Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0353

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353 tal-10 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ĠU L 67, 12.3.2016, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/353/oj

    12.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/353

    tal-10 ta' Marzu 2016

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali. L-Anness jeħtieġ li jiġi emendat u l-entrati għal tliet persuni li huma mejta jeħtieġu li jitħassru.

    (3)

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K.H.D.M. DIJKHOFF


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    I.

    Il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

    PERSUNI

    7.

    Yuriy Gennadyevich ZHEREBTSOV

    41.

    Igor Dmitrievich SERGUN

    133.

    Pavel DREMOV

    II.

    L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin u li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    LISTA TA' PERSUNI

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Sergey Valeryevich AKSYONOV,

    Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич AKCëHOB),

    Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович Аксьонов)

    Data tat-Twelid: 26.11.1972.

    Post tat-Twelid: Beltsy (Bălți), issa r-Repubblika tal-Moldova

    Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“Trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Fid-9 ta' April 2014 huwa nħatar aġent “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-President Putin. Fid-9 ta' Ottubru 2014, huwa ġie “elett” formalment bħala l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Aksyonov imbagħad saħaq li l-karigi ta' “Kap” u “Prim Ministru” jiġu kkombinati.

    Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja.

    17.3.2014

    2.

    Vladimir Andreevich KONSTANTINOV (Владимир Андреевич Константинов)

    Data tat-Twelid: 19.11.1956

    Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova.

    Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014.

    Mis-17 ta' Marzu 2014 l'hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    3.

    Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович Темиргалиев)

    Data tat-Twelid: 15.8.1976

    Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja)

    Bħala eks Viċi Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada dwar ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    5.

    Aleksei Mikhailovich CHALIY (Алексей Михайлович Чалый)

    Data tat-Twelid: 13.6.1961

    Post tat-Twelid: Moska jew Sevastopol

    Chaliy sar “Sindku tal-Poplu ta' Sevastopol” b'nomina mill-poplu fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Huwa kien qed aġent “gvernatur” ta' Sevastopol mill-1 sal-14 ta' April 2014 u fl-2014 ġie “elett” President tal-Assemblea Leġislattiva tal-Belt ta' Sevastopol.

    17.3.2014

    6.

    Pyotr Anatoliyovych Zima (Пётр Анатольевич Зима)

    Data tat-Twelid: 29.3.1965

    Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (SBU). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata mill-eks uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

    17.3.2014

    8.

    Sergey Pavlovych TSEKOV (Сергей Павлович Цеков)

    Data tat-Twelid: 29.9.1953 jew 23.9.1953 jew 28.9.1953

    Post tat-Twelid: Simferopol

    Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f'dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

    Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    9.

    Ozerov, Viktor Alekseevich (Виктор Алексеевич Озеров)

    Data tat-Twelid: 5.1.1958

    Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia

    President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    11.

    Klishas, Andrei Aleksandrovich (Андрей Александрович Клишас)

    Data tat-Twelid: 9.11.1972

    Post tat-Twelid: Sverdlovsk

    President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

    17.3.2014

    14.

    TOTOONOV, Aleksandr Borisovich (Александр Борисович Тотоонов)

    Data tat-Twelid: 3.4.1957

    Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, fit-Tramuntana ta' Ossetia

    Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    15.

    PANTELEEV, Oleg Evgenevich (Олег Евгеньевич Пантелеев)

    Data tat-Twelid: 21.7.1952

    Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan

    L-eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali.

    Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Attwalment l-Ewwel Viċi Gvernatur ta' Kurgan Oblast u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Gvern ta' Kurgan Oblast għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    17.3.2014

    19.

    VITKO, Aleksandr Viktorovich (Александр Викторович Витко)

    Data tat-Twelid: 13.9.1961

    Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja)

    Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

    17.3.2014

    33.

    Elena Borisovna MIZULINA (imwielda DMITRIYEVA) (Елена Борисовна Мизулина (imwielda Дмитриева)

    Data tat-Twelid: 9.12.1954

    Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma

    L-eks Deputat fid-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

    Minn Settembru 2015 'l hawn, Membru tal-Kunsill Federali mir-reġjun Omsk.

    21.3.2014

    36.

    Oleg Genrikhovich SAVELYEV (Олег Генрихович Савельев)

    Data tat-Twelid: 27.10.1965

    Post tat-Twelid: Leningrad

    L-eks Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    Attwalment Viċi Kap tal-Persunal tal-Gvern Russu, responsabbli mill-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Governattiva dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    29.4.2014

    45.

    Andriy Yevgenovych PURGIN (Андрiй Eвгенович Пургiн),

    Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич Пургин)

    Data tat-Twelid: 26.1.1972

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    29.4.2014

    46.

    Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн),

    Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин)

    Data tat-Twelid: 9.5.1981 jew 9.5.1982

    Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

    Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    29.4.2014

    47.

    TSYPLAKOV Sergey Gennadevich (Цыплаков Сергей Геннадьевич)

    Data tat-Twelid: 1.5.1983

    Post tat-twelid: Khartsyzsk, Oblast ta' Donetsk

    Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja tal-Poplu ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

    29.4.2014

    48.

    Igor Vsevolodovich GIRKIN (Игорь Всеволодович Гиркин) magħruf ukoll bħala Igor STRELKOV (Ihor STRIELKOV)

    Data tat-Twelid: 17.12.1970

    Post tat-Twelid: Moska

    Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”. Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    29.4.2014

    53.

    Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич Козюра)

    Data tat-Twelid: 19.12.1962

    Post tat-Twelid: Zaporozhye

    Il-Kap ta' qabel tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

    Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaluy.

    12.5.2014

    54.

    Viacheslav PONOMARIOV, Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV (В'ячеслав Володимирович Пономарьов), Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV (Вячеслав Владимирович Пономарëв)

    Data tat-Twelid: 2.5.1965

    Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk)

    “Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta' qabel ta' Slaviansk (sal-10 ta' Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov huma involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lil Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    12.5.2014

    57.

    Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV (Олег Анатолтович Царьов), Oleg Anatolevich TSAREV (Олег Анатольевич Цаpëв)

    Data tat-Twelid: 2.6.1970

    Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

    Qabel kien Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti. Qabel kien “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki tal-Poplu” (“Parlament ta' Novorossiya”).

    12.5.2014

    62.

    Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

    Data tat-Twelid: 25.7.1972

    Post tat-Twelid: Moska

    Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukreni”), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika sepatatista; imexxi l-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

    12.7.2014

    64.

    Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

    Data tat-Twelid: 9.10.1975

    Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.7.2014

    65.

    Alexander KHRYAKOV, Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич Хряков), Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр ВiTалiйович Хряков)

    Data tat-Twelid: 6.11.1958

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Qabel kien lhekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.7.2014

    71.

    Nikolay KOZITSYN (Николай Козицын)

    Data tat-Twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

    Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

    Kmandant tal-forzi Kosakki.

    Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

    12.7.2014

    81.

    Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв)

    Data tat-Twelid: 23.12.1960

    Post tat-Twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

    L-eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

    Ingħata l-medalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

    Bħalissa l-Ministru tal-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa (mit-22 ta' April 2015 'l hawn).

    25.7.2014

    83.

    Ekaterina Iurievna GUBAREVA (Екатерина Юрьевна Губарева),

    Katerina Yuriyovna GUBARIEVA (Катерина Юрiйовнa Губарева)

    Data tat-Twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

    Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson)

    Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Barranin” ta' qabel hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha jintuża biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    Membru tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    25.7.2014

    98.

    Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович Руденко)

    Data tat-Twelid: 21.1.1983

    Post tat-Twelid: Debalcevo

    Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa stqarr li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-hekk imsejjaħ “Deputat tal-Poplu” (membru) tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    99.

    Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV,

    Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV (Геннадий Николаевич Цыпкалов)

    Data tat-Twelid: 21.6.1973

    Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja)

    Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fil-milizzja tal-“Armata tax-Xlokk”. Tsypkalov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    100.

    Andrey Yurevich PINCHUK (Андрей Юрьевич Пинчук)

    Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

    Il-“Ministru tas-Sigurtà Statali” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. “Direttur eżekuttiv” tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

    12.9.2014

    102.

    Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин)

    Data tat-Twelid: 23.9.1976

    Post tat-Twelid: Moska

    Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Wieħed mill-mexxejja tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

    12.9.2014

    105.

    Mikhail Sergeyevich SHEREMET (Михаил Сергеевич Шеремет)

    Data tat-Twelid 23.5.1971

    Post tat-Twelid: Dzhankoy

    L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, intqal li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta” awtodifiża' favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    116.

    Svetlana Sergeevna ZHUROVA (Светлана Сергеевна Журова)

    Data tat-Twelid 7.1.1972

    Post tat-Twelid: Pavlov-on-the-Neva

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvotat favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    120.

    Serhiy KOZYAKOV (magħruf ukoll bħala Sergey Kozyakov) Сергей Козьяков

    Data tat-Twelid: 29.9.1982

    Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-“Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-“Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    121.

    Oleg Konstantinovich AKIMOV magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV (Олег Константинович Акимов)

    Data tat-Twelid: 15.9.1981

    Post tat-Twelid: Lugansk

    Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa “Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” tar- “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    126.

    Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV,

    Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV (Дмитрий Александрович Семенов)

    Data tat-Twelid: 3.2.1963

    Post tat-Twelid: Moska

    Il-“Viċi Prim Ministru tal-Finanzi” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    127.

    Oleg BUGROV (Олег Бугров)

    Data tat-Twelid: 29.8.1969

    Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    134.

    Alexey Yurevich MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serbian (Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ)

    Data tat-Twelid: 30.4.1991 jew fit-30.1.1991

    Post tat-Twelid: San Pietruburgu

    Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

    F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    135.

    Arseny Sergeevich PAVLOV magħruf ukoll bħala Motorola

    ApcéHий Сергеевич ПÁВЛОВ (magħruf ukoll bħala Моторoла)

    Data tat-Twelid: 2.2.1983

    Post tat-Twelid: Ukhta, Komi

    Kmandant tal-“Brigata Sparta”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

    F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    137.

    Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович Басурин)

    Data tat-Twelid: 27.6.1966 jew 21.6.1966

    Post tat-Twelid: Donetsk

    L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru tad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    138.

    Alexandr Vasilievich SHUBIN Александр Васильевич ШУБИН

    Data tat-Twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

    Post tat-Twelid: Luhansk

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” ta' qabel, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. President tal-“kummissjoni elettorali ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

    16.2.2015

    140.

    Sergey Yurevich IGNATOV (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ) magħruf ukoll bħala KUZOVLEV

     

    L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.”

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

    16.2.2015

    141.

    Ekaterina FILIPPOVA Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА

    Data tat-Twelid: 20.11.1988

    Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk

    L-hekk imsejħa “Ministru tal-Ġustizzja” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    143.

    Evgeny Vladimirovich MANUILOV (Евгений Владимирович Мануйлов)

    Data tat-Twelid: 5.1.1967

    L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Dħul u t-Taxxi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    145.

    Olga BESEDINA Ольга Игорева БЕСЕДИНА

    Data tat-Twelid: 10.12.1976

    L-hekk imsejħa “Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    148.

    Arkady Viktorovich BAKHIN (Аркадий Викторович Бахин)

    Data tat-Twelid: 8.5.1956

    Post tat-Twelid: Kaunas, Litwanja

    L-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża ta' qabel (sas-17 ta' Novembru 2015) u, f'dik il-kapaċità, kien involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

    Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.2.2015

    149.

    Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Андрей Валерьевич Картaпoлoв)

    Data tat-Twelid: 9.11.1963

    Post tat-Twelid: GDR (DDR)

    Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent sa mill-10 ta' Novembru 2015. Id-Direttur ta' qabel tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b'mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.2.2015

    LISTA TA' ENTITAJIET

     

    Isem

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (qabel magħrufa bħala PJSC Chernomorneftegaz)

    Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li tal-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-29 ta' Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “ЧЕРНОМОРНЕФТЕГАЗ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Fjuwil u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТОПЛИВА И ЭНЕРГЕТИКИ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

    12.5.2014

    2.

    Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port Feodosia” (qabel magħrufa bħala Feodosia)

    Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid bħala l-kumpanija b'responsabbiltà limitata “Port Feodosia” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ПОРТ ФЕОДОСИЯ”) fid-9 ta' Frar 2015. Fundatur: Yuri Garyevich Rovinskiy (Юрий Гарьевич Ровинский).

    12.5.2014

    10.

    L-hekk imsejħa “Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

    Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

    Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

    Il-mexxej tiegħu ta' qabel, is-Sur Pavel Gubarev, huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u talli ddikjara lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

    25.7.2014

    13.

    Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-Baħar ta' Sevastopol” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” Государственное предприятие “Севастопольский морской торговьй порт” Gosudarstvenoye) predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta r-riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpaniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-baħar ta' Sevastopol” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ ГОРОДА СЕВАСТОПОЛЯ “СЕВАСТОПОЛЬСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ”). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя).

    25.7.2014

    14.

    Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-baħar ta' Kerch”/“Kamysh-Burun” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” Государственное предприятие “Керченский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Kerchenski morskoy torgovy port)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26 ta' Marzu 2014“Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Portijiet tal-Baħar tal-Krimea’” ('О Государственном предприятии “Крьмские морские порть”) li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi tal-intrapriża statali “Port tal-Baħar Kummerċjali ta' Kerch” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa t-tieni l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Diċembru 2014 bħala l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-Baħar ta' Kerch”“Kamysh-Burun” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “КЕРЧЕНСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ ‘КАМЫШ-БУРУН’”). Fundaturi: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok-Capital”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК КЭПИТАЛ”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom Invest-Stroi”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ ИНВЕСТ-СТРОЙ”) u l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom-Beton”, irreġistrata f'Borispol, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ-БЕТОН”).

    25.7.2014

    15.

    Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali Universal -Avia Государственное предприятие “Универсал-Авиа” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’ ('О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “УНИВЕРСАЛ-АВИА”). Fundatur: Il-Ministeru tat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТРАНСПОРТА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

    25.7.2014

    16.

    Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ ‘НИЖНЯЯ ОРЕАНДА’”УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

    25.7.2014

    18.

    Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala l-entità Statali l-“Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра” Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ “ПРОИЗВОДСТВЕННО-АГРАРНОЕ ОБЪЕДИНЕНИЕ ‘МАССАНДРА’УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

    25.7.2014

    19.

    Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (qabel magħrufa bħala l-“intrapriża Statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid” Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “НАЦИОНАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ВИНОГРАДА И ВИНА ‘МАГАРАЧ’”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

    25.7.2014

    20.

    Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti Novy Svet” Государственное предприятиеЗавод шампанских вин “Новый свет” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Zavod shampanskykh vin Novy Svet”)

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 'Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Zavod shampanskykh vin Novy Svet” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-'awtoritajiet' tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-4 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ "ЗАВОД ШАМПАНСКИХ ВИН “НОВЫЙ СВЕТ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

    25.7.2014

    23.

    RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK

    РОССИЙСКИЙ НАЦИОНАЛЬНЫЙ КОММЕРЧЕСКИЙ БАНК

    Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    30.7.2014


    Top