Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 32016L2309
Commission Directive (EU) 2016/2309 of 16 December 2016 adapting for the fourth time the Annexes to Directive 2008/68/EC of the European Parliament and of the Council on the inland transport of dangerous goods to scientific and technical progress (Text with EEA relevance )
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/2309 tas-16 ta' Diċembru 2016 li tadatta għar-raba' darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/2309 tas-16 ta' Diċembru 2016 li tadatta għar-raba' darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/8318
ĠU L 345, 20.12.2016г., стр. 48—49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
В сила
20.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/48 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2309
tas-16 ta' Diċembru 2016
li tadatta għar-raba' darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) |
It-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni kif definit fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. Konsegwentement, il-verżjonijiet li ġew emendati l-aħħar ta' dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017, b'perjodu ta' tranżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2017. |
(3) |
Għalhekk, it-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2008/68/KE
Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Anness I, it-Taqsima I.1 tinbidel b'dan li ġej: “I.1. ADR Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2017, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”; |
2. |
Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tinbidel b'dan li ġej: “II.1. RID Fl-Anness tal-RID, li jidher fl-Appendiċi C tal-COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2017, huwa mifhum illi l-frażi ‘Stat Kontraenti tal-RID’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”; |
3. |
Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 tinbidel b'dan li ġej: “III.1. ADN Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2017, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’, kif xieraq.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017. Minnufih għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.