This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2054
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2054 of 22 November 2016 derogating from Regulations (EC) Nos 2305/2003, 969/2006 and 1067/2008, Implementing Regulation (EU) 2015/2081, Regulation (EC) No 1964/2006, Implementing Regulation (EU) No 480/2012, Regulation (EC) No 1918/2006 and Implementing Regulation (EU) 2016/605 as regards the dates for lodging import licence applications and issuing import licences in 2017 under tariff quotas for cereals, rice and olive oil, and derogating from Regulation (EC) No 951/2006 as regards the dates for issuing export licences in 2017 in the out-of-quota sugar and isoglucose sectors
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2054 tat-22 ta' Novembru 2016 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1918/2006 u mir-Regolament (UE) Nru 2016/605, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2017 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006, fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni fl-2017 fis-setturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2054 tat-22 ta' Novembru 2016 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1918/2006 u mir-Regolament (UE) Nru 2016/605, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2017 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006, fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni fl-2017 fis-setturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota
C/2016/7714
ĠU L 319, 25.11.2016, pp. 3–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2018
|
25.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2054
tat-22 ta' Novembru 2016
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1918/2006 u mir-Regolament (UE) Nru 2016/605, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2017 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006, fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni fl-2017 fis-setturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim GATT XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 20(n), 144(g) u 187(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (3), (KE) Nru 969/2006 (4), (KE) Nru 1067/2008 (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 (6) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir fil-qafas tal-kwota 09.4126, tal-qamħirrum fil-qafas tal-kwota 09.4131 u ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (7) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (8) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh fil-qafas tal-kwota 09.4517 u ta' ross imfarrak fil-qafas tal-kwota 09.4079. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (9) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/605 (10) jistipulaw dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija fil-qafas tal-kwoti disponibbli. |
|
(4) |
Meta wieħed iqis il-ġranet li se jaħbtu festa tas-sena 2017, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006, u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/605, fir-rigward tad-dati għat-tressiq ta' applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji, biex ikun żgurat li jitħarsu l-volumi tal-kwoti konċernati. |
|
(5) |
L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (11) jistipula li l-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor u l-isoglukożju li jaqbżu l-kwota għandhom jinħarġu mill-Ġimgħa ta' wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f'dak il-perjodu. |
|
(6) |
Meta wieħed iqis il-ġranet li se jaħbtu festa tas-sena 2017, u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu bejn l-introduzzjoni tal-applikazzjonijiet sal-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex tkun żgurata l-ġestjoni tajba tas-suq. Għaldaqstant jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iċ-ċereali
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126, wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
2. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4126 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (12).
3. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131, wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
4. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni tal-qamħirrum imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4131 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
5. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
6. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri imressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
7. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, għas-sena 2017, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 ma jistgħux ikomplu jitressqu wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
8. B'deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/2081, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 2
Ir-ross
1. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517 wara l-Ġimgħa, 8 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
2. B'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4517 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
3. B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 wara l-Ġimgħa, 8 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
4. B'deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross miksur imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4079 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 3
Iż-żejt taż-żebbuġa
1. B'deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija ma jistgħux jitressqu wara t-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2017.
2. B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 4
Iz-zokkor u l-isoglukożju li jaqbżu l-kwota
B'deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, filwaqt li, fejn applikabbli, jitqiesu l-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jiskadi fl-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffali għall-importazzjoni ta' xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 81).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladexx, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet tal-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/605 tad-19 ta' April 2016 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja temporanja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1918/2006 (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 11).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS I
|
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali |
Dati tal-ħruġ |
|
Mill-Ġimgħa, is-7 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-14 ta' April 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, l-24 ta' April 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, it-28 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-5 ta' Mejju 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-15 ta' Mejju 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, l-4 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-11 ta' Awwissu 2017 fis-1.00pm, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-21 ta' Awwissu 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, l-20 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' Ottubru 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, is-6 ta' Novembru 2017 |
ANNESS II
|
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross |
Dati tal-ħruġ |
|
Mill-Ġimgħa, is-7 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-14 ta' April 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, is-27 ta' April 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, il-21 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, it-28 ta' April 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, il-11 ta' Mejju 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, it-28 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-5 ta' Mejju 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, it-18 ta' Mejju 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, is-26 ta' Mejju mis-13:00 sal-Ġimgħa, it-2 ta' Ġunju 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, il-15 ta' Ġunju 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, l-4 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-11 ta' Awwissu 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, l-24 ta' Awwissu 2017 |
|
Mill-Ġimgħa, l-20 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' Ottubru 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, id-9 ta' Novembru 2017 |
ANNESS III
|
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa |
Dati tal-ħruġ |
|
It-Tnejn, l-10 jew it-Tlieta, il-11 ta' April 2017 |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, il-21 ta' April 2017 |
|
It-Tnejn, it-22 jew it-Tlieta, it-23 ta' Mejju 2017 |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, l-1 ta' Ġunju 2017 |
|
It-Tnejn, is-17 jew it-Tlieta, it-18 ta' Lulju 2017 |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Erbgħa, is-26 ta' Lulju 2017 |
|
It-Tnejn, it-30 jew it-Tlieta, il-31 ta' Ottubru 2017 |
L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, id-9 ta' Novembru 2017 |
ANNESS IV
|
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota |
Dati tal-ħruġ |
|
Mit-Tnejn, l-1 sal-Ġimgħa, il-5 ta' Mejju 2017 |
L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-15 ta' Mejju 2017 |
|
mit-Tnejn, is-7 sal-Ġimgħa, il-11 ta' Awwissu 2017 |
L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-21 ta' Awwissu 2017 |