Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0302

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2014 tal- 25 ta’ Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mit- Trichoderma reesei (CBS 126896) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 90, 26.3.2014, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/302/oj

    26.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/4


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 302/2014

    tal-25 ta’ Marzu 2014

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 126896) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 126896). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126896) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għas-simna u ħnienes miftuma, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Ottubru 2013 (2) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126896) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv itejjeb b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Trichoderma reesei (CBS 126896) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  The EFSA Journal 2013; 11(10):3432.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

    4a20

    ROAL Oy

    Endo-1,3(4)-beta-glukanażi

    EC 3.2.1.6

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 126896) b’attività minima ta’:

    forma solida: endo-1,3(4)-beta-glukanażi 200 000 BU (1)/g;

    forma likwida: endo-1,3(4)-beta-glukanażi 400 000 BU/ml.

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126896)

     

    Metodu analitiku  (2)

    Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi: metodu spettrofotometriku (DNS), abbażi tal-kwantifikazzjoni ta’ zokkor rilaxxat prodott mill-azzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi fuq ix-xgħir beta-glukan f’pH 4,8 u 50 °C.

    Tiġieġ għas-simna

    20 000 BU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

    2.

    Għall-użu fi ħnienes (miftuma) li huma ta’ piż ta bejn wieħed u ieħor 35 kg

    3.

    Għas-sigurtà: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġar.

    Il-15 ta’ April 2024

    Ħnienes (miftuma)

    10 000 BU


    (1)  1 BU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera nanomola ta’ zokkor riduċenti (ekwivalent ta’ glukożju) minn substrat ta’ beta-glukan tax-xgħir kull sekonda f’pH ta’ 4,8 u 50 °C.

    (2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top