Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0317

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 317/2014 tas- 27 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward l-Anness XVII (sustanzi CMR) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 93, 28.3.2014, p. 24–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/317/oj

    28.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 93/24


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2014

    tas-27 ta’ Marzu 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward l-Anness XVII (sustanzi CMR)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fl-entrati 28 sa 30 tiegħu, jipprojbixxi l-bejgħ lill-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), fil-kategoriji 1 A jew 1B jew tat-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi f’konċentrazzjoni ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Is-sustanzi inkwistjoni huma elenkati fl-Appendiċijiet 1 sa 6 mal-Anness XVII.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kien emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 (3) u (UE) Nru 944/2013 (4), għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, sabiex jiġu aġġornati jew inklużi għadd ta’ klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda tas-sustanzi CMR.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 618/2012 jistabbilixxi klassifikazzjoni armonizzata ġdida għas-sustanzi li ġejjin: fosfru tal-indju ġie kklassifikat bħala karċinoġenu 1B, fosfat tat-triksilil u 4-tert-aċidu butilbenżojku ġew ikklassifikati bħala tossiċi riproduttivi 1B.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 944/2013 jistabbilixxi klassifikazzjoni armonizzata ġdida għas-sustanzi li ġejjin: [żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja] ġie kklassifikat bħala karċinoġenu 1 A; arsenur tal-gallju ġie kklassifikat bħala karċinoġenu 1B; [żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja] ġie kklassifikat bħala mutaġenu 1B; [żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja], epossikonażol (ISO), nitrobenżen, dieżil ftalat, N-etil-2-pirrolidon, ammonjupentadekafluworoottanoat, aċidu perfluworoottanojku u 10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil ġew ikklassifikati bħala tossiċi riproduttivi 1B.

    (5)

    Peress li l-operaturi jistgħu japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f’data aktar bikrija, dawn għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament aktar kmieni, fuq bażi volontarja.

    (6)

    L-Appendiċijiet 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont l-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ April 2014.

    L-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

    L-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ April 2016.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 179, 11.7.2012, p. 3).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).


    ANNESS I

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Appendiċi 2, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:

    “fosfru tal-indju

    015-200-00-3

    244-959-5

    22398-80-7”

     

    (2)

    Fl-Appendiċi 6, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stabbiliti fiha:

    “fosfat tat-triksilil

    015-201-00-9

    246-677-8

    25155-23-1

     

    4-tert-aċidu butilbenżojku

    607-698-00-1

    202-696-3

    98-73-7”

     


    ANNESS II

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Appendiċi 2, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:

    “arsenur tal-gallju

    031-001-00-4

    215-114-8

    1303-00-0”

     

    (2)

    Fl-Appendiċi 6, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:

    “epossikonażol (ISO);

    (2RS,3SR)-3-(2-klorofenil)-2-(4-fluworofenil)-[(1H-1,2,4-triażol-1-il)metil]ossiran

    613-175-00-9

    406-850-2

    133855-98-8

     

    nitrobenżen

    609-003-00-7

    202-716-0

    98-95-3

     

    dieżil ftalat

    607-702-00-1

    201-559-5

    84-75-3

     

    N-etil-2-pirrolidon; 1-etilpirrolidin-2-on

    616-208-00-5

    220-250-6

    2687-91-4

     

    ammonjupentadekafluworoottanoat

    607-703-00-7

    223-320-4

    3825-26-1

     

    aċidu perfluworoottanojku

    607-704-00-2

    206-397-9

    335-67-1

     

    10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil

    050-027-00-7

    239-622-4

    15571-58-1”

     


    ANNESS III

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Appendiċi 1, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:

    “żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja;

    (Ir-residwu mid-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja. Solidu iswed b’punt ta’ trattib approssimattiv minn 30 °C sa 180 °C (86 °F sa 356 °F). Magħmul primarjament minn taħlita kumplessa ta’ idrokarburi aromatiċi bi ċrieki kondensati bi tliet membri jew aktar.)

    648-055-00-5

    266-028-2

    65996-93-2”

     

    (2)

    Fl-Appendiċi 2, titħassar l-entrata li ġejja:

    “żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja;

    (Ir-residwu mid-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja. Solidu iswed b’punt ta’ trattib approssimattiv minn 30 °C sa 180 °C (86 °F sa 356 °F). Magħmul primarjament minn taħlita kumplessa ta’ idrokarburi aromatiċi bi ċrieki kondensati bi tliet membri jew aktar.)

    648-055-00-5

    266-028-2

    65996-93-2”

     

    (3)

    Fl-Appendiċi 4, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stabbiliti fiha:

    “żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja;

    (Ir-residwu mid-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja. Solidu iswed b’punt ta’ trattib approssimattiv minn 30 °C sa 180 °C (86 °F sa 356 °F). Magħmul primarjament minn taħlita kumplessa ta’ idrokarburi aromatiċi bi ċrieki kondensati bi tliet membri jew aktar.)

    648-055-00-5

    266-028-2

    65996-93-2”

     

    (4)

    Fl-Appendiċi 6, tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-tabella skont l-ordni tal-entrati stipulati fiha:

    “żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja;

    (Ir-residwu mid-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja. Solidu iswed b’punt ta’ trattib approssimattiv minn 30 °C sa 180 °C (86 °F sa 356 °F). Magħmul primarjament minn taħlita kumplessa ta’ idrokarburi aromatiċi bi ċrieki kondensati bi tliet membri jew aktar.)

    648-055-00-5

    266-028-2

    65996-93-2”

     


    Top