikkonkluda li l-esperimenti u l-istudji l-aktar reċenti li ġew kompletati mill-2016 sal-2018 juru rati ta' sopravivenza fil-firxa tar-rata ta' sopravivenza osservata fil-ħidma preċedenti. Għalhekk, billi ċ-ċirkostanzi ma nbiddlux, dik l-eżenzjoni ta' sopravivenza għandha tinżamm fil-pjan għall-iskartar demersali tal-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2019-2021.

(6)

Għar-rebekkini u r-raj maqbudin b'kull tip ta' rkaptu fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES, ma hemmx evidenza xjentifika dettaljata dwar ir-rati ta' sopravivenza għas-segment u l-kombinazzjonijiet kollha ta' flotot li jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Madankollu, bi ftit eċċezzjonijiet, ir-rati ta' sopravivenza huma meqjusin bħala ġeneralment robusti, iżda huma meħtieġa iktar dettalji. Sabiex tinġabar din id-data, is-sajd ikun irid jitkompla u b'hekk, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni għandha tingħata, iżda li l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-obbligu li jissottomettu d-data rilevanti li tippermetti l-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni. L-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jissottomettu malajr kemm jista' jkun sal-31 ta' Mejju ta' kull sena: (a) pjan direzzjonali żviluppat biex iżid is-sopravivenza u biex jimla l-lakuni fid-data identifikati mill-STECF, biex jiġi vvalutat kull sena mill-STECF, (b) rapporti annwali dwar il-progress u kwalunkwe modifiki jew aġġustamenti li jsiru għall-programmi ta' sopravivenza.

(7)

Meta jitqiesu r-rati ta' sopravivenza tar-rebekkini u r-raj, ir-raja kukù (Leucoraja naevus) nstabu li għandhom rata ta' sopravivenza konsiderevolment iktar baxxa minn speċijiet oħrajn, u li ma hemmx biżżejjed fehim xjentifiku robust tagħhom. Madankollu jekk din l-ispeċi tiġi eskluża kompletament mill-eżenzjoni dan jipprevjeni s-sajd u l-ġbir kontinwu u preċiż ta' data. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din l-eżenzjoni għandha tingħata biss għal sena waħda u li għandhom jiġu żviluppati studji ġodda u miżuri mtejba ta' sopravivenza bħala kwistjoni ta' urġenza u li dawn jiġu pprovduti lill-STECF għal valutazzjoni malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju 2019.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll eżenzjoni ta' sopravivenza għall-paġella ħamra maqbuda bl-irkaptu artiġjanali “voracera” fid-Diviżjoni 9a tal-ICES. L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika sabiex juru r-rati ta' sopravivenza għall-qbid skartat tal-paġella ħamra. L-evidenza kienet sottomessa lill-STECF li kkonkluda li l-eżenzjoni hija ġustifikata sew. Għalhekk jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiddaħħal fil-pjan għall-iskartar il-ġdid għas-snin 2019-2021.

(9)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll eżenzjoni ta' sopravivenza għall-paġella ħamra maqbuda bis-snanar u l-lenzi fis-Subżona 10 tal-ICES. L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika sabiex juru r-rati ta' sopravivenza tal-paġella ħamra f'dak is-sajd. L-evidenza kienet sottomessa lill-STECF li kkonkluda li l-eżenzjoni hija ġustifikata sew. Għalhekk jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiddaħħal fil-pjan għall-iskartar il-ġdid għas-snin 2019-2021.

(10)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 kien jinkludi eżenzjonijiet de minimis mill-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal-lingwata komuni maqbuda bi xbieki tat-tkarkir bi travu u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-Diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES u għal-lingwata komuni maqbuda bil-pariti u l-għeżula fid-Diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri għal dawk l-eżenzjonijiet fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida kienet evalwata mill-STECF (7). L-STECF ikkonkluda li r-rakkomandazzjoni konġunta fiha argumenti motivati b'rabta mad-diffikultà biex tiżdied is-selettività flimkien mal-ispejjeż sproporzjonati tal-ipproċessar tal-qabdiet mhux mixtieqa. Għalhekk, billi ċ-ċirkostanzi ma nbiddlux, l-eżenzjonijiet de minimis għandhom jinżammu fil-pjan għall-iskartar demersali għall-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2019-2021.

(11)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 kien jinkludi eżenzjoni de minimis mill-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-merluzz maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES. L-evidenza pprovduta mill-Istati Membri għal dik l-eżenzjoni kienet evalwata mill-STECF, li kkonkluda (8) li għandhom jitwettqu iktar provi sabiex jiġi vvalutat it-titjib fis-selettività. Sabiex tinġabar din id-data, is-sajd ikun irid jitkompla u b'hekk, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni jenħtieġ li tingħata, iżda l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-obbligu li jissottomettu d-data rilevanti li tippermetti l-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni. Għalhekk, l-eżenzjoni de minimis jenħtieġ li tingħata proviżorjament sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri konċernati jentħtieġ li jwettqu provi addizzjonali u jipprovdu informazzjoni malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju 2019 għal valutazzjoni mill-STECF.

(12)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida fiha eżenzjonijiet de minimis ġodda għal:

il-fonsa ħamra maqbuda bis-snanar u l-lenzi fis-Subżona 10 tal-ICES,

il-lipp abjad maqbud bis-snanar u l-lenzi fis-Subżona 10 tal-ICES,

is-sawrell maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

is-sawrell maqbud bl-għeżula fis-Subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF),

il-kavall maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-kavall maqbud bl-għeżula fis-Subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF,

l-inċova maqbuda bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-pixxitrombetta maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-megrim maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-megrim maqbud bl-għeżula fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-barbun tat-tbajja' maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

Il-barbun tat-tbajja' maqbuda bl-għeżula fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-petriċa maqbuda bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-petriċa maqbuda bl-għeżula fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-merlangu maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-merlangu maqbud bl-għeżula fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-pollakkju maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-pollakkju maqbud bl-għeżula fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES,

il-lipp abjad maqbud bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fid-Diviżjoni 9a tal-ICES,

il-paġella ħamra maqbuda bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fid-Diviżjoni 9a tal-ICES,

il-lingwata maqbuda bix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni fid-Diviżjoni 9a tal-ICES.

(13)

L-Istati Membri pprovdew informazzjoni għall-eżenzjonijiet de minimis għall-fonsa ħamra u l-lipp abjad maqbudin bis-snanar u l-lenzi fis-Subżona 10 tal-ICES. L-STECF evalwa dik l-evidenza u kkonkluda li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fiha argumenti raġonati li juru li huwa diffiċli li jinkiseb iktar titjib fis-selettività jew li dan jimplika spejjeż sproporzjonati fl-immaniġġjar tal-qabdiet mhux intenzjonati. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet de minimis jiġu inklużi fil-pjan għall-iskartar il-ġdid għas-snin 2019-2021.

(14)

L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri jenħtieġ li tkun kompluta fir-rigward tal-eżenzjonijiet de minimis il-ġodda għal dawn l-ispeċijiet individwalment:

is-sawrell, il-kavall, l-inċova, il-pixxi trumbetta, il-megrim, il-barbun tat-tbajja', il-petriċa, il-merlangu, u l-pollakkju maqbudin bix-xbieki tat-karkir u t-tartaruni fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

il-megrim, il-barbun tat-tbajja', il-merlangu u l-pollakkju maqbudin bl-għeżula fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

is-sawrell u l-kavall maqbudin bl-għeżula fis-Subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u ż-Żoni 34.1.1, 34.1.2, u 34.2.0 tal-CECAF; kif ukoll

il-lipp abjad, il-paġella ħamra u l-lingwata maqbudin bix-xbieki tat-karkir u t-tartaruni fid-Diviżjoni 9a tal-ICES.

Taħt dawk iċ-ċirkostanzi, dawn l-eżenzjonijiet individwali għal kull speċi jenħtieġ li jkunu limitati għal sena waħda u l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-obbligu li jissottomettu d-data rilevanti li tippermetti l-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni. Dawn l-eżenzjonijiet de minimis jenħtieġ li jingħataw proviżorjament sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri konċernati jenħtieġ li jwettqu provi addizzjonali u jipprovdu informazzjoni malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju 2019 għal valutazzjoni mill-STECF.

(15)

Sabiex jiġu żgurati stimi affidabbli tal-livelli ta' skartar sabiex jiġu stabbiliti l-qabdiet annwali totali (TACs), jenħtieġ li l-Istati Membri, fil-każijiet fejn l-eżenzjoni de minimis hija bbażata fuq l-estrapolazzjoni ta' sitwazzjonijiet b'data limitata u informazzjoni dwar il-flotot parzjali, jiżguraw provvista ta' data preċiża u verifikabbli għall-flotta sħiħa koperta minn din id-dispożizzjoni de minimis.

(16)

Il-miżuri ssuġġeriti fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida huma konformi mal-Artikolu 15(4), l-Artikolu 15(5)(c) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(17)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni qieset kemm il-valutazzjoni tal-STECF kif ukoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu ta' ħatt l-art fl-1 ta' Jannar 2019. F'diversi każijiet, l-eżenzjonijiet jeħtieġu li jitkomplew l-attività tas-sajd u l-ġbir ta' data sabiex jiġu indirizzati l-kummenti tal-STECF. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqis bħala approċċ pragmatiku u prudenti lejn il-ġestjoni tas-sajd, li tippermetti eżenzjonijiet fuq bażi temporanja, bil-fehim li jekk ma tagħmilx hekk dan jipprevjeni l-ġbir ta' data meħtieġ li huwa indispensabbli għal ġestjoni xierqa u informata tal-qabdiet skartati fid-dawl tad-dħul fis-seħħ bis-sħiħ tal-obbligu ta' ħatt l-art.

(18)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art

Fis-Subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u ż-Żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF), l-obbligu ta' ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-ispeċijiet demersali f'konformità ma' dan ir-Regolament għall-perjodu 2019-2021.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

 

“Voracera” tfisser irkaptu tas-sajd artiġjanali, xlief bis-sunnara mekkanizzat iddisinjat u mibni lokalment, użat mill-flotta artiġjanali li tistad għall-paġella ħamra fin-Nofsinhar ta' Spanja fid-Diviżjoni 9a tal-ICES.

Artikolu 3

Eżenzjoni ta' sopravivenza għall-iskampu

1.   L-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għall-ispeċijiet li l-evidenza xjentifika għalihom turi rati ta' sopravivenza għoljin, kif stipulat fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandha tapplika għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES bix-xbieki tat-tkaxkir tal-qiegħ (kodiċijiet tal-irkaptu (9): OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, TBB, OT, PT u TX).

2.   Meta jiġi skartat l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles sħiħ, minnufih, u fiż-żona fejn ikun inqabad.

Artikolu 4

Eżenzjoni ta' sopravivenza għar-rebekkini u r-raj

1.   L-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għall-ispeċijiet li l-evidenza xjentifika għalihom turi rati ta' sopravivenza għoljin, kif stipulat fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandha tapplika għar-rebekkini u r-raj (Rajiformes) maqbudin b'kull tip ta' rkaptu fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES. Meta r-rebekkini u r-raj jinqabdu f'dik iż-żona, dawn għandhom jinħelsu minnufih.

2.   L-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom, kull sena, jippreżentaw l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Awwissu ta' kull sena.

3.   L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għar-raja kukù sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jissottomettu malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju 2019, informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika din l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija qabel l-1 ta' Awwissu 2019.

Artikolu 5

Eżenzjoni ta' sopravivenza għall-paġella ħamra

1.   L-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għall-ispeċijiet li l-evidenza xjentifika għalihom turi rati ta' sopravivenza għoljin, kif stipulat fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandha tapplika għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) maqbuda bl-irkaptu artiġjanali voracera użat fid-Diviżjoni 9a tal-ICES u għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) maqbuda bis-snanar u l-lenzi fis-Subżona 10 tal-ICES.

2.   Meta tiġi skartata l-paġella ħamra li tinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, din għandha tinħeles minnufih.

Artikolu 6

Eżenzjonijiet de minimis

1.   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin skont l-Artikolu 15(5)(c) ta' dak ir-Regolament:

(a)

għall-merluzz (Merluccius merluccius), sa mhux aktar minn 6 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(b)

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa mhux iktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT and TX) fid-Diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES;

(c)

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa mhux iktar minn 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw il-pariti u l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR u GEN) fid-Diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES;

(d)

għall-fonsa ħamra (Beryx spp.), sa mhux iktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw is-snanar u l-lenzi (kodiċijiet tal-irkaptu: LHP, LHM, LLS, LLD) fis-Subżona 10 tal-ICES;

(e)

għal-lipp abjad (Phycis blennoides), sa mhux iktar minn 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw is-snanar u l-lenzi (kodiċijiet tal-irkaptu: LHP, LHM, LLS, LLD) fis-Subżona 10 tal-ICES;

(f)

għas-sawrell (Trachurus spp.), sa mhux iktar minn 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(g)

għas-sawrell (Trachurus spp.), sa mhux iktar minn 3 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-Subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u ż-Żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tal-CECAF;

(h)

għall-kavall (Scomber scombrus), sa mhux iktar minn 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(i)

għall-kavall (Scomber scombrus), sa mhux iktar minn 3 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-Subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES u ż-Żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tal-CECAF;

(j)

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), sa mhux iktar minn 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(k)

għall-pixxitrombetta (Caproidae), sa mhux iktar minn 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(l)

għall-megrim (Lepidorhombus spp.), sa mhux iktar minn 5 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(m)

għall-megrim (Lepidorhombus spp.), sa mhux iktar minn 4 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(n)

għall-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa), sa mhux iktar minn 5 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(o)

għall-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa), sa mhux iktar minn 4 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(p)

għall-petriċa (Lophiidae), sa mhux iktar minn 5 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(q)

għall-petriċa (Lophiidae), sa mhux iktar minn 4 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(r)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa mhux iktar minn 5 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(s)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa mhux iktar minn 4 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(t)

għall-pollakkju (Pollachius pollachius), sa mhux iktar minn 5 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TBB, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(u)

għall-pollakkju (Pollachius pollachius), sa mhux iktar minn 4 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw l-għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GND, GNC, GTR, GTN) fis-Subżoni 8 u 9 tal-ICES;

(v)

għal-lipp abjad (Phycis blennoides), sa mhux iktar minn 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TB, TBN, TBS, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fid-Diviżjoni 9a tal-ICES;

(w)

għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), sa mhux iktar minn 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TB, TBN, TBS, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fid-Diviżjoni 9a tal-ICES;

(x)

għal-lingwata (Solea spp.), sa mhux iktar minn 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TB, TBN, TBS, OT, PT, TX, SSC, SPR, SDN, SX, SV) fid-Diviżjoni 9a tal-ICES.

2.   L-eżenzjonijiet de minimis stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (f)-(x) għandhom japplikaw proviżorjament sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju 2019, l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija qabel l-1 ta' Awwissu 2019.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2439 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 36).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 33).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/44 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 7, 12.1.2018, p. 1).

(5)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf

(6)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf

(7)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf

(8)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf

(9)  Il-kodiċijiet tal-irkapti li ntużaw f'dan ir-Regolament jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.


Top