This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0848
2014/848/EU, Euratom: Commission Implementing Decision of 26 November 2014 amending Decision 2010/4/EU, Euratom authorising Bulgaria to use statistics for years earlier than the last year but one, and to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base (notified under document C(2014) 8929)
2014/848/UE, Euratom: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/4/UE, Euratom li tawtorizza lill-Bulgarija biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta' qabel tal-aħħar u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2014) 8929)
2014/848/UE, Euratom: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/4/UE, Euratom li tawtorizza lill-Bulgarija biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta' qabel tal-aħħar u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2014) 8929)
ĠU L 343, 28.11.2014, pp. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/41 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2010/4/UE, Euratom li tawtorizza lill-Bulgarija biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta' qabel tal-aħħar u biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument C(2014) 8929)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(2014/848/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(4) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Għall-finijiet tat-tqassim tat-tranżazzjonijiet skont il-kategorija statistika stabbilita fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, il-Bulgarija hija issa f'pożizzjoni li tuża l-kontijiet nazzjonali relatati mas-sena ta' qabel tal-aħħar qabel is-sena finanzjarja li għaliha trid tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Bulgarija m'għandhiex aktar il-ħtieġa li tiġi awtorizzata tuża l-kontijiet nazzjonali għal snin aktar bikrija mis-sena ta' qabel tal-aħħar fil-każ tas-snin finanzjarji wara l-2013. L-Artikolu 1 għandu għalhekk jiġi limitat fiż-żmien sal-31 ta' Diċembru 2013. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 390a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), il-Bulgarija tista', skont il-kundizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B ta' dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tibqa' tiġi applikata f'xi wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta' Diċembru 2006; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
|
(3) |
Il-Bulgarija talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT minħabba li mhix f'pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE. Kalkolu bħal dan x'aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta' dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tal-Bulgarija tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Bulgarija hi fil-pożizzjoni li tagħmel kalkolu billi tuża stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta' tranżazzjonijiet. Il-Bulgarija għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża estimi approssimattivi. |
|
(4) |
Għall-finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni. |
|
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/4/UE, Euratom (3) skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/4/UE, Euratom hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 1 Sabiex isir tqassim skont ir-rata imsemmija fl-Artikolu 4 (4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 il-Bulgarija hija awtorizzata mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013 biex tuża ċifri miksuba mill-kontijiet nazzjonali tas-sena li tiġi t-tieni qabel tal-aħħar, jew it-tielet qabel tal-aħħar, qabel is-sena finanzjarja li għaliha tkun trid tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. Artikolu 2 Għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Bulgarija qed tiġi awtorizzata biex tuża estimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fil-punt 10, l-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE.” |
|
(2) |
L-Artikolu 3 jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Kristalina GEORGIEVA
Viċi President
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/4/UE, Euratom tat-22 ta' Diċembru 2009 li tawtorizza lill-Bulgarija biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta' qabel tal-aħħar, u biex tuża certi estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 3, 3.1.2010, p. 17).