This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0679
2014/679/EU: Commission Implementing Decision of 25 September 2014 amending Implementing Decision 2012/270/EU as regards its period of application and as regards the movement to packing facilities of potato tubers originating in areas demarcated in order to prevent the spread within the Union of Epitrix cucumeris (Harris), Epitrix similaris (Gentner), Epitrix subcrinita (Lec.) and Epitrix tuberis (Gentner) (notified under document C(2014) 6731)
2014/679/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-moviment għal faċilitajiet tal-ippakkjar ta' tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati sabiex jiġi evitat it-tixrid fl-Unjoni tal- Epitrix cucumeris (Harris), l- Epitrix similaris (Gentner), l- Epitrix subcrinita (Lec.) u l- Epitrix tuberis (Gentner) (notifikata bid-dokument C(2014) 6731)
2014/679/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-moviment għal faċilitajiet tal-ippakkjar ta' tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati sabiex jiġi evitat it-tixrid fl-Unjoni tal- Epitrix cucumeris (Harris), l- Epitrix similaris (Gentner), l- Epitrix subcrinita (Lec.) u l- Epitrix tuberis (Gentner) (notifikata bid-dokument C(2014) 6731)
ĠU L 283, 27.9.2014, p. 61–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/61 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-moviment għal faċilitajiet tal-ippakkjar ta' tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati sabiex jiġi evitat it-tixrid fl-Unjoni tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner)
(notifikata bid-dokument C(2014) 6731)
(2014/679/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/270/UE (2) tipprevedi miżuri ta' emerġenza biex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni. |
(2) |
L-iżvilupp tas-sitwazzjoni mindu d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE daħlet fis-seħħ wera li l-miżuri previsti minnha huma effikaċi u għandhom ikomplu japplikaw. Għalhekk, huwa xieraq li dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tapplika mingħajr limitazzjoni ta' żmien. |
(3) |
L-esperjenza turi li hu meħtieġ li tingħata aktar flessibilità fir-rigward tal-faċilità fejn it-tuberi tal-patata jgħaddu minn trattament li jiżgura li ma jibqax fuqhom aktar minn 0,1 % ta' ħamrija u li l-organiżmi speċifikati jitneħħew. Għalhekk, għandu jkun permess li dawk it-tuberi jiġu mċaqilqa 'l barra miż-żoni demarkati qabel iseħħ it-trattament. Il-moviment lejn dawk il-faċilitajiet għandu, madankollu, ikun soġġetti għal rekwiżiti li jiżguraw li r-riskju fitosanitarju rispettiv jitnaqqas għal livelli aċċettabbli. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-organiżmi speċifikati ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom jew jinxterdu barra miż-żona demarkata, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar ir-rimi ta' skart rilevanti tal-ħamrija u materjal ta' skart ieħor. Għal dan l-istess għan, għandhom jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti dwar il-vetturi u l-ippakkjar għat-trasport jew l-immaniġġjar ta' dawk it-tuberi tal-patata qabel ma jiċċaqalqu 'l barra miż-żona demarkata jew minn faċilità tal-ippakkjar li tkun tinsab barra minn dik iż-żona. Huwa meħtieġ ukoll li l-makkinarju użat għat-trattament ta' tuberi tal-patata fil-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra ż-żoni demarkati jitnaddaf biex tiġi evitata l-infestazzjoni ta' patata oħra mmaniġġjata mill-istess makkinarju. |
(5) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll mill-Istati Membri tal-ippakkjar 'il barra miż-żona demarkata tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f'żona ta' dan it-tip, huwa importanti li l-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra miż-żoni demarkati jkunu awtorizzati għal dak l-iskop u jkunu meħtieġa li jżommu rekords tat-tuberi tal-patata ttrattata li joriġinaw fiż-żoni demarkati. |
(6) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 It-trasport ta' tuberi tal-patata fl-Unjoni 1. Tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati fl-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 5, li jiġu ppakkjati f'dawk iż-żoni jew fil-faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 3b jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (1) tat-Taqsima 2 tal-Anness I. Tuberi tal-patata li joriġinaw f'żona demarkata, jistgħu jiġu mċaqalqa minn dik iż-żona demarkata lejn l-faċilità tal-ippakkjar li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3b li tkun qrib dik iż-żona ddemarkata sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2) tat-Taqsima 2 tal-Anness I ikunu ġew issodisfati. It-tuberi tal-patata jistgħu jinħażnu f'dik il-faċilità. Fil-każ tat-tieni subparagrafu, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
2. Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta' organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stipulat fil-punt (3) tat-Taqsima 2 tal-Anness I. Artikolu 3a Rekwiżiti li jirrigwardjaw l-vetturi, l-ippakkjar, il-makkinarju u l-ħamrija skartata 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe vettura u ppakkjar li ntużaw għat-trasport tat-tuberi tal-patata li joriġinaw f'żona demarkata qabel ma ġie ssodisfat il-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Anness I jiġu dekontaminati u mnaddfin b'mod xieraq fil-każijiet li ġejjin:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-makkinarju użat biex jimmaniġġjaw it-tuberi tal-patata msemmija fil-paragrafu 1 f'faċilità tal-ippakkjar msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jiġi dekontaminati u mnaddaf kif imiss wara kull użu. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħamrija skartata, jew materjal ta' skart ieħor, li jirriżulta minn twettiq tar-rekwiżiti tal- Artikolu 3(1) u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandu jintrema b'tali mod li jiġi żgurat li l-organiżmi speċifikati ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom jew jinxterdu barra ż-żona demarkata. Artikolu 3b Rekwiżiti li jikkonċernaw il-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra ż-żoni demarkati kkonċernati Il-faċilitajiet tal-ippakkjar li jinsabu barra miż-żoni demarkati kkonċernati u l-immaniġġjar ta' tuberi tal-patata li joriġinaw fit-tali żoni, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 3(1), għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(2) |
L-Artikolu 7 jitħassar. |
(3) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/270/UE tas-16 ta' Mejju 2012 fir-rigward ta' miżuri ta' emerġenza li jevitaw l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Epitrix cucumeris (Harris), l-Epitrix similaris (Gentner), l-Epitrix subcrinita (Lec.) u l-Epitrix tuberis (Gentner) fl-Unjoni (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 18).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/270/UE għandu jiġi emendat kif ġej:
It-Taqsima 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:
“TAQSIMA 2
Kundizzjonijiet għat-trasport
(1) |
It-tuberi tal-patata li joriġinaw f'żoni demarkati fl-Unjoni jistgħu jiċċaqilqu minn żoni bħal dawn lejn iż-żoni mhux demarkati fl-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fil-każ ta' moviment ta' tuberi tal-patata għal faċilità tal-ippakkjar, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), flimkien mal-punt (1)(a), għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
Tuberi tal-patata introdotti fl-Unjoni skont it-Taqsima 1 minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza ta' organiżmu speċifikat wieħed jew aktar, jistgħu jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (1)(d). |