This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R2017
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/2017 of 18 December 2018 authorising the placing on the market of syrup from Sorghum bicolor (L.) Moench as a traditional food from a third country under Regulation (EU) 2015/2283 of the European Parliament and of the Council and amending Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2470 (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2017 tat-18 ta' Diċembru 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2017 tat-18 ta' Diċembru 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/8453
ĠU L 323, 19.12.2018, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2017
tat-18 ta' Diċembru 2018
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. L-ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huwa ikel ġdid iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(2) |
Bi qbil mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel tradizzjonali minn pajjiż terz. Fil-5 ta' April 2018, il-kumpanija Sorghum Zrt. (“l-applikant”) ippreżentat notifika lill-Kummissjoni li kienet biħsiebha tqiegħed il-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench fis-suq tal-Unjoni bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant qed jitlob li l-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench jiġi kkunsmat mill-popolazzjoni ġenerali fil-forma naturali tiegħu, inkella bħala ingredjent tal-ikel. |
(4) |
Id-data ddokumentata ppreżentata mill-applikant turi li l-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench għandu storja ta' użu sikur bħala ikel fl-Istati Uniti. |
(5) |
Bi qbil mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-30 ta' April 2018, il-Kummissjoni bagħtet in-notifika valida lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). |
(6) |
Ma tressqux oġġezzjonijiet debitament motivati b'rabta mas-sigurtà għat-tqegħid tal-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench fis-suq fl-Unjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-Awtorità fil-perjodu ta' erba' xhur stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench u taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-ġulepp tas-Sorghum bicolor (L.) Moench kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetika:
|
(2) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:
|