Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018B2073

    Deċiżjoni (UE) 2018/2073 tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

    ĠU L 331, 28.12.2018, p. 213–214 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/2073/oj

    28.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/213


    DEĊIŻJONI (UE) 2018/2073 TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-24 ta' Ottubru 2018

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0087/2018),

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 (3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

    wara li kkunsidra l-azzjonijiet meħuda mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni u mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil wara d-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2018 li tipposponi l-kwittanza li wasslet għar-riżenja tas-Sur José Carreira mill-kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil fis-6 ta' Ġunju 2018;

    wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tat-3 ta' Settembru 2018 u l-miżuri korrettivi ppreżentati diġà meħuda mid-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil wara l-ħatra tiegħu f'Ġunju 2018;

    wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0299/2018),

    1.   

    Jirrifjut li jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016;

    2.   

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.   

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Antonio TAJANI

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.

    (2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

    (3)  ĠU L 248, 3.10.2018, p. 195.

    (4)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (5)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

    (6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


    Top