This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0101
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/101 of 26 October 2015 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for prudent valuation under Article 105(14) (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 21, 28.1.2016, p. 54–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/06/2020
28.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/54 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/101
tas-26 ta' Ottubru 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 105(14) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirreferi għal standards tal-valutazzjoni prudenti applikabbli għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar kollha. Madankollu, l-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw l-istandards tal-Artikolu 105 għall-assi kollha mkejla bil-valur ġust. Il-kombinazzjoni tal-artikoli ta' hawn fuq timplika li r-rekwiżiti tal-valutazzjoni prudenti japplikaw għall-pożizzjonijiet b'valur ġust kollha irrispettivament minn jekk humiex miżmuma fil-portafoll tan-negozjar jew le, fejn it-terminu “pożizzjonijiet” jirreferi biss għal strumenti finanzjarji u komoditajiet. |
(2) |
Meta l-applikazzjoni tal-valutazzjoni prudenti twassal għal valur assolut miżmum fil-kotba aktar baxx għall-assi jew valur ogħla assolut għall-obbligazzjonijiet mill-valur rikonoxxut fil-kontabilità, aġġustament tal-valutazzjoni addizzjonali (AVA) għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur assolut tad-differenza bejn it-tnejn, minħabba li l-valur prudenti dejjem għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-valur ġust għall-assi u ugwali għal jew ogħla mill-valur ġust għall-obbligazzjonijiet. |
(3) |
Valutazzjoni ta' pożizzjonijiet li għaliha bidla fil-valutazzjoni tal-kontabilità tkun biss parzjali jew tal-ebda impatt fuq il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, l-AVA tkun applikata biss abbażi tal-proporzjon tal-bidla għall-valutazzjoni tal-kontijiet li jkollha impatt fuq il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni. Dawn jinkludu pożizzjonijiet soġġetti għal kontabilità għall-iħħeġġjar, pożizzjonijiet disponibbli għall-bejgħ sal-grad li l-bidliet fil-valutazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għal filtru prudenzjali u jikkorrispondu eżattament ma' pożizzjonijiet ta' tpaċija. |
(4) |
L-AVA huma determinati biss għall-finijiet ta' kalkolu tal-aġġustamenti tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, fejn meħtieġ. L-AVA ma jaffettwawx id-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (sakemm ma tapplikax d-deroga għal negozji żgħar tal-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 94 ta' dan ir-Regolament). |
(5) |
Sabiex tipprovdi qafas konsistenti li bih l-AVA ikunu kkalkulati mill-istituzzjonijiet, definizzjoni ċara tal-livell ta' ċertezza u l-elementi ta' valutazzjoni ta' inċertezza li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi ddeterminat il-valur prudenti hija meħtieġa flimkien ma' metodoloġiji definiti biex jintlaħaq il-livell meħtieġ ta' ċertezza ibbażat fuq il-kundizzjonijiet attwali tas-suq. |
(6) |
L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq, l-ispejjeż tal-għeluq u r-riskju tal-mudell tal-AVA għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-Iskoperturi tal-Valutazzjoni, li huma bbażati fuq strumenti finanzjarji jew portafolli ta' strumenti finanzjarji. Għal dawn l-għanijiet, l-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu kkombinati għal portfolli meta, minħabba l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA, l-istrumenti jkunu vvalutati abbażi tal-istess fattur ta' riskju jew meta, għal riskju tal-mudell tal-AVA, ikunu vvalutati fuq il-bażi tal-istess mudell ta' prezzijiet. |
(7) |
Minħabba li ċerti AVA li jirrelataw ma' valutazzjoni tal-inċertezza mhumiex addittivi, approċċ aggregat li jista' jieħu kont tal-benefiċċji ta' diversifikazzjoni għandu jkun permess f'ċerti kategoriji ta' AVA għall-elementi tal-AVA li mhumiex marbutin ma' element ta' spiża mistennija ta' ħruġ li mhijiex inkluża fil-valur ġust. Għall-finijiet ta' aggregazzjoni tal-AVA għandha wkoll issir possibbli li wieħed jirċievi benefiċċji ta' diversifikazzjoni fuq id-differenza bejn il-valur mistenni u l-valur prudenti sabiex banek b'valur ġust li huma diġà aktar prudenti mill-valur mistenni ma għandhomx jiksbu inqas il-benefiċċju ta' diversifikazzjoni minn dawk li jużaw il-valur mistenni bħala l-valur ġust. |
(8) |
Minħabba li istituzzjonijiet b'portafolli ta' valur ġust żgħar normalment ikunu soġġetti għal valutazzjoni limitata tal-inċertezza, għandhom jitħallew japplikaw approċċ aktar sempliċi biex issir stima tal-AVA minn dawk ta' istituzzjonijiet b'portafolli tal-valur ġust akbar. Id-daqs tal-portafolli b'valur ġust, sabiex jiġi ddeterminat jekk approċċ aktar sempliċi jistax jiġi applikat, għandu jkun valutat f'kull livell fejn ir-rekwiżiti kapitali huma kkalkolati. |
(9) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk dawn l-istituzzjonijiet applikawx b'mod korrett ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-livell aggregat ta' AVA meħtieġ, dokumentazzjoni xierqa, sistemi u kontrolli għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet. |
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
(11) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Metodoloġija għall-kalkolu tal-Aġġustamenti tal-Valutazzjoni Addizzjonali (AVA)
L-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-Aġġustamenti tal-Valutazzjoni Addizzjonali totali (“AVA”) meħtieġa biex jiġu aġġustati l-valuri ġusti għal valur prudenti u jikkalkulaw dawn l-AVA kull tliet xhur skont il-metodu provdut f'Kapitolu 3, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-metodu pprovduti fil-Kapitolu 2.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“pożizzjoni ta' valutazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew komodità jew portafoll ta' strumenti finanzjarji jew komoditajiet miżmuma kemm fil-kotba tan-negozjar kif ukoll mhux tan-negozjar, li huma mkejla bil-valur ġust; |
(b) |
“input ta' valutazzjoni” tfisser parametru ta' suq osservabbli jew mhux osservabbli jew ta' matriċi ta' parametri li jinfluwenzaw il-valur ġust ta' pożizzjoni ta' valutazzjoni; |
(c) |
“esponiment għal valutazzjoni” tfisser l-ammont ta' esponiment ta' valutazzjoni li huwa sensittiv għal moviment f'input ta' valutazzjoni. |
Artikolu 3
Sorsi tad-dejta tas-suq
1. Meta l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bbażati fuq informazzjoni tas-suq, huma jikkunsidraw l-istess firxa ta' dejta tas-suq bħad-dejta użata fl-istess proċess tal-verifika indipendenti tal-prezzijiet (“VIP”) imsemmija fl-Artikolu 105(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont kif ikun rilevanti, soġġett għall-aġġustamenti deskritti f'dan l-Artikolu.
2. L-istituzzjonijiet jikkunsidraw firxa sħiħa ta' sorsi ta' dejta tas-suq disponibbli u kredibbli sabiex jiġi ddeterminat il-valur prudenti inkluż kull waħda minn dawn li ġejjin, fejn rilevanti:
(a) |
skambju ta' prezzijiet f'suq likwidu; |
(b) |
kummerċ fi strumenti eżatt l-istess jew simili ħafna, jew minn rekords tal-istituzzjoni stess jew, fejn disponibbli, negozji mis-suq; |
(c) |
kwoti negozjabbli minn brokers u parteċipanti oħra fis-suq; |
(d) |
kunsens tad-dejta tas-servizzi; |
(e) |
kwotazzjonijiet tal-brokers indikattivi; |
(f) |
valutazzjonijiet kollaterali tal-kontroparti. |
3. Għal każijiet fejn jiġi applikat approċċ ibbażat fuq kompetenza għall-fini tal-Artikoli 9, 10 u 11, il-metodi alternattivi u sorsi ta' informazzjoni jiġu kkunsidrati, inkluż kull wieħed minn dawn li ġejjin, fejn rilevanti:
(a) |
l-użu ta' dejta proxy bbażata fuq strumenti simili li għalihom hemm biżżejjed dejta disponibbli; |
(b) |
l-applikazzjoni ta' bidliet prudenti għal inputs ta' valutazzjoni; |
(c) |
l-identifikazzjoni ta' limiti naturali għall-valur ta' strument. |
KAPITOLU II
APPROĊĊ SIMPLIFIKAT GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għall-użu ta' approċċ simplifikat
1. L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-metodu ssimplifikat deskritt f'dan il-Kapitolu biss jekk is-somma tal-valur assolut tal-assi u l-obbligazzjonijiet b'valur ġust, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, huwa inqas minn EUR 15-il biljun.
2. Assi u obbligazzjonijiet b'valur ġust li jaqblu eżatt u ta' tpaċija jkunu esklużi mill-kalkolu tal-paragrafu 1. Għall-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li bidla fi stima tal-kontabilità jkollha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni (Common Equity Tier 1, “CET1”), il-valuri tagħhom jiġu inklużi biss skont valutazzjoni rilevanti tal-impatt ta' bidla f'kapital tas-CET1.
3. Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 japplikaw fuq bażi individwali u konsolidata. Meta jkun inqabeż il-livell limitu fuq bażi konsolidata, l-approċċ ewlieni jiġi applikat għall-entitajiet kollha inklużi fil-konsolidazzjoni.
4. Meta l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ sempliċi jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjoni tal-paragrafu 1 għal żewġ trimestri konsekuttivi, jinnotifikaw immedjatament lill-awtorità kompetenti rilevanti u jaqblu dwar pjan biex jimplimentaw l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 fi żmien sitt xhur.
Artikolu 5
Determinazzjoni tal-AVA bl-approċċ simplifikat
L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bl-approċċ simplifikat bħala 0,1 % tas-somma tal-valur assolut tal-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li huma inklużi fil-limitu ta' kalkolu stipulat fl-Artikolu 4.
Artikolu 6
Determinazzjoni tal-AVA totali kalkolati bl-approċċ simplifikat
Għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ simplifkat, it-total tal-AVA għall-iskop tal-Artikolu 1 ikun l-AVA li jirriżulta mill-kalkolu tal-Artikolu 5.
KAPITOLU III
APPROĊĊ EWLIENI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-AVA
Artikolu 7
Ħarsa ġenerali lejn l-approċċ ewlieni
1. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA bl-approċċ ewlieni, bl-applikazzjoni ta' approċċ b'żewġ stadji li ġejjin:
(a) |
Huma jikkalkulaw l-AVA għal kull waħda mill-kategoriji deskritti fil-paragrafi 10 u 11 tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“livell tal-kategorija tal-AVA”) skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; |
(b) |
huma jgħoddu flimkien l-ammonti li jirriżultaw mill-punt (a) għal kull livell tal-kategorija tal-AVA li jipprovdu l-AVA totali għall-finijiet tal-Artikolu 1. |
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw livell tal-kategorija tal-AVA b'wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
(a) |
skont l-Artikoli minn 9 sa 17; |
(b) |
meta l-applikazzjoni tal-Artikoli minn 9 sa 17 mhix possibbli għal ċerti pożizzjonijiet, skont il-“metodu tar-rimedju”, li permezz tagħhom jiġu identifikati strumenti finanzjarji relatati u jikkalkulaw l-AVA bħala s-somma ta' dan li ġej:
|
Għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-ewwel paragrafu “qligħ mhux realizzat” tfisser il-bidla, fejn pożittiva, fil-valur ġust mill-bidu tan-negozju determinati fuq il-bażi, l-ewwel ġewwa, l-ewwel barra.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu tal-AVA bl-approċċ ewlieni
1. Għall-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li bidla fi stima tal-kontabilità jkollha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq Kapital tal-Grad 1, l-AVA jiġu kkalkolati biss fuq il-proporzjon tal-bidla fil-valutazzjoni tal-kontabbiltà li jkollha impatt fuq il-kapital tas-CET1.
2. Fir-rigward tal-livell tal-kategorija tal-AVA deskritti fl-Artikoli minn 14 sa 17, l-istituzzjonijiet ikollhoml-għan li jinkiseb livell ta' ċertezza f'valur prudenti li jkun ekwivalenti għal dak stipulat fl-Artikoli minn 9 sa 13.
3. L-AVA jitqiesu bħala l-eċċess fl-aġġustamenti tal-valutazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq valur prudenti identifikat, fuq kull aġġustament applikat fil-valur ġust tal-istitizzjoni li jista' jiġi identifikat bħala li jindirizza l-istess sors ta' inċertezza tal-valutazzjoni tal-AVA. Meta aġġustament applikat fil-valur ġust tal-istituzzjoni ma jistax jiġi identifikat bħala l-indirizzar kategorija ta' speċifika fil-livell fejn l-AVA rilevanti huma kkalkulati, dan l-aġġustament ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tal-AVA.
4. L-AVA dejjem ikunu pożittivi, inkluż fuq livell ta' espożizzjoni ta' valutazzjoni, il-kategorija, kemm qabel kif ukoll wara aggregazzjoni.
Artikolu 9
Kalkolu ta' AVA bi prezz tas-suq mhux ċert
1. L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA tiġi kkalkulata fuq il-livell ta' espożizzjoni tal-valutazzjoni (“l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq individwali AVA”).
2. L-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA tiġi vvalutata biss li għandha valur żero fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjoni jkollha evidenza soda ta' prezz negozjabbli għal skoperturi ta' valutazzjoni jew prezz jista' jiġi ddeterminat minn dejta kredibbli bbażata fuq suq likwidu bidirezzjonali kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 338(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(b) |
is-sorsi tad-dejta tas-suq stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ma jindikaw ebda inċertezza fil-materjal tal-valutazzjoni. |
3. Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu AVA żero, meta tiġi vvalutata l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq AVA l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-inċertezza AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 4 u 5.
4. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-valutazzjoni.
(a) |
Il-granularità li fiha dawn l-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
Kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta input ta' valutazzjoni tikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-AVA jiġu kkalkulati abbażi tal-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'dik il-matriċi. Meta input ta' valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(c) |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “miżura ta' varjanza 1” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u “miżura ta' varjanza 2” tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa. Meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti ta' metodoloġija u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali. |
5. L-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA tiġi determinata kif ġej:
(a) |
fejn teżisti dejta biżżejjed sabiex tinbena firxa ta' valuri plawżibbli għall-imput tal-valutazzjoni:
|
(b) |
fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' valuri għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti tal-input tal-valutazzjoni li huwa ekwivalenti għal dak immirat fil-punt (a). L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA; |
(c) |
l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA bbażat fuq wieħed minn dawn l-approċċi li ġejjin:
|
6. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq billi jiġu applikati għall-inċertezza tal-prezz tas-suq individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.
Artikolu 10
Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA
1. L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu kkalkulati fuq livell ta' espożizzjoni ta' valutazzjoni individwali (“spejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA”).
2. Meta istituzzjoni tkun ikkalkulat inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA għal skoperturi ta' valutazzjoni bbażati fuq prezz tal-ħruġ, l-ispiża ta' għeluq tal-AVA tista' tiġi vvalutata li għandha valur ta' żero.
3. Meta istituzzjoni tapplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 5 tal- Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jistgħu jiġu vvalutati li għandhom valur ta' żero, bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tipprovdi evidenza li hija 90 % kunfidenti li teżisti likwidità suffiċjenti biex tappoġġa l-ħruġ ta' esponiment ta' valutazzjoni relatata bi prezz medju.
4. Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu spejjeż tal-għeluq tal-AVA żero, l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.
5. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-istimar.
(a) |
Il-granularità li fiha dawn l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta l-input tal-valutazzjoni jikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-istituzzjonijiet jevalwaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bbażati fuq l-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'din il-matriċi. Meta l-input tal-valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet espliċitament jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, miżura ta' varjanza 1 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u miżura ta' varjanza 2 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa. |
(c) |
meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali. |
6. L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu determinati kif ġej:
(a) |
fejn teżisti dejta biżżejjed biex tinbena firxa ta' firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li l-valur tal-firxa li setgħu jiksbu meta joħorġu mill-esponiment tal-valutazzjoni jkun b'dak il-prezz jew prezz aħjar; |
(b) |
fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti li huwa ekwivalenti għal dak immirat fejn firxa ta' valuri plawżibbli hija disponibbli. L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA; |
(c) |
l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bl-applikazzjoni ta' 50 % tal-istima tal-firxa bejn it-talba u l-offerta kkalkulata jew skont il-punt (a) jew il-punt (b) għall-esponiment tal-valutazzjoni relatat mal-inputs tal-valutazzjoni definiti fil-paragrafu 5. |
7. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-ispejjeż tal-għeluq billi jiġu applikati l-ispejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA jew għall-formoli tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.
Artikolu 11
Il-kalkolu tal-mudell tar-riskju tal-AVA
1. L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-mudell tar-riskju AVA għal kull mudell ta' valutazzjoni (“mudell tar-riskju individwali tal-AVA”) billi jiġi kkunsidrat il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba l-eżistenza potenzjali ta' firxa ta' mudelli differenti jew kalibrazzjonijiet tal-mudell, li huma użati minn parteċipanti fis-suq, u n-nuqqas ta' prezz tal-ħruġ għal prodott speċifiku li jkun qiegħed jiġi stmat. L-istituzzjonijiet ma jikkunsidrawx il-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju li jinħoloq minħabba kalibrazzjonijiet minn parametri derivati tas-suq, li jingħata skont l-Artikolu 9.
2. Ir-riskju tal-mudell AVA jiġi kkalkulat bl-użu ta' wieħed mill-metodi definiti fil-paragrafi 3 u 4.
3. Meta jkun possibbli, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-riskju tal-mudell AVA billi jistabbilixxu firxa ta' alternattivi plawżibbli ta' valutazzjonijiet minn strateġiji alternattivi ta' mudellar u kalibrazzjoni xierqa. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa li tirriżulta ta' valutazzjonijiet fejn huma 90 % kunfidenti li jistgħu joħorġu l-valutazzjoni tal-esponiment għal dak il-prezz jew aħjar.
4. Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jużaw l-approċċ definit fil-paragrafu 3, huma japplikaw approċċ ibbażat fuq il-kompetenza biex jiġi stmat ir-riskju tal-mudell AVA.
5. L-approċċ ibbażat fuq l-esperti jikkunsidra dawn kollha li ġejjin:
(a) |
il-kumplessità tal-prodotti rilevanti tal-mudell; |
(b) |
id-diversità ta' approċċi matematiċi possibbli u parametri tal-mudell, fejn dawk il-mudelli tal-parametri ma jkunux marbuta ma' varjabbli tas-suq; |
(c) |
il-grad sa fejn is-suq ta' prodotti rilevanti huwa “one way” |
(d) |
l-eżistenza ta' riskji li ma jistgħux jiġu ħħeġġjati fil-prodotti rilevanti; |
(e) |
l-adegwatezza tal-mudell biex jaqbad l-imġiba tal-gwadan tal-prodotti fil-portafoll. |
L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-mudelli li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA.
6. Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodu deskritt fil-paragrafu 4, il-prudenza tal-metodu tkun konfermata kull sena permezz ta' tqabbil bejn dan li ġej:
(a) |
l-AVA kkalkulat bl-użu tal-metodu deskritt fil-paragrafu 4, jekk jiġi applikat għal kampjun tal-materjal ta' mudelli ta' valutazzjoni li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-metodu fil-paragrafu 3; kif ukoll |
(b) |
l-AVA prodotti bil-metodu fil-paragrafu 3 għall-istess kampjun ta' mudell ta' evalwazzjoni. |
7. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali tal-AVA għall-mudell tar-riskju billi japplikaw għall-mudell tar-riskju individwali tal-AVA l-formoli jew tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.
Artikolu 12
Kalkolu tal-firxiet tal-kreditu mhux gwadanjati tal-AVA
1. L-istituzzjonijiet jikkalkylaw firxiet tal-kreditu mhux iggwadanjati tal-AVA biex jirriflettu l-inċertezza tal-valutazzjoni fl-aġġustament meħtieġ skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li jinkludu l-valur attwali ta' telf mistenni minħabba inadempjenza tal-kontroparti fuq pożizzjonijiet derivattivi.
2. L-istituzzjonijiet jinkludu l-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq fil-kategorija tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-ispiża tal-għeluq jiġi inkluż fil-kategorija tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-mudell tar-riskju jiġi inkluż fil-kategorija tar-riskju tal-mudell tal-AVA.
Artikolu 13
Kalkolu tal-ispejjeż tal-investiment u finanzjar tal-AVA
1. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-investiment u l-finanzjament tal-AVA biex jirriflettu l-inċertezza tal-valutazzjoni fl-ispejjeż tal-finanzjament użati fil-valutazzjoni tal-prezz tal-ħruġ skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.
2. L-istituzzjonijiet jinkludu l-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq fil-kategorija tal-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-inċertezza tal-ispiża tal-għeluq jiġi inkluż fil-kategorija tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA. L-element tal-AVA relatat mal-mudell tar-riskju jiġi inkluż fil-kategorija tar-riskju tal-mudell tal-AVA.
Artikolu 14
Kalkolu tal-pożizzjonijiet konċentrati tal-AVA
1. L-istituzzjonijiet jagħmlu estimi ta' pożizzjoni konċentrata tal-AVA għall-pożizzjonijiet tal-valutazzjoni konċentrati (“pożizzjonijiet konċentrati individwali tal-AVA”) billi japplikaw approċċ fi tliet stadji li ġejjin:
(a) |
huma jidentifikaw pożizzjonijiet konċentrati ta' valutazzjoni; |
(b) |
għal kull pożizzjoni tal-valutazzjoni kkonċentrata identifikata, fejn il-prezz tas-suq applikabbli għad-daqs tal-pożizzjoni tal-valutazzjoni ma tkunx disponibbli, jagħmlu stima prudenti ta' perjodu ta' ħruġ; |
(c) |
meta perjodu ta' ħruġ prudenti jaqbeż l-għaxart ijiem, huma jagħmlu stima ta' AVA billi tiġi kkunsidrata l-volatilità tal-input tal-valwazzjoni, il-volatilità tal-firxa tal-offerta u l-impatt tal-istrateġija tal-ħruġ ipotetiku fuq il-prezzijiet tas-suq. |
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-identifikazzjoni ta' pożizzjonijiet konċentrati ta' valutazzjoni jikkunsidraw dawn kollha li ġejjin:
(a) |
id-daqs ta' kull pożizzjoni ta' valutazzjoni relattiva mal-likwidità tas-suq relatat; |
(b) |
l-abilità tal-istituzzjoni biex tagħmel kummerċ f'dak is-suq; |
(c) |
il-volum medju ta' kuljum tas-suq u l-volum tipiku tan-negozjar ta' kuljum tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet jistabbilixxu u jiddokumentaw il-metodoloġija applikata sabiex jiġu determinati valutazzjonijiet tal-pożizzjonijiet konċentrati li għalihom jiġu kalkolati pożizzjonijiet konċentrati AVA. |
3. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-pożizzjonijiet konċentrati AVA bħala s-somma tal-pożizzjonijiet konċentrati AVA.
Artikolu 15
Kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi futuri tal-AVA
1. Meta istituzzjoni tikkalkula l-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispiża tal-għeluq tal-AVA għall-esponiment tal-valutazzjoni, li jimplikaw b'mod sħiħ skopertura eżistenti, l-istituzzjoni tista' tivvaluta AVA żero għall-ispejjeż amministrattivi futuri.
2. Meta esponiment tal-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu AVA żero skont il-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż amministrattivi AVA futuri (“spejjeż amministrattivi individwali futuri AVA”) billi jikkonsidraw l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż ta' ħeġġjar futuri fuq il-ħajja mistennija tal-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom prezz ta' ħruġ dirett ma japplikax għall-ispejjeż tal-għeluq AVA, skontati b'rata li tqarreb ir-rata ħielsa mir-riskju.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-ispejjeż amministrattivi futuri jinkludu l-ispejjeż tal-persunal inkrimentali kollha u spejjeż fissi li x'aktarx ikunu involuti fil-ġestjoni tal-portafoll iżda t-tnaqqis f'dawn l-ispejjeż jista' jkun preżunt minħabba li jitnaqqas id-daqs tal-portafoll.
4. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-ispejjeż amministrattivi futuri AVA bħala s-somma tal-ispejjeż amministrattivi futuri individwali AVA.
Artikolu 16
Kalkolu ta' tmiem bikri tal-AVA
L-istituzzjonijiet jagħmlu estimi ta' tmiem bikri tal-AVA meta jikkunsidraw telf potenzjali li jirriżulta minn terminazzjonijiet bikrija mhux kuntrattwali tat-tranżazzjonijiet tal-klijenti. Tmiem bikri AVA jiġi kkalkulat billi jitqies il-perċentwal tat-tranżazzjonijiet tal-klijenti li storikament ġew mitmuma kmieni u t-telf li jirriżulta f'dawk il-każijiet.
Artikolu 17
Il-kalkolu tar-riskju operattiv tal-AVA
1. L-istituzzjonijiet jistmaw ir-riskju operattiv tal-AVA billi jevalwa t-telf potenzjali li jista' jinħoloq bħala riżultat ta' riskju operattiv relatat ma' proċessi ta' valutazzjoni. Din l-istima tinkludi valutazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' valutazzjoni li huma ġġudikati li huma ta' riskju matul il-proċess tal-prova tal-karta tal-bilanċ, inklużi dawk minħabba tilwim legali.
2. Meta istituzzjoni tapplika l-Approċċ Avvanzat ta' Kejl tar-Riskju Operattiv kif speċifikat fil-Parti Tlieta, it-Titolu III, Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, hija tista' tirrapporta riskju operattiv tal-AVA ta' żero bil-kundizzjoni li tipprovdi evidenza li r-riskju operazzjoni relatat mal-proċessi ta' valutazzjoni, kif determinat skont il-paragrafu 1, huwa ġustifikat bil-kalkolu ta' Approċċ ta' Kejl Avvanzat.
3. F'każijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tikkalkula rata ta' riskju operattiv AVA ta' 10 % tas-somma tal-livell aggregat AVA għall-inċertezza tal-prezzijiet tas-suq u l-ispejjeż tal-għeluq.
KAPITOLU IV
DOKUMENTAZZJONI, SISTEMI U KONTROLLI
Artikolu 18
Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni
1. L-istituzzjonijietjiddokumentaw b'mod xieraq il-metodoloġija prudenti ta' valutazzjoni. Din id-dokumentazzjoni tinkludi politiki interni li jipprovdu gwida dwar il-punti kollha li ġejjin:
(a) |
il-firxa tal-metodoloġiji tal-kwantifikazzjoni tal-AVA għal kull pożizzjoni tal-valutazzjoni; |
(b) |
il-ġerarkija tal-metodoloġiji għal kull klassi ta' assi, prodott, jew il-pożizzjoni tal-valutazzjoni; |
(c) |
il-ġerarkija ta' sorsi tad-dejta tas-suq użati fil-metodoloġija tal-AVA; |
(d) |
il-karatteristiċi meħtieġa ta' dejta tas-suq biex tiġġustifika l-AVA żero għal kull klassi ta' assi, prodott, jew il-pożizzjoni ta' valutazzjoni; |
(e) |
il-metodoloġija applikata meta approċċ ibbażat fuq għarfien espert jiġi użat biex tkun iddeterminata l-AVA; |
(f) |
il-metodoloġija biex jiġi determinat jekk pożizzjoni tal-valutazzjoni teħtiġx pożizzjoni kkonċentrata tal-AVA; |
(g) |
il-medda tal-ħruġ preżunta għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-AVA għall-pożizzjonijiet konċentrati, fejn rilevanti; |
(h) |
l-assi u l-obbligazzjonijiet valutati bil-valur ġust li għalihom bidla fil-valutazzjoni tal-kontabilità għandha impatt parzjali jew l-ebda impatt fuq il-kapital CET1 skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 8(1). |
2. L-istituzzjonijiet iżommu wkoll reġistri li jippermettu l-kalkolu tal-AVA f'livell ta' espożizzjoni tal-valutazzjoni biex jiġu analizzati, u l-informazzjoni dwar il-proċess tal-kalkolu tal-AVA jiġi provdut lit-tmexxija anzjana biex wieħed jifhem il-livell ta' inċertezza tal-valutazzjoni tal-portafoll ta' tal-istituzzjoni tal-pożizzjonijiet b'valur ġust.
3. Id-dokumentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 tiġi riveduta mill-inqas kull sena u approvata mill-maniġment anzjan.
Artikolu 19
Sistemi u rekwiżiti ta' kontroll
1. L-AVA l-ewwel ikunu awtorizzati u sussegwentement immonitorjata, minn unità ta' kontroll indipendenti.
2. L-istituzzjonijiet ikollhom kontrolli effettivi relatati mal-governanza tal-pożizzjonijiet kollha b'valur ġust, u riżorsi adegwati biex jimplimentaw dawn il-kontrolli u jiżguraw proċessi ta' valutazzjoni robusti anki matul perjodu ta' stress. Dawn jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a) |
mill-inqas analiżi annwali tal-prestazzjoni tal-mudell ta' valwazzjoni; |
(b) |
approvazzjoni mill-maniġers tal-bidliet kollha sinifikanti fil-politiki tal-valwazzjoni; |
(c) |
dikjarazzjoni ċara dwar l-attitudni tal-istituzzjoni lejn ir-riskji ta' esponiment għal pożizzjonijiet soġġetti għal valutazzjoni tal-inċertezza li hija mmonitorjata f'livell aggregat mal-istituzzjoni kollha; |
(d) |
indipendenza fil-proċess tal-valutazzjoni bejn it-teħid ta' riskju u unitajiet ta' kontroll; |
(e) |
proċess ta' verifika interna komprensiv dwar il-proċessi tal-istimi u l-kontrolli. |
3. l-istituzzjonijiet jiżguraw li jkun hemm kontrolli effettivi u li jiġu applikati b'mod konsistenti relatati mal-proċess ta' valutazzjoni għal pożizzjonijiet b'valur ġust. Dawn il-kontrolli jkunu soġġetti għal rieżami tal-awditjar intern regolari. Dawn il-kontrolli jinkludu kull waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
inventarju tal-prodotti mal-istituzzjoni kollha definiti b'mod preċiż, filwaqt li jkun żgurat li kull pożizzjoni ta' valutazzjoni hija unikament abbinata ma' definizzjoni ta' prodott; |
(b) |
metodoloġiji ta' valutazzjoni, għal kull prodott fl-inventarju li jkopru l-għażla u l-kalibrazzjoni tal-mudell, l-aġġustamenti ta' valur ġust, AVA, metodoloġiji ta' verifika indipendenti tal-prezzijiet applikabbli għall-prodott, u l-kejl ta' inċertezza tal-valutazzjoni; |
(c) |
proċess ta' validazzjoni li jiżgura li, għal kull prodott, kemm it-teħid tar-riskju kif ukoll id-dipartimenti rilevanti ta' kontroll japprovaw il-metodoloġiji deskritti fil-punt (b) u jiċċertifikaw li dawn jirriflettu l-prattika attwali għal kull pożizzjoni ta' valutazzjoni mmappjata skont il-prodott; |
(d) |
limiti definiti bbażati fuq dejta tas-suq osservata biex jiġi ddeterminat meta l-mudelli ta' valutazzjoni ma għadhomx aktar robusti biżżejjed; |
(e) |
proċess IPV formali bbażat fuq prezzijiet indipendenti mill-post tan-negozjar rilevanti; |
(f) |
proċessi ta' approvazzjoni ta' prodott ġdid li jirreferu għall-inventarju tal-prodotti u li jinvolvu lill-partijiet interessati interni kollha rilevanti għall-kejl tar-riskju, il-kontroll tar-riskju, ir-rappurtar finanzjarju u l-assenjazzjoni u l-verifika tal-valutazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji; |
(g) |
proċess ta' patt ġdid ta' eżami mill-ġdid biex ikun żgurat li d-dejta minn negozji ġodda tintuża biex jiġi valutat jekk il-valutazzjonijiet ta' skoperturi ta' valutazzjoni simili jibqgħux prudenti kif xieraq. |
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
Formuli biex jiġu użati għall-fini tal-aggregazzjoni tal-AVAs taħt l-Artikoli 9(6), 10(7) u 11(7)
Metodu 1
APVA |
= |
(FV – PV) – 50 % · (FV – PV) = (50 % · (FV – PV) |
AVA |
= |
Σ APVA |
Metodu 2
APVA |
= |
massimu {0, (FV – PV) – 50 % · (EV – PV)} = massimu {0, FV – 50 % · (EV + PV)} |
AVA |
= |
Σ APVA |
Fejn:
FV |
= |
Il-valur ġust ta' livell ta' esponiment ta' valwazzjoni wara li kull aġġustament ta' kontabbiltà applikat fil-valur ġust tal-istituzzjoni li jista' jiġi identifikat bħala li jindirizza l-istess sors ta' inċertezza tal-valwazzjoni bħall-AVA rilevanti, |
PV |
= |
Il-valur prudenti ta' livell ta' esponiment ta' valwazzjoni determinat skont dan ir-Regolament, |
EV |
= |
Il-valur mistenni f'livell ta' esponiment ta' valwazzjoni meħud minn firxa ta' valuri possibbli, |
APVA |
= |
Il-livell ta' esponiment ta' valwazzjoni AVA wara l-aġġustament għal aggregazzjoni, |
AVA |
= |
Il-livell tal-kategorija totali AVA wara l-aġġustament għal aggregazzjoni. |