Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0194

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/194 tat-3 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/0494

    ĠU L 31, 4.2.2017, p. 18–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/194/oj

    4.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/18


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/194

    tat-3 ta' Frar 2017

    dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi”.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tat12 ta' Lulju 2016 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (2) (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħha, il-preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent. Madankollu, dan l-addittiv għandu jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jkun sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf insilat”, hu awtorizzat bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2016; 14(9):4556.


    ANNESS

    Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Formula kimika, deskrizzjoni, metodi analitiċi

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU tal-addittiv/kg ta' materja friska

    Additivi teknoloġiċi: addittivi tal-għalf insilat

    1k20752

    Lactobacillus diolivorans

    DSM 32074

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 li fih minimu ta' 3 × 1011 CFU/g ta' addittiv.

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074.

    Metodu analitku  (1)

    Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MRS agar (EN 15787).

    Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

    L-ispeċi kollha tal-annimali

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

    2.

    Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-għalf insilat: 1 × 108 CFU/kg ta' materjal frisk.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal minimu b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs.

    L-24 ta' Frar 2027


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top