Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016L2309

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/2309 tas-16 ta' Diċembru 2016 li tadatta għar-raba' darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/8318

OJ L 345, 20.12.2016, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2309/oj

20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/48


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2309

tas-16 ta' Diċembru 2016

li tadatta għar-raba' darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

It-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni kif definit fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. Konsegwentement, il-verżjonijiet li ġew emendati l-aħħar ta' dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017, b'perjodu ta' tranżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2017.

(3)

Għalhekk, it-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2008/68/KE

Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Anness I, it-Taqsima I.1 tinbidel b'dan li ġej:

“I.1.   ADR

Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2017, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”;

2.

Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tinbidel b'dan li ġej:

“II.1.   RID

Fl-Anness tal-RID, li jidher fl-Appendiċi C tal-COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2017, huwa mifhum illi l-frażi ‘Stat Kontraenti tal-RID’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”;

3.

Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 tinbidel b'dan li ġej:

“III.1.   ADN

Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2017, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ hija sostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’, kif xieraq.”.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017. Minnufih għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


Top